|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3203 |
30.12.2024 |
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-GVERN TA’ GREENLAND U L-GVERN TAD-DANIMARKA, MIN-NAĦA L-OĦRA (2025–2030)
Artikolu 1
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), magħmul fi Brussell fit-22 ta’ April 2021. Dan il-Protokoll jinkludi Anness u Appendiċijiet.
Artikolu 2
Opportunitajiet tas-sajd indikattivi u l-proċess biex jiġi stabbilit il-livell annwali tagħhom
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet u ż-żoni ta’ ġestjoni rispettivi elenkati hawn taħt skont il-livell indikattiv annwali li ġej (f’tunnellati):
|
L-ispeċijiet u ż-żoni rispettivi ta’ ġestjoni fiż-ŻEE ta’ Greenland ’il barra minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi |
Opportunitajiet indikattivi |
|
Bakkaljaw fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES |
2 050 |
|
Redfish pelaġiku (REB) fis-subżoni XII u XIV tal-ICES u fid-diviżjoni 1F tan-NAFO, sakemm din it-tip ta’ ħuta ma jsirx sajd għaliha skont l-iskema ta’ flessibbiltà għar-redfish pelaġiku stabbilita fl-Appendiċi 5 tal-Anness |
0 (2) |
|
Redfish demersali (RED) (3) fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES |
2 100 |
|
Ħalibatt ta’ Greenland fis-subżona 1 tan-NAFO — fin-nofsinhar ta’ 68o fit-Tramuntana |
1 900 |
|
Ħalibatt ta’ Greenland fis-subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES (4) |
4 775 |
|
Gamblu tat-Tramuntana fis-subżona 1 tan-NAFO |
2 431 |
|
Gamblu tat-Tramuntana fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES |
4 150 |
|
Kapelin fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES (5) |
13 000 |
|
Kavalli fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES |
0 |
|
Grenadier speċi fis-subżoni II, V, XII, XIV tal-ICES (6) |
100 |
|
Grenadier speċi fis-subżona 1 tan-NAFO |
100 |
|
Qabdiet aċċessorji |
300 |
2. Għal kull sena li matulha jdum għaddej dan il-Protokoll u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-livell attwali tal-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet elenkati hawn fuq, abbażi tal-livell indikattiv stabbilit fil-paragrafu 1 u filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi disponibbli, il-pjanijiet rilevanti ta’ ġestjoni adottati mill-Gvern ta’ Greenland jew minn organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd, l-approċċ ta’ prekawzjoni u l-ħtiġijiet tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland.
3. Jekk l-opportunitajiet tas-sajd attwali jkunu inqas minn dawk indikati fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għal ċerti speċijiet, il-Kumitat Konġunt jista’ jikkumpensa għal dan billi joffri opportunitajiet tas-sajd oħra fl-istess sena. Jekk ma jiġi miftiehem l-ebda kumpens, il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), b’mod proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd relattivi għall-opportunitajiet tas-sajd indikattivi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Jekk l-opportunitajiet tas-sajd attwali jkunu aktar minn dawk indikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat Konġunt għandu jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a) b’mod proporzjonat.
5. Minbarra l-proċess annwali deskritt fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali tas-sajd għall-ispeċijiet elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Unjoni, li tista’ taċċettahom kollha kemm huma jew parzjalment. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-Kumitat Konġunt għandu jirrieżamina l-opportunitajiet addizzjonali tas-sajd u jaġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), b’mod proporzjonat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iwieġbu lil Greenland dwar dan sa mhux aktar tard minn 6 ġimgħat wara li jirċievu l-offerta.
6. l-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar il-qabdiet aċċessorji, kemm għall-ispeċijiet regolati kif ukoll għal dawk mhux regolati, u dwar il-projbizzjoni fuq l-iskartar.
7. Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, “qabdiet aċċessorji” tfisser qabdiet ta’ kwalunkwe organiżmu tal-baħar ħaj li ma jkunx indikat bħala speċi fil-mira fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment jew li ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti minimi tad-daqs.
8. Il-qabdiet aċċessorji għandhom ikunu limitati għal rata ta’ 5 % fil-każ tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana u għal rata ta’ 10 % fil-każ tas-sajd għal ħut ieħor.
9. Ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni speċifika tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji.
10. Il-qabdiet kollha, inklużi l-qabdiet aċċessorji u l-iskartar tal-ħut għandhom jiġu rreġistrati u rrappurtati skont l-ispeċi f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ Greenland.
11. Ma għandha titħallas l-ebda tariffa speċifika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji, peress li t-tariffi stipulati fl-Anness ta’ dan il-Protokoll għall-ispeċijiet fil-mira ġew stabbiliti billi tqiesu r-regoli dwar il-qabdiet aċċessorji awtorizzati
12. Barra minn hekk u mingħajr preġudizzju għar-rati tal-qabdiet aċċessorji u għar-regoli msemmija fil-paragrafi 7 sa 11, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jimplimentaw strateġiji tas-sajd li jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji tar-redfish u tal-bakkaljaw fil-każ tas-sajd għall-ħalibatt ta’ Greenland, il-qabdiet aċċessorji tar-redfish u tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-każ tas-sajd għall-bakkaljaw, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw u tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-każ tas-sajd għar-redfish ma jaqbżux il-5 % tal-qabdiet awtorizzati tal-ispeċijiet fil-mira għal kull vjaġġ. Vjaġġ huwa l-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE ta’ Greenland u l-ħruġ minnha. Jekk bastiment ikun inħatt kompletament f’port ta’ Greenland, il-qabdiet ta’ wara jiġu ttrattati bħala vjaġġ ġdid.
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja u metodi tal-ħlas
1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 17 296 857 fis-sena.
2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun magħmula minn:
|
(a) |
ammont annwali ta’ EUR 14 096 857 għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Greenland skont l-Artikolu 2(2) u (5) u l-Artikolu 7; |
|
(b) |
ammont speċifiku ta’ EUR 3 200 000 fis-sena bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta’ Greenland u għall-implimentazzjoni tagħha. |
3. L-ammont totali mħallas mill-Unjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 3(2), il-punt (a).
4. L-Unjoni għandha tħallas l-ammont kif stabbilit fil-paragrafu 2, il-punt (a), sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju fl-ewwel sena u mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu fis-snin ta’ wara. L-Unjoni għandha tħallas l-ammont speċifiku kif stabbilit fil-paragrafu 2, il-punt (b) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju fl-ewwel sena u mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju fis-snin ta’ wara.
5. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fl-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fil-paragrafu 2, il-punt (a).
6. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f’kont tat-teżor pubbliku miftuħ ma’ istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet ta’ Greenland.
Artikolu 4
Appoġġ settorjali
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali stipulata fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) għandha tkun separata mill-ħlasijiet marbutin mal-kostijiet tal-aċċess. Din tiddependi fuq il-kisba tal-objettivi tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Greenland, identifikati mill-Kumitat Konġunt u fid-dawl tal-programmazzjoni annwali u pluriennali biex dawn jintlaħqu, u tiġi stabbilita abbażi ta’ dan.
2. Hekk kif jibda japplika dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn 3 xhur wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt għandu jiftiehem dwar programm settorjali pluriennali u dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:
|
(a) |
il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (b), għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena; |
|
(b) |
il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikompli s-sajd responsabbli u sostenibbli, abbażi tal-prijoritajiet ta’ Greenland fil-politika nazzjonali tas-sajd tagħha u f’politiki oħrajn marbutin mal-kontinwazzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu; |
|
(c) |
kriterji u proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena. |
3. Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali għandha tiġi miftiehma mill-Kumitat Konġunt.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jsir abbażi ta’ analiżi ddettaljata tal-eżiti tal-appoġġ settorjali u tal-bżonnijiet identifikati matul il-programmazzjoni. L-Unjoni tista’ tissospendi parti mill-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika, jew tissospendih kollu kemm hu:
|
(a) |
jekk ir-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-programmazzjoni wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt; |
|
(b) |
f’każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax f’konformità mal-programmazzjoni maqbula. |
Meta jkun beħsiebha tissospendi ħlas, l-Unjoni għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan mill-inqas 3 xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u ftehim bejniethom, jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 jiġġustifikawh.
Fejn dan il-protokoll ikun sospiż f’konformità mal-Artikolu 8, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll kienet sospiża.
5. Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali. Jekk ikun hemm bżonn, wara li jiskadi dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika marbuta mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 3(2), il-punt (b), tkun intużat kollha.
Artikolu 5
Kooperazzjoni xjentifika
Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd responsabbli, fosthom fil-livell reġjonali, b’mod partikolari fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC, North-East Atlantic Fisheries Commission) u fl-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO, Northwest Atlantic Fisheries Organisation), u f’kwalunkwe entità subreġjonali jew internazzjonali oħra kkonċernata. Il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra kif jiżgura l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, f’konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni rilevanti.
Artikolu 6
Sajd sperimentali
Il-partijiet se jikkooperaw, inkluż fil-qafas tal-Artikolu 4, biex jimplimentaw sajd sperimentali sostenibbli għal speċijiet u stokkijiet li mhumiex inklużi fl-Artikolu 2(1) permezz tal-proċess stabbilit fil-Kapitolu VI tal-Anness u mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a).
Artikolu 7
Opportunitajiet ġodda tas-sajd
1. L-opportunitajiet ġodda tas-sajd huma opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet u żoni ta’ ġestjoni rispettivi li għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 2(1), dejjem jekk ikun hemm żieda proporzjonali f’dik il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a).
2. Meta xi waħda mill-Partijiet tesprimi l-interess tagħha li tinkludi xi opportunità ġdida tas-sajd fl-Artikolu 2(1), il-Kumitat Konġunt għandu jqis dan abbażi tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ Greenland, tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-ħtieġa tal-industrija tas-sajd ta’ Greenland u tal-approċċ ta’ prekawzjoni. Wara dan, l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd għandhom jgħaddu mill-proċess stabbilit fl-Artikolu 2(2) sa (5). Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi wkoll il-prezz ta’ referenza għall-ispeċi l-ġdida u t-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet li għandhom japplikaw sa ma jiskadi dan il-Protokoll.
Artikolu 8
Sospensjoni ta’ dan il-Protokoll u rieżami tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża, jew rieżaminata fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja, fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet taħt waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
meta jkun hemm sitwazzjonijiet, minbarra l-fenomeni naturali, li l-Partijiet b’mod raġonevoli ma jkollhomx kontroll fuqhom u li jkunu tali li ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland; |
|
(b) |
fejn, minħabba f’hekk ikunu saru bidliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll u xi waħda mill-Partijiet titlob li jiġu rieżaminati d-dispożizzjonijiet tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jiġu emendati; |
|
(c) |
fejn ikun inqala’ tilwim serju mhux solvut fis-settur tas-sajd bejn il-Partijiet jew relatat mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim; jew |
|
(d) |
fejn waħda mill-Partijiet taċċerta ksur tad-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP, United Nations Declaration on the Rights of Indigenous Peoples). Dan il-punt ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ f’qasam ta’ responsabbiltà jew ta’ kompetenza li fih il-Gvern ta’ Greenland, minħabba l-istatus ta’ Greenland bħala parti awtonoma mir-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet formali jew kompetenzi formali. |
2. L-Unjoni tista’ tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali previst fl-Artikolu 3(2), il-punt (b), ta’ dan il-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 4(4).
3. Meta jkun beħsiebha tissospendi l-applikazzjoni tal-Protokoll inkluż ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Parti kkonċernata għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar dan mill-inqas 3 xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni, għajr f’każijiet ta’ urġenza speċifika.
4. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandha tibda mill-ġdid ladarba tkun tranġat is-sitwazzjoni wara li jkunu ttieħdu azzjonijiet biex jittaffew iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1 u wara li jkunu saru konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet u jkun intlaħaq ftehim bejniethom. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 9
Terminazzjoni
Jekk il-Protokoll jiġi tterminat bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u (2) tal-Ftehim, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan il-Protokoll għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis għas-sena li matulha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.
Artikolu 10
Liġijiet ur-regolamenti nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-Ftehim, dan il-Protokoll, u l-Anness tiegħu.
2. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jgħarrfu lill-Unjoni b’kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida li hi rilevanti għall-bastimenti barranin li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland fiż-żmien dovut qabel ma jidħol fis-seħħ dan it-tibdil jew din il-leġiżlazzjoni l-ġdida. Greenland se tagħmel ħilitha, kull meta jkun possibbli, biex tavża dwar il-bidliet fil-leġiżlazzjoni mill-inqas 3 xhur qabel l-implimentazzjoni.
Artikolu 11
Protezzjoni tad-data
1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti biss għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni u għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd.
2. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li d-data kummerċjalment sensittiva u personali kollha relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-qafas tal-Ftehim, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Id-data relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-qafas tal-Ftehim, inkluża d-data personali, tista’ tiġi ppubblikata kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali rilevanti, speċjalment il-punt 52 fl-Att Nru 29 tat-23 ta’ Mejju 2024 dwar is-Sajd maħruġ mill-Inatsisartut (il-Parlament ta’ Greenland), biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-operazzjonijiet tas-sajd. Tali liġi għandha tapplika b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha li jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland.
3. Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.
4. Id-data personali skambjata fil-qafas tal-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji legali fir-rigward tad-data personali u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
5. Id-data skambjata fil-qafas tal-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Appendiċi 6 tal-Annes ta’ dan il-Protokoll anki wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 12
Applikazzjoni proviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod proviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.
Artikolu 13
Tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 6 snin mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak l-għan.
Artikolu 15
Testi awtentiċi
Dan il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b’kull wieħed minn dawn it-testi awentiku b’mod ugwali.
B’XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Protokoll.
(1) ĠU UE L 175, 18.5.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/793/oj.
(2) Kwalunkwe allokazzjoni ta’ redfish għandha tkun konformi mal-ftehim ta’ ġestjoni u d-deċiżjonijiet milħuqa fil-livell tal-NEAFC.
(3) RED huwa l-kodiċi tal-FAO għas-Sebastes spp. Għar-rapportar tal-qabdiet, madankollu, l-ispeċijiet għandhom jiġu kkodifikati skont l-ispeċi (REG, REB).
(4) Is-sajd għandu jsir minn mhux iktar minn sitt bastimenti jistadu fl-istess ħin.
(5) Meta jinqabad, wara kwota minima għal Greenland ta’ 30 000 tunnellata skont it-TAC inizjali, intermedju u finali, l-Unjoni għandha tiġi offruta opportunitajiet tas-sajd kif disponibbli sa massimu ta’ 7,7 % tat-TAC applikabbli tal-kapelin matul l-istaġun tas-sajd u f’konformità mal-paragrafi 2 sa 5. L-Unjoni għandha twieġeb għall-offerti għall-opportunitajiet tas-sajd li jsiru bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru fi żmien 14-il jum kalendarju. Għall-opportunitajiet tas-sajd offruti lill-Unjoni barra minn dan il-perjodu, l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex twieġeb fi żmien 5 ijiem kalendarji, u għandha tirrispondi sa mhux aktar tard minn 7 ijiem kalendarji.
(6) Il-grenadier imnieħru tond u l-grenadier rasu raffa ma għandhomx ikunu fil-mira, u għandhom jinqabdu biss bħala qabda aċċessorja flimkien ma’ speċijiet oħra fil-mira.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-UNJONI SKONT IL-PROTOKOLL TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-GVERN TA’ GREENLAND U L-GVERN TAD-DANIMARKA, MIN-NAĦA L-OĦRA
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħatra ta’ awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, “awtorità kompetenti” tfisser:
|
— |
għall-Unjoni: Il-Kummissjoni Ewropea, |
|
— |
għal Greenland: il-Ministeru għas-Sajd u l-Kaċċa. |
|
2. |
Awtorizzazzjoni tas-sajd tfisser liċenzja maħruġa fir-rigward ta’ bastiment tal-Unjoni li tintitolah iwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, fiż-Żona Ekonomika Esklużiva ta’ Greenland kif identifikata fil-paragrafu 3. |
3. Żona ta’ sajd
|
3.1. |
Is-sajd għandu jsir fiż-ŻEE kif previst fir-Regolament Nru 1020 tal-20 ta’ Ottubru 2004 f’konformità mad-Digriet Irjali Nru 1005 tal-15 ta’ Ottubru 2004 dwar id-Dħul fis-Seħħ tal-Att dwar iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi għal Greenland li jdaħħal fis-seħħ l-Att Nru 411 tat-22 ta’ Mejju 1996 dwar iż-Żoni Ekonomiċi Esklużivi. |
|
3.2. |
Is-sajd għandu jsir mill-inqas 12-il mil nawtiku ’l barra mil-linja bażi f’konformità mal-punt 13, it-Taqsima 2 tal-Att Nru 29 tat-23 ta’ Mejju 2024 dwar is-Sajd maħruġ minn Inatsisartut (il-Parlament ta’ Greenland). |
|
3.3. |
Il-linja bażi hija ddefinita f’konformità mad-Digriet Irjali Nru 1004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 dwar Emenda tad-Digriet Irjali dwar id-Delimitazzjoni tal-Ilmijiet territorjali ta’ Greenland. |
KAPITOLU II
APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD U L-ĦRUĠ TAGĦHOM
1. Kundizzjonijiet biex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
1.1. |
Awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim tista’ tingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Sabiex isir sajd taħt l-iskema ta’ flessibbiltà għar-redfish pelaġiku, il-bastimenti jridu jiġu nnotifikati wkoll lill-NEAFC f’konformità mar-regoli tagħha. Barra minn hekk, dawn ma għandhomx ikunu fuq kwalunkwe lista tal-IUU ta’ bastimenti tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO, regional fisheries management organisation). |
|
1.2. |
Biex bastiment ikun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Greenland. Huma għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi preċedenti li jirriżultaw mill-Ftehim, inkluż il-kampjunar xjentifiku kif meħtieġ fl-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. |
2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
2.1. |
L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jintbagħtu bil-mod li ġej sa ma ż-żewġ Partijiet jimplimentaw sistema ta’ liċenzji elettroniċi b’mod konġunt. |
|
2.2. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iressqu, b’mod elettroniku, l-applikazzjoni (kollettiva) għall-awtorizzazzjoni tas-sajd jew għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastiment wieħed jew iktar li jkun(u) jixtieq(u) jistad(u) skont il-Ftehim lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland. Tali applikazzjoni għandha ssir fuq il-formola pprovduta fl-Appendiċi 1. Għall-bastimenti tal-Unjoni tal-istess sid jew aġent ta’ bastiment, tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni kollettiva għal awtorizzazzjoni tas-sajd dment li dawk il-bastimenti jtajru l-bandiera tal-istess Stat Membru. |
|
2.3. |
Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha prova li tħallset it-tariffa għall-ispeċijiet u għall-kwantitajiet mitlubin, f’konformità mal-paragrafu 7. |
|
2.4. |
Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Greenland jidhrilha li xi applikazzjoni ma tkunx kompluta jew li din ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 1, 2.2 u 2.3, din għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni malajr kemm jista’ jkun bir-raġunijiet għal dan, u fi kwalunkwe każ fi żmien 7 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni. |
3. Ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
3.1. |
L-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd b’mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta titressaq l-applikazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni tas-sajd trażmessa b’mod elettroniku għandu jkollha l-istess valur bħall-oriġinal għall-finijiet tal-Protokoll, dan l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu. |
|
3.2. |
Kull awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tindika l-kwantità awtorizzata li għandha tinqabad, kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni u speċifikazzjoni li tista’ tkun applikabbli, inklużi speċijiet, żoni ġeografiċi jew fond. Awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa taħt applikazzjoni kollettiva għandha tindika l-kwantità totali tal-ispeċijiet li għalihom tkun tħallset it-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
3.3. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd, jew kopja tagħha, għandha tinżamm abbord il-ħin kollu u għandha tintwera fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Greenland. |
|
3.4 |
Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ lil sid wieħed ta’ bastiment tas-sajd, u għandha tindika liema bastimenti tas-sajd huma permessi jistadu taħt dik l-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ma għandhomx ikunu trasferibbli. |
|
3.5. |
Bastiment jista’ jopera biss bl-awtorizzazzjoni jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ sid wieħed ta’ bastiment tas-sajd għal kwalunkwe vjaġġ tas-sajd. |
4. Emenda tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
4.1. |
Emenda ta’ kwalunkwe waħda mill-kwantitajiet jew mill-kundizzjonijiet awtorizzati indikati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tkun soġġetta għal applikazzjoni ġdida. |
|
4.2. |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.3, jekk l-emenda ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd ikollha x’taqsam ma’ każijiet fejn il-kwantità li tkun inqabdet tkun iktar mill-kwantità diġà awtorizzata, sid il-bastiment għandu jħallas tariffa li tkun tliet darbiet iktar mill-ammont previst fil-paragrafu 7.1 għall-kwantità li tkun inqabdet li tkun iktar mill-kwantità awtorizzata. Ma tinħareġ l-ebda awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal dak il-bastiment sakemm jitħallsu t-tariffi kollha li jikkorrispondu għall-kwantitajiet żejda. |
|
4.3. |
F’każijiet eċċezzjonali fejn l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni għall-ispeċijiet rilevanti ma jkunux intużaw, u għall-iskop uniku li tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad fiż-ŻEE ta’ Greenland fuq awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll, jekk dak il-bastiment aktarx ikun se jaqbeż il-kwantità awtorizzata, l-Istat tal-bandiera għandu jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland, b’kopja lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni, bl-intenzjoni li jressaq applikazzjoni formali għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal kwantitajiet addizzjonali tal-istess speċi. Il-bastiment għandu jitħalla jkompli jistad sakemm sid il-bastiment jibgħat prova lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland li tħallsu t-tariffi rilevanti fi żmien 24 siegħa minn meta l-Istat tal-bandiera jibgħat l-avviż tiegħu, u sakemm l-applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni ġdida tas-sajd tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland fi żmien 5 ijiem tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jibgħat l-avviż tiegħu, f’konformità mal-proċedura mogħtija fil-paragrafu 2. Jekk ma jitħarsux dawn id-dispożizzjonijiet, il-bastiment għandu jiġi soġġett għall-proċedura mogħtija fil-paragrafu 4.2. |
|
4.4. |
F’għadd limitat ta’ każijiet, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tiġi sostitwita b’awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor tal-Unjoni. Is-sostituzzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ applikazzjoni mressqa mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandu jkollha fuqha l-kwantità awtorizzata li tista’ tinqabad li tikkorrispondi għall-kwantità tal-ispeċijiet li għalihom ikunu diġà tħallsu t-tariffi għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u li minnha tkun tnaqqset kwalunkwe qabda li tkun diġà saret mill-ewwel bastiment. |
|
4.5. |
Awtorizzazzjoni tas-sajd sostitwita ma għandux jibqa’ jkollha effett fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni l-ġdida tinħareġ mill-awtorità kompetenti ta’ Greenland. |
5. Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
5.1. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ sa tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
5.2. |
Għas-sajd għall-kapelin, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu skont id-dati miftiehma mill-Istati Kostali fl-arranġamenti qafas tagħhom u f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 2(3) tal-Protokoll. |
|
5.3. |
Jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal sena partikolari għall-bastimenti tal-Unjoni, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid, ma tkunx ġiet adottata sal-bidu tas-sena tas-sajd, il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati jistadu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tas-sajd preċedenti jistgħu jirċievu awtorizzazzjoni fis-sena li għaliha ma tkunx ġiet adottata l-leġiżlazzjoni, dment li l-parir xjentifiku jippermetti dak. Għandu jkun permess użu proviżorju ta’ 1 minn 12 tal-kwota mogħtija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tas-sena ta’ qabel, għal kull xahar, dejjem jekk titħallas it-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd applikabbli għall-kwota. Il-kwota proviżorja tista’ tiġi aġġustata skont il-pariri xjentifiċi u l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sajd. |
|
5.4. |
Il-kwantità mhux użata ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana u l-ħalibatt ta’ Greenland tista’ tiġi ttrasferita, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari, għas-sena ta’ wara għal massimu ta’ 25 % tal-kwantità totali allokata għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għas-sena partikolari. Dak l-ammont ma jinkludi l-ebda trasferiment mis-sena preċedenti. Il-kwantitajiet ittrasferiti mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti lura għas-sena ta’ qabel bħala kwantità tas-sajd mhux utilizzata wara l-31 ta’ Diċembru. |
6. Sospensjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-istabbiliment mill-ġdid tagħhom
L-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu jissospendu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd previsti f’dan l-Anness f’każ li:
|
(a) |
bastiment speċifiku jkun qed jikser b’mod serju l-liġijiet u r-regolamenti ta’ Greenland; jew |
|
(b) |
sid ta’ bastiment ma jkunx ħares inġunzjoni maħruġa b’rabta ma’ ksur ta’ bastiment speċifiku; ladarba titħares l-inġunzjoni, għandha terġa’ tiġi stabbilita l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għall-perjodu li jkun baqa’ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
7. It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-ħlas tagħha u r-rifużjoni
|
7.1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu t-tariffi għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li ġejjin:
|
|
7.2. |
Qabel ma jibda japplika l-Protokoll, l-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tibgħat lill-Unjoni d-dettalji tal-kontijiet bankarji tal-Gvern li s-sidien tal-bastimenti għandhom jużaw għall-ħlasijiet kollha għad-durata tal-Protokoll. L-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni b’kwalunkwe bidla mill-inqas xahrejn qabel. |
|
7.3. |
Il-ħlas tat-tariffa għandu jinkludi l-imposti nazzjonali u lokali kollha marbutin mal-aċċess għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll l-imposti mitlubin mill-banek għat-trasferimenti tal-flus. Jekk bastiment ma jkunx ħallas l-imposta għat-trasferiment bankarju, dak l-ammont ikollu jitħallas mal-applikazzjoni li jkun imiss għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal dak il-bastiment, u dan il-ħlas għandu jkun prerekwiżit għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida. |
|
7.4. |
Jekk ma tinqabadx il-kwantità awtorizzata, it-tariffa li tikkorrispondi għal dik il-kwantità awtorizzata ma titħallasx lura lil sid ta’ bastiment. |
|
7.5. |
Madankollu, jekk jibdew japplikaw jew l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 9 tal-Protokoll u b’hekk bastiment ma jkunx jista’ jistad għal kwalunkwe parti mill-qabda awtorizzata għal dik is-sena kalendarja, jew jekk applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tiġix aċċettata, l-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tħallas lura t-tariffa kollha għall-awtorizzazzjoni tas-sajd lis-sid tal-bastiment fi żmien 60 jum kalendarju minn meta jintalab il-ħlas lura. |
|
7.6. |
Ma għandha titħallas l-ebda tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji. |
8. Il-prezzijiet ta’ referenza
|
8.1. |
Il-prezzijiet ta’ referenza għall-ispeċijiet huma dawn li ġejjin:
|
|
8.2. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni lil Greenland fir-rigward tal-kumpens finanzjarju għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Greenland, hija bbażata fuq ħlas għall-kwoti ta’ 17,5 % tal-prezz ta’ referenza għall-opportunitajiet tas-sajd miftiehma għall-ispeċijiet fil-Protokoll. |
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
Qabel ma jiġi applikat il-Protokoll b’mod proviżorju, l-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni verżjoni bl-Ingliż tal-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ Greenland dwar il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni, monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ, KONTROLL U SORVELJANZA
Taqsima 1
Reġistrazzjoni u rappurtar
|
1. |
L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-Ftehim, il-Protokoll, dan l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu. |
|
2. |
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rappurtar taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw l-obbligi tagħhom ta’ reġistrazzjoni u rappurtar b’rabta mal-attivitajiet tas-sajd skont dan il-Ftehim lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland f’konformità mal-liġi applikabbli ta’ Greenland. Mad-dħul fis-seħħ tas-Sistema Elettronika ta’ Rappurtar (ERS, Electronic Reporting System), dik se tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet ta’ rappurtar elettroniku tal-Kapitolu IV, Taqsima 1. |
|
3. |
Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Greenland, għandhom jingħataw il-ġurnali ta’ abbord bil-miktub rilevanti, skont l-ispeċi fil-mira u l-irkaptu, u dawn għandhom jintbagħtu lir-rappreżentant (lill-aġent) tal-bastiment, kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd previsti fl-Appendiċi 1. L-awtorità kompetenti tal-Unjoni u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera applikabbli għandhom jingħataw ukoll eżempju ta’ kull tip ta’ ġurnal ta’ abbord. |
|
4. |
Sakemm iż-żewġ Partijiet jimplimentaw ERS, għandhom jintużaw il-miżuri eżistenti għall-ġbir u t-trażmissjoni tad-data dwar il-qabdiet. Il-ġurnali ta’ abbord u l-avviżi bil-miktub eżistenti għandhom jimtlew f’konformità mal-liġi ta’ Greenland. |
Sistema elettronika ta’ rappurtar
|
1. |
Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw u jżommu s-sistemi tal-IT meħtieġa biex jiġi żgurat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
2. |
L-arranġamenti dettaljati dwar l-implimentazzjoni tad-diversi skambji elettroniċi għandhom jiġu definiti u approvati miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari għar-rappurtar tal-qabdiet permezz tal-ERS u l-proċeduri f’każ ta’ ħsara. |
|
3. |
Il-partijiet jaqblu li l-istandard UN/FLUX (United Nations / Fisheries Language for Universal eXchange) u n-network ta’ skambju FLUX TL huma maħsuba li jiġu implimentati għall-iskambju tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti, għall-ġurnal ta’ abbord elettroniku u possibbilment, fil-futur, għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. |
|
4. |
L-ERS għandha tiġi implimentata f’perjodu ta’ żmien definit mill-Kumitat Konġunt abbażi tad-dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu definiti. Il-Partijiet għandhom jipproponu lill-Kumitat Konġunt il-perjodu meħtieġ għat-tranżizzjoni u l-implimentazzjoni tal-ERS, filwaqt li jqisu r-restrizzjonijiet tekniċi possibbli. |
|
5. |
Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddefinixxu l-perjodu ta’ prova meħtieġ qabel ma tkun tista’ ssir tranżizzjoni għall-użu effettiv tal-istandard FLUX. Ladarba dawk il-provi jitlestew b’suċċess, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu, malajr kemm jista’ jkun, id-data effettiva għat-tranżizzjoni lejn l-ERS. |
|
6. |
Ladarba s-sistema ERS tkun kompletament funzjonali, bastiment li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS ma għandux jiġi awtorizzat li jwettaq attivitajiet tas-sajd skont il-Protokoll. |
|
7. |
Greenland u l-Unjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih bi kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-IT li tipprevjeni l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS. |
|
8. |
Sakemm iż-żewġ Partijiet jimplimentaw b’mod konġunt l-ERS, fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd għandha tintbagħat kopja tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland minnufih wara l-wasla fil-port bil-posta jew bl-email. |
Ħatt l-art u trażbord
Il-kaptan tal-bastiment għandu jittrażmetti d-data dwar il-ħatt l-art meħtieġa mill-Ftehim permezz tal-ERS lill-awtorità kompetenti ta’ Greenland. Dak għandu jinkludi l-ħatt l-art li jsir f’portijiet barra minn Greenland ta’ qabdiet li jkunu nqabdu taħt awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ Greenland. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u sakemm tiġi implimentata s-sistema ERS, il-kaptan għandu jagħmel ħiltu biex jittrażmetti d-data dwar il-ħatt l-art bil-mezzi xierqa kif miftiehem mill-Partijiet.
Taqsima 2
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (vms) abbażi ta’ satellita
|
1. |
Kwalunkwe bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta’ satellita (VMS,vessel monitoring system) installata abbord li tkun kapaċi tittrażmetti b’mod awtomatiku u kontinwu l-pożizzjoni tiegħu lil ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu li jkun ibbażat fuq l-art. |
|
2. |
Is-sistema tal-VMS tal-bastimenti soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skont il-Protokoll għandha tittrażmetti awtomatikament il-pożizzjonijiet tal-bastimenti liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom, li għandu jittrażmettihom minnufih liċ-ĊMS ta’ Greenland. Jekk ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet, il-pożizzjonijiet tal-bastimenti għandhom jiġu trażmessi permezz tan-nodu ċentrali tal-Unjoni bl-użu tal-istandard UN/FLUX u n-network ta’ skambju FLUX TL ladarba l-perjodi ta’ prova miftiehma jkunu tlestew b’suċċess. |
|
3. |
L-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jagħżlu korrispondent tal-VMS kull wieħed li għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt.
Qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta’ Greenland għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ kuntatt (l-awtorità, l-indirizz, it-telefown, il-posta elettronika) tal-korrispondent tal-VMS rispettiv tagħhom. Kwalunkwe emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent tal-VMS għandha tiġi nnotifikata minnufih. |
|
4. |
Il-punti ta’ kuntatt tal-VMS għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-tagħmir tal-bastimenti, il-protokolli ta’ trażmissjoni u kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita. |
|
5. |
L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-VMS u l-proċeduri f’każ ta’ malfunzjonament huma stabbiliti fl-Appendiċi 3. |
Taqsima 3
Spezzjoni fuq il-baħar jew fil-port
|
1. |
L-ispezzjonijiet fiż-ŻEE ta’ Greenland jew fil-portijiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitwettqu minn bastimenti u spetturi ta’ Greenland identifikati b’mod ċar f’konformità mal-konvenzjoni internazzjonali u għandhom jitwettqu f’konformità mal-miżuri tal-FAO u kwalunkwe miżura rilevanti tal-Istat tal-Port tal-RFMOs. |
|
2. |
L-awtorità kompetenti ta’ kull parti tista’ tistieden rappreżentant mill-parti l-oħra biex josserva spezzjoni. |
|
3. |
L-awtorità kompetenti ta’ kull parti li twettaq spezzjoni internazzjonali fiż-żoni regolatorji tal-NEAFC u tan-NAFO tista’ tistieden spetturi mill-parti l-oħra biex jimbarkaw bastiment ta’ spezzjoni li jkun qed iwettaq spezzjoni internazzjonali. |
Taqsima 4
Skema ta’ osservaturi
|
1. |
L-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland huma soġġetti għall-iskema tal-osservaturi skont il-liġi ta’ Greenland. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland għall-finijiet tat-tlugħ abbord tal-osservaturi. |
|
2. |
Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland. |
|
3. |
Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:
|
|
4. |
L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port jew f’post speċifiku fuq il-baħar miftiehem bejn l-awtorità kompetenti ta’ Greenland u l-kaptan. Jekk l-osservatur ma jasalx għat-tlugħ abbord fi żmien 3 siegħat mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jħalli lill-osservatur jitla’ abbord u l-bastiment għandu jkun liberu li jitlaq mill-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu. |
5. Rapport tal-osservatur
|
5.1. |
Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jippreżenta rapport tal-osservazzjonijiet magħmula mill-osservatur lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt li jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandhom jiffirmawh l-osservatur u l-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja elettronika tar-rapport tal-osservatur. |
|
5.2. |
Meta tasal talba mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni jew mill-Istat Membru tal-bandiera, l-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-osservatur fi żmien 8 ijiem tax-xogħol. |
Taqsima 5
Ksur
1. Ksur
Meta bastiment tal-Unjoni ma jkunx ikkonforma mal-Protokoll, b’mod partikolari mar-rappurtar tal-qabdiet, jitqies bħala ksur serju kif imsemmi fil-paragrafu 6, il-punt (a), tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness. L-awtorità kompetenti ta’ Greenland hija intitolata tissospendi awtorizzazzjoni tas-sajd eżistenti sakemm jiġu ssodisfati l-obbligi dwar ir-rappurtar tal-qabdiet. Jekk dan ir-reat jerġa jseħħ, l-awtorità kompetenti ta’ Greenland tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat. L-awtorità kompetenti tal-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jinżammu infurmati kif xieraq u bla ebda dewmien dwar dan.
2. Trattament tal-ksur
|
2.1. |
Kwalunkwe ksur imwettaq fiż-ŻEE ta’ Greenland minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni. |
|
2.2. |
L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kaptan u ta’ sid tal-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur. |
|
2.3. |
Għal kwalunkwe ksur imwettaq fiż-ŻEE ta’ Greenland minn bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim, l-avviż tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew fuq il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-liġi applikabbli ta’ Greenland li hija fis-seħħ. |
|
2.4. |
L-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u tal-avviż tal-ksur lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera permezz tal-email mill-aktar fis possibbli. |
|
2.5. |
Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandu jsir sforz biex jinstab ftehim bonarju għall-ksur allegat fi żmien 4 ijiem minn meta jintbagħat l-avviż tal-ksur. Jekk ma jkunx jista’ jinstab ftehim bonarju bħal dan, għandhom jinbdew il-proċedimenti legali normali. |
3. Detenzjoni ta’ bastiment
|
3.1. |
Greenland għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera b’kwalunkwe detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim. F’dak l-avviż għandhom jingħataw ir-raġunijiet għad-detenzjoni u miegħu għandha tintbagħat l-evidenza ddokumentata tal-ksur. |
|
3.2. |
Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura oħra kontra l-bastiment tal-Unjoni miżmum, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija tiegħu, ħlief il-miżuri maħsuba biex jipproteġu l-evidenza, Greenland għandha taħtar uffiċjal tal-investigazzjoni u torganizza laqgħa ta’ informazzjoni, fuq talba tal-awtorità tal-Unjoni, fi żmien jum tax-xogħol min-notifika tar-raġunijiet għad-detenzjoni tal-bastiment. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa. |
4. Pieni għall-ksur
|
4.1. |
Il-piena għall-ksur għandha tiġi stabbilita minn Greenland f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. |
|
4.2. |
F’każ li jinstab ftehim bonarju, kwalunkwe piena li għandha titħallas għandha tiġi stabbilita billi wieħed jirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Greenland applikabbli. |
5. Proċediment legali u sigurtà bankarja
|
5.1. |
Jekk ftehim bonarju ma jkunx possibbli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-awtorità kompetenti ta’ Greenland, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti ta’ Greenland, għandu jkopri l-kostijiet marbuta mad-detenzjoni tal-bastiment tal-Unjoni, il-piena stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti ġuridiċi Madankollu, meta l-proċedimenti legali jkunu ilhom għaddejjin għal aktar minn 4 snin, l-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha taġġorna regolarment lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat dwar il-passi li jkunu qed jittieħdu biex jiġu konklużi l-proċedimenti legali. |
|
5.2. |
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid tal-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:
|
|
5.3. |
Il-proċedimenti legali għandhom jinfetħu malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-liġijiet nazzjonali. |
|
5.4. |
L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jgħarrfu lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 14-il jum minn meta tinqata’ s-sentenza. |
6. Ir-rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
|
6.1. |
Il-bastiment tal-Unjoni għandu jiġi awtorizzat iħalli l-port u jkompli jistad ladarba tkun ġiet iddepożitata l-garanzija bankarja, jew ladarba tkun tħallset il-piena jew ikunu ġew issodisfati l-obbligi li joħorġu mill-ftehim bonarju. |
KAPITOLU V
IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI
Taqsima 1
Metodu u kriterji għall-valutazzjoni ta’ proġetti għal impriżi konġunti temporanji u għal intrapriżi konġuNTI
|
1. |
L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fi Greenland u fir-Renju tad-Danimarka mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-Ftehim, il-Protokoll, u l-Anness tiegħu. |
|
2. |
L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni minnufih jekk tinqala’ kwalunkwe opportunità għal impriżi konġunti temporanji jew għal intrapriżi konġunti ma’ kumpaniji minn dan il-pajjiż. L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kollha tal-Unjonib’dan kif xieraq. Fil-każ li titwaqqaf xi intrapriża konġunta, il-proġetti se jitressqu u jiġu vvalutati f’konformità ma’ dan il-Kapitolu. |
|
3. |
B’applikazzjoni tal-Artikolu 12(2), il-punt (e) tal-Ftehim, l-Unjoni għandha tippreżenta lil Greenland mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 10 ijiem ta’ xogħol qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt dossier tekniku għall-proġetti għal impriżi konġunti temporanji u intrapriżi konġunti li jinvolvu operaturi tal-Unjoni. Il-proġetti għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Unjoni kkonċernati. |
|
4. |
Bħala prijorità, il-Kumitat Konġunt għandu jinkoraġġixxi l-użu sħiħ tal-kwoti indikattivi għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll mill-bastimenti tal-Unjoni. Għall-ispeċijiet li għalihom il-Kumitat Konġunt ikun qabel dwar livell iktar baxx ta’ opportunitajiet annwali tas-sajd minn dak indikat fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll, mingħajr ma dan kien iġġustifikat abbażi tal-pariri xjentifiċi, ma għandhomx jitqiesu proġetti għal impriżi konġunti temporanji u għal intrapriżi konġunti għall-istess speċi u għall-istess sena kalendarja. |
|
5. |
Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta l-proġetti f’konformità mal-kriterji li ġejjin:
|
|
6. |
Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ opinjoni dwar il-proġetti wara li ssir il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. |
|
7. |
Għall-ispeċijiet elenkati fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll, il-qabdiet li jsiru mill-bastimenti tal-Unjoni fil-qafas ta’ impriżi konġunti temporanji jew intrapriżi konġunti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti eżistenti ta’ kondiviżjoni fost l-Istati Membri tal-Unjoni. |
Taqsima 2
Kundizzjonijiet marbutin mal-aċċess fil-qafas tal-impriżi konġunti temporaNJI
1. Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
1.1. |
Fil-każ ta’ impriżi konġunti temporanji, ladarba proġett ikun irċieva opinjoni favorevoli mill-Kumitat Konġunt, il-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità mal-Kapitolu II. Fuq l-applikazzjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar li hija għandha x’taqsam ma’ impriża konġunta temporanja. |
|
1.2. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għad-durata tal-impriża konġunta temporanja iżda fi kwalunkwe każ, għal durata li ma tkunx itwal mis-sena kalendarja. |
|
1.3. |
Fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jiġi indikat b’mod ċar li l-qabdiet se jsiru abbażi ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati mill-awtoritajiet ta’ Greenland fil-limiti tat-TACs ta’ Greenland rispettivi iżda li ma jidħlux fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll. |
2. Sostituzzjoni ta’ bastimenti
Bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad fi ħdan impriża konġunta temporanja jista’ jiġi sostitwit b’bastiment ieħor tal-Unjoni li jkollu kapaċità u speċifikazzjonijiet tekniċi simili għalih biss għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq u bil-qbil tal-Partijiet.
Taqsima 3
Arranġamenti għat-trasferiment tal-kwota tal-gamblu tat-tramuntana bejn id-detenturi tal-awtorizzazzjONI
1. Arranġamenti għat-trasferiment
|
1.1. |
Is-sidien tal-bastimenti minn Greenland u l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu, fuq bażi ta’ kumpanija, arranġamenti għall-iskambju ta’ kwoti tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fis-subżoni II, V, XII u XIV tal-ICES ma’opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fis-subżona 1 tan-NAFO. |
|
1.2. |
L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jintrabtu li jiffaċilitaw it-tali arranġamenti hekk kif jirċievu talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni f’isem l-Istati Membri tal-Unjoni kkonċernati. |
|
1.3. |
L-ammont massimu annwali li għandu jiġi ttrasferit għandu jkun ta’ 2 000 tunnellata, dejjem skont il-pariri xjentifiċi. |
|
1.4. |
Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jistadu bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fil-każ ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa lil sid ta’ bastiment minn Greenland, dejjem skont id-dispożizzjonijet tal-Kapitolu II. |
KAPITOLU VI
SAJD SPERIMENTALI
|
1. |
B’applikazzjoni tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 12(2), il-punt (f) tal-Ftehim, meta l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tkun esprimiet l-interess tagħha lil Greenland li twettaq sajd sperimentali għal speċijiet u stokkijiet li mhumiex imniżżlin fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll:
|
|
2. |
Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta d-dossiers tekniċi filwaqt li jqis kif xieraq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u l-approċċ ta’ prekawzjoni. |
|
3. |
Wara opinjoni pożittiva mill-Kumitat Konġunt dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni, il-livell tagħha u l-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iressqu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ma għandhomx jaqbżu tmiem is-sena kalendarja. |
|
4. |
Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu sajd sperimentali. |
|
5. |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, matul il-kampanja sperimentali fuq il-baħar, il-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom:
|
|
6. |
Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali u li jkunu nkisbu matulha jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment. |
|
7. |
L-awtorità kompetenti ta’ Greenland għandha taħtar persuna ta’ kuntatt li tkun inkarigata tittratta kwalunkwe problema mhux prevista li tista’ tinqala li tista’ ttellef l-iżvilupp tas-sajd sperimentali. |
|
8. |
Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-entitajiet konsultattivi xjentifiċi rilevanti, Greenland tista’ titlob li jiġu implimentati miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni b’rabta mas-sajd sperimentali, inkluż l-għeluq ta’ żoni u ta’ żmien. |
|
9. |
Il-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom jippreżentaw liż-żewġ Partijiet, sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni tas-sajd sperimentali, rapport ta’ evalwazzjoni li jindirizza bħala minimu:
|
|
10. |
Meta l-Partijiet jikkonkludu li sajd sperimentali jkun kiseb riżultati pożittivi u jekk il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi opportunitajiet tas-sajd ġodda f’konformità mal-Artikolu 2(2), tal-Artikolu 2(4) u tal-Artikolu 7 tal-Protokoll, l-awtoritajiet ta’ Greenland jistgħu joffru opportunitajiet tas-sajd proporzjonati għall-użu relattiv tal-kwota mill-bastimenti tal-Unjoni li jkunu pparteċipaw fis-sajd sperimentali fil-5 snin preċedenti. Il-kwantità allokata lill-Unjoni ma tistax taqbeż il-50 % sakemm Greenland ma tiddeċidix li toffri aktar. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sakemm jiskadi l-Protokoll. |
APPENDIĊIJIET TA’ DAN L-ANNESS
Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd
Appendiċi 2 – Dettalji ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland
Appendiċi 3 – Proċeduri ta’ implimentazzjoni tal-monitoraġġ abbażi ta’ satellita (sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti — VMS)
Appendiċi 4 – Format tad-data tal-VMS
Appendiċi 5 – Skema ta’ flessibbiltà fis-sajd għar-redfish pelaġiku bejn l-ilmijiet ta’ Greenland u tal-NEAFC
Appendiċi 6 – Ipproċessar tad-data personali
Appendiċi 1
FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland u dwar il-kwota ta’ Greenland barra miż-ŻEE ta’ Greenland
|
|
O/F/K (obbligatorju/ fakultattiv/kundizzjonali) |
|
|
|
Dettalji tal-liċenzja |
|||
|
1 |
Tip ta’ liċenzja għall-applikazzjoni (speċijiet u żona) |
O |
|
|
2 |
Kwantità fl-applikazzjoni |
O |
|
|
3 |
Perjodu taż-żmien għal awtorizzazzjoni tas-sajd |
O |
|
|
4 |
L-indirizz fejn għandha tintbagħat l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd |
|
Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Rue de la Loi 200, B-1049 Brussell, fax + 32 2 2962338 email Mare-licences@ec.europa.eu |
|
Informazzjoni dwar il-bastiment |
|||
|
5 |
L-Istat tal-bandiera |
O |
|
|
6 |
Isem tal-bastiment |
O |
|
|
7 |
Ittri u numru esterni tal-identifikazzjoni |
O |
|
|
8 |
Sinjal Internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS, International Radio call Sign) |
O |
|
|
9 |
Numru tal-IMO |
K |
Jekk il-bastiment ikun ġie assenjat numru tal-IMO |
|
10 |
Numru ta’ referenza intern tal-istat tal-bandiera |
F |
|
|
11 |
Sena ta’ kostruzzjoni |
O |
|
|
12 |
Port ta’ reġistrazzjoni |
O |
|
|
13 |
Tip ta’ bastiment (Kodiċi FAO) |
O |
|
|
14 |
Tip primarju ta’ rkaptu tas-sajd (Kodiċi FAO) |
O |
|
|
15 |
L-isem/ismijiet preċedenti (l-Istat tal-bandiera, l-isem, l-IRCS, u d-dati għall-bidla) |
K |
Jekk teżisti informazzjoni preċedenti |
|
16 |
Numru tal-inmarsat/numru tal-Iridium (telefown, email) |
K |
Telefown, email fakultattiv |
|
17 |
Sidien, indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika, telefown, fax, email |
K |
Fax fakultattiv |
|
18 |
Ir-rappreżentant (l-aġent) tal-bastiment, l-isem u l-indirizz |
O |
|
|
19 |
Potenza tal-magna (kilowatt) |
O |
|
|
20 |
Tul (L.O.A., Length Overall) |
O |
|
|
21 |
Tunnellaġġ f’GT |
O |
|
|
22 |
Kapaċità tal-iffriżar f’tunnellati kuljum |
O |
|
|
23 |
Kapaċità ta’ tankijiet tal-ilma baħar refriġerati (RSW, Refrigerated Sea Water) jew tankijiet tal-ilma baħar imkessħa (CSW, Chilled SeaWater) f’metri kubi |
O |
|
|
24 |
Ritratt diġitali bil-kulur tal-bastiment, li jkollu riżoluzzjoni adegwata (mass. 0,5 MB) u li jkun juri l-ġenb tal-bastiment fid-dettall, inkluż l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu li jidhru fuq il-buq. |
O |
|
Appendiċi 2
DETTALJI TA’ KUNTATT TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TA’ GREENLAND
Trażmissjoni tar-rapporti u l-avviżi
Ir-rapporti u l-avviżi li għandhom jingħataw skont il-Kapitolu IV, Taqsima 1, tal-Anness għandhom jintbagħtu bil-Greenlandiż, bid-Daniż jew bl-Ingliż.
L-avviżi għandhom jintbagħtu bir-radju kostali jew bl-email lill-Awtorità ta’ Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd ta’ Greenland (GFLK, Greenland Fishing License Control Authority) u lill-Kmand Konġunt tal-Artiku (AKO, Joint Arctic Command):
|
GFLK, nru tat-telefown + 299 34 50 00, |
|
Email: GFLK@NANOQ.GL |
|
AKO, nru tat-telefown + 299 364000, |
|
Email: FKO-KTP-A-FIO@FIIN.DK |
Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
Greenland Fishing License Control Authority (GFLK) |
|
P.O. Box 501, 3900 Nuuk, Greenland |
|
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u għal permessi oħra għandha tiġi kkomunikata lil: |
|
Il-Ministeru għas-Sajd u l-Kaċċa |
|
Email: APN@NANOQ.GL |
Appendiċi 3
PROĊEDURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-MONITORAĠĠ ABBAŻI TA’ SATELLITA (SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI — VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – il-VMS
|
1.1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-Ftehim u li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Greenland jew li jkunu qed jistadu għal kwoti ta’ Greenland fl-ilmijiet taż-żoni tal-NEAFC (kif stabbilit fl-Appendiċi 5) iridu jkunu mgħammra b’apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita (sistema għall-monitoraġġ tal-bastimenti — VMS) li jkun qed jiffunzjona għalkollox u li jkun installat abbord il-bastiment u jkun kapaċi jibgħat il-pożizzjoni tagħhom b’mod awtomatiku u kontinwu tal-inqas darba fis-siegħa waqt li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd liċ-ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom li jkun jinsab fuq l-art. |
|
1.2. |
Meta bastiment li jkun qed jistad skont il-Ftehim u jkun soġġett għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita skont il-Protokoll jidħol fiż-żona tas-sajd, ir-rapporti dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS ta’ Greenland. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, ir-rapporti kollha dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu trażmessi permezz tan-nodu ċentrali tal-Unjoni. Ladarba ż-żewġ partijiet ikunu qalbu għal UN/FLUX, il-pożizzjonijiet tal-VMS jiġu trażmessi permezz tal-Istat tal-bandiera u permezz tan-network FLUX TL imħaddem mill-Kummissjoni Ewropea. Dawk il-messaġġi għandhom jintbagħtu kif ġej:
|
|
1.3. |
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:
|
|
1.4. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u maħżuna f’bażi tad-data għas-sena attwali u għas-sena ta’ qabel. Madankollu, f’każ ta’ restrizzjonijiet tekniċi, dan il-perjodu jista’ jitqassar bi ftehim reċiproku. |
|
1.5. |
Il-komponenti tal-hardware u tas-software tal-VMS għandhom ikunu reżistenti għat-tbagħbis, jiġifieri, ma għandhomx jippermettu l-input jew l-output ta’ pożizzjonijiet foloz u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu megħluba manwalment. Is-sistema għandha tkun awtomatika għalkollox u operazzjonali l-ħin kollu, irrispettivament mill-kundizzjonijiet ambjentali. Għandu jiġi pprojbit li wieħed ikisser l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita, li jagħmillu l-ħsara, li ma jħallihx fi stat operattiv jew li jbagħbsu mod ieħor. |
|
1.6. |
Meta jkun mitlub jew meħtieġ, il-Partijiet jaqblu, għal finijiet ta’ monitoraġġ u spezzjoni, li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tagħmir użat. |
2. Ħsara teknika jew ħsara li jaffettwaw l-apparat ta’ monitoraġġ abbord il-bastiment
|
2.1. |
Fil-każ ta’ kwalunkwe ħsara teknika jew ħsara li taffettwa l-apparat użat għall-monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, l-awtoritajiet ta’ Greenland u tal-Unjoni jridu jkunu infurmati minnufih mill-Istat tal-bandiera. |
|
2.2. |
It-tagħmir difettuż irid jiġi sostitwit jew imsewwi mill-ewwel port ta’ waqfa fejn is-servizz ikun disponibbli u mill-inqas fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta l-Istat tal-bandiera jkun għarraf liċ-ĊMS ta’ Greenland. Wara dan il-perjodu, il-bastiment inkwistjoni jrid ikun daħal f’port deżinjat mill-awtoritajiet ta’ Greenland għal segwitu regolatorju u tiswija, jew jitlaq miż-żona sakemm l-Istat tal-bandiera ma jkunx bagħat ir-rapport ta’ spezzjoni dwar l-apparat difettuż liċ-ĊMS ta’ Greenland u infurmah bir-raġunijiet li wasslu għall-ħsara. |
|
2.3. |
Sakemm it-tagħmir jissewwa jew jinbidel, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat rapport tal-pożizzjoni globali manwalment kull 4 siegħat bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-fax liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, fejn jiddikjara l-pożizzjonijiet irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.2. |
|
2.4. |
Messaġġi manwali kif imsemmija fil-paragrafu 2.3 ta’ dan l-Appendii għandhom jiġu rreġistrati immedjatament miċ-ĊPS tal-Istat tal-bandiera fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1.4 ta’ dan l-Appendiċi u trażmessi minnufih miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS ta’ Greenland, bl-użu tal-istess protokoll u format kif stabbilit fl-Appendiċi 4. |
|
2.5. |
Wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2.2, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Greenland. |
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS
|
3.1. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta’ Greenland. |
|
3.2. |
Iċ-ĊMS taż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw il-koordinati tagħhom, eż. l-indirizzi tal-email, il-fax, it-teleks u t-telefown, u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kwalunkwe tibdil f’dawn il-koordinati. |
|
3.3. |
Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta’ titjib fil-ġejjieni, it-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS ikkonċernati u l-Istati tal-bandiera għandha ssir b’mod elettroniku permezz tal-protokoll HTTPS. L-iskambju taċ-ċertifikati għandu jseħħ bejn l-awtoritajiet ta’ Greenland u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera rilevanti. |
|
3.4. |
Id-data tal-VMS se tintuża skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll. |
4. Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni
|
4.1. |
L-awtorità kompetenti ta’ Greenland u ċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera tal-Unjoni għandhom jiżguraw li t-tagħmir elettroniku tagħhom ikun kompatibbli u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b’kwalunkwe funzjonament ħażin fil-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bl-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. |
|
4.2. |
In-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS ma għandux jaffettwa l-operat tal-bastimenti. |
|
4.3. |
Il-messaġġi kollha li ma jiġux trażmessi waqt li s-sistema ma tkunx qed taħdem, għandhom jintbagħtu malli terġa’ tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn iċ-ĊMS ikkonċernati. |
5. Manutenzjoni ta’ ĊMS
|
5.1 |
Manutenzjoni ppjanata ta’ ĊMS (programm ta’ manutenzjoni) li tista’ taffettwa l-iskambju ta’ data tal-VMS għandha tiġi nnotifikata liċ-ĊMS l-ieħor mill-inqas 72 siegħa qabel, filwaqt li jiġu indikati, fejn possibbli, id-data u t-tul ta’ żmien tal-ħidma ta’ manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli. |
|
5.2 |
Matul il-ħidma ta’ manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-data tal-VMS tista’ titpoġġa fi stat ta’ stennija sakemm is-sistema terġa’ ssir operazzjonali. Id-data tal-VMS rilevanti għandha tintbagħat immedjatament wara li jintemm ix-xogħol ta’ manutenzjoni. |
|
5.3 |
Jekk ix-xogħol ta’ manutenzjoni jieħu aktar minn 24 siegħa, id-data tal-VMS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor permezz ta’ mezz alternattiv ta’ komunikazzjoni elettronika miftiehem b’mod reċiproku. |
|
5.4 |
Greenland għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza (MCS, monitoring, control and surveillance) tagħha sabiex iċ-ĊMS tagħha ma jqisx li l-bastimenti tal-Unjoni qed jiksru l-obbligi tagħhom minħabba li ma jkunux qed jittrażmettu d-data tal-VMS minħabba operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ ĊMS. |
6. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
|
6.1 |
Abbażi ta’ evidenza dokumentata li turi ksur, Greenland tista’ titlob liċ-ĊMS tal-istat tal-bandiera, filwaqt li tibgħat kopja wkoll lill-Unjoni, ħalli tnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull 30 minuta għal perjodu partikolari tal-investigazzjoni. Greenland għandha tibgħat din l-evidenza dokumentata lill-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Greenland bil-frekwenza l-ġdida. |
|
6.2 |
Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, Greenland għandha tinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kwalunkwe segwitu li jista’ jkun meħtieġ. |
Appendiċi 4
TAQSIMA 1 — FORMAT NAF VMS (*)
Format tad-data tal-VMS
Format għal komunikazzjoni ta’ messaġġi tal-VMS liċ-ĊMS tal-Parti l-oħra
(1) Messaġġ ta’ “ENTRY” (DĦUL)
|
Element tad-Data: |
Kodiċi tal-Qasam: |
Obbligatorji/Fakultattivi: |
Osservazzjonijiet: |
|
Bidu tar-Reġistrazzjoni |
BR |
O |
Dettall tas-sistema; tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
IN |
O |
Dettall tal-messaġġ; Parti destinatarja kodiċi tal-pajjiż ALPHA-3 ISO |
|
Minn |
MI |
O |
Dettall tal-messaġġ; Parti trażmittenti kodiċi tal-pajjiż ALPHA-3 ISO |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni |
NR |
F |
Dettall tal-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti |
|
Data tar-Reġistrazzjoni |
DR |
F |
Dettall tal-messaġġ; data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni |
ĦR |
F |
Dettall tal-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta’ Messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; tip ta’ messaġġ, “ENT” |
|
Sinjal tas-Sejħa bir-Radju |
SR |
O |
Dettall tal-bastiment; kodiċi internazzjonali tas-sinjal tas-sejħa bir-radju tal-bastiment |
|
Numru ta’ Referenza Intern |
RI |
O |
Dettall tal-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi tal-pajjiż tal-bandiera ALPHA-3 ISO segwit minn numru |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni Estern |
RE |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84) |
|
Lonġitudni |
LĠ |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84) |
|
Veloċità |
VE |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Il-veloċità tal-bastiment f’1 minn kull 10 mili nawtiċi |
|
Rotta |
RO |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360o |
|
Data |
DA |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni; Id-data f’UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
ĦI |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni; Il-ħin f’UTC tal-pożizzjoni (SSMM) |
|
Tmiem tar-Reġistrazzjoni |
TR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika tmiem tar-reġistrazzjoni |
(2) Messaġġ/rapport dwar il-“POSITION” (POŻIZZJONI)
|
Element tad-Data: |
Kodiċi tal-Qasam: |
Obbligatorji/Fakultattivi: |
Osservazzjonijiet: |
|
Bidu tar-Reġistrazzjoni |
BR |
O |
Dettall tas-sistema; tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
IN |
O |
Dettall tal-messaġġ; Parti destinatarja kodiċi tal-pajjiż ALPHA-3 ISO |
|
Minn |
MI |
O |
Dettall tal-messaġġ; Parti trażmittenti kodiċi tal-pajjiż ALPHA-3 ISO |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni |
NR |
F |
Dettall tal-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti |
|
Data tar-Reġistrazzjoni |
DR |
F |
Dettall tal-messaġġ; data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni |
ĦR |
F |
Dettall tal-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta’ Messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “POS” (1) |
|
Sinjal tas-Sejħa bir-Radju |
SR |
O |
Dettall tal-bastiment; kodiċi internazzjonali tas-sinjal tas-sejħa bir-radju tal-bastiment |
|
Numru ta’ Referenza Intern |
RI |
O |
Dettall tal-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi tal-pajjiż tal-bandiera ALPHA-3 ISO segwit minn numru |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni Estern |
RE |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni; pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84) |
|
Lonġitudni |
LĠ |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni; pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84) |
|
Attività |
AT |
O (2) |
Dettall tal-pożizzjoni; “ANC” li tindika mod ta’ rapportar imnaqqas |
|
Veloċità |
VE |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Il-veloċità tal-bastiment f’1 minn kull 10 mili nawtiċi |
|
Rotta |
RO |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360o |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Id-data f’UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
ĦI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Il-ħin f’UTC tal-pożizzjoni (SSMM) |
|
Tmiem tar-Reġistrazzjoni |
TR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika tmiem tar-reġistrazzjoni |
(3) Messaġġ ta’ “EXIT” (ĦRUĠ)
|
Element tad-Data: |
Kodiċi tal-Qasam: |
Obbligatorji/Fakultattivi: |
Osservazzjonijiet: |
|
Bidu tar-Reġistrazzjoni |
BR |
O |
Dettall tas-sistema; tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
IN |
O |
Dettall tal-messaġġ; Parti destinatarja kodiċi tal-pajjiż ALPHA-3 ISO |
|
Minn |
MI |
O |
Dettall tal-messaġġ; Parti trażmittenti kodiċi tal-pajjiż ALPHA-3 ISO |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni |
NR |
F |
Dettall tal-messaġġ; in-numru tas-serje tar-reġistrazjoni fis-sena rilevanti |
|
Data tar-Reġistrazzjoni |
DR |
F |
Dettall tal-messaġġ; data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni |
ĦR |
F |
Dettall tal-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta’ Messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; tip ta’ messaġġ, “EXI” |
|
Sinjal tas-Sejħa bir-Radju |
SR |
O |
Dettall tal-bastiment; kodiċi internazzjonali tas-sinjal tas-sejħa bir-radju tal-bastiment |
|
Numru ta’ Referenza Intern |
RI |
O |
Dettall tal-bastiment. In-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi tal-pajjiż tal-bandiera ALPHA-3 ISO segwit minn numru |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni Estern |
RE |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Id-data f’UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
ĦI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; Il-ħin f’UTC tal-pożizzjoni (SSMM) |
|
Tmiem tar-Reġistrazzjoni |
TR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika tmiem tar-reġistrazzjoni |
(4) Dettalji tal-format
Kull messaġġ fi trażmissjoni tad-data huwa strutturat kif ġej:
|
— |
żbarra doppja (//) u l-kodiċi BR jindikaw il-bidu ta’ messaġġ, |
|
— |
żbarra doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta’ element tad-data; |
|
— |
żbarra waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam mid-data, |
|
— |
pari tad-data huma mifrudin minn spazju, |
|
— |
il-karattri “TR” u żbarra doppja (//) jindikaw it-tmiem tar-reġistrazzjoni. |
Il-kodiċijiet tal-qasam kollha mogħtija f’dan l-Anness huma fil-Format tal-Atlantiku tat-Tramuntana, kif deskritt fl-Iskema ta’ Kontroll u Infurzar tal-NEAFC.
TAQSIMA 2 – FORMAT TAL-VMS UN/FLUX
Format UN/FLUX: data obbligatorja li għandha tiġi trażmessa f’rapporti ta’ pożizzjoni
|
Data |
Obbligatorja/fakultattiva |
Kummenti |
|
Destinatarju |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) Nota: Parti mill-pakkett FLUX TL |
|
Minn |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — Il-kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż speditur (ISO-3166) |
|
Identifikatur uniku tal-messaġġ |
O |
UUID skont l-RFC 4122 definit mill-IETF |
|
Data u ħin tat-trażmissjoni |
O |
Id-data u l-ħin meta nħoloq il-messaġġ f’UTC skont l-ISO 8601, bl-użu tal-format SSSS-XX-JJThh:mm:ss[.000000]Z (1) |
|
L-Istat tal-Bandiera |
O |
Dettalji tal-messaġġ — Bandiera tal-Istat tal-bandiera, Kodiċi tal-pajjiż Alpha-3 (ISO-3166) |
|
Tip ta’ messaġġ |
O |
Dettalji dwar il-messaġġ — Tip ta’ messaġġ Il-kodiċijiet li ġejjin għandhom jintużaw: ENTRY: l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd) EXIT: l-ewwel messaġġ irreġistrat wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd POS: pożizzjonijiet trażmessi waqt li jkunu fiż-żona tas-sajd) MANUAL: pożizzjoni trażmessa manwalment |
|
Is-sinjal tas-sejħa bir-radju: |
O |
Dettall tal-bastiment — Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS) |
|
In-numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti |
F |
Dettall tal-bastiment — In-numru uniku tal-bastiment tal-parti kontraenti |
|
Identifikatur Uniku tal-Bastiment (UVI, Unique Vessel Identifier) |
F |
Dettall tal-bastiment — in-numru tal-IMO |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni Estern |
F |
Dettall tal-bastiment — Numru fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) |
|
Latitudni |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/– GGG.ggg (WGS-84) Koordinati pożittivi għal pożizzjonijiet fit-Tramuntana tal-Ekwatur; Koordinati negattivi għal pożizzjonijiet fin-Nofsinhar tal-Ekwatur. |
|
Lonġitudni |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment — pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali DD.ddd (WGS-84). Koordinati pożittivi fil-Lvant tal-meridjan ta’ Greenwich; Koordinati negattivi fil-Punent tal-meridjan ta’ Greenwich. |
|
Rotta |
O |
Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360o |
|
Veloċità |
O |
Veloċità tal-bastiment f’mili nawtiċi |
|
Data u ħin |
O |
Dettalji dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — data u ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC skont l-istandard ISO 8601, fil-format SSSS-XX-DDThh:mm:ss[.000000]Z (2) |
It-trażmissjoni tad-data fil-format UN/FLUX għandha tkun strutturata bil-mod stabbilit fid-dokument tekniku ta’ implimentazzjoni separat li għandu jiġi żviluppat u miftiehem mill-Partijiet qabel ma sseħħ il-bidla għall-UN/FLUX.
(*) Kif iddikjarat fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 1, tal-Anness, l-istandard UN/FLUX (United Nations/Fisheries Language for Universal eXchange) u n-network ta’ skambju FLUX TL huma maħsuba li jiġu implimentati għall-iskambju ta’ pożizzjonijiet tal-bastimenti ladarba l-perjodi ta’ prova miftiehma jkunu tlestew b’suċċess u ż-żewġ partijiet ikunu lesti. Konsegwentement, ladarba jintuża l-format UN/FLUX, l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-format NAF ta’ hawn fuq għall-iskambju ta’ pożizzjonijiet tal-VMS għandhom jiġu sostitwiti bil-format VMS UN/FLUX stabbilit fit-Taqsima 2 ta’ dan l-Appendiċi.
(1) it-tip ta’ messaġġ għandu jkun “MAN” għar-rapporti kkomunikati minn bastimenti b’apparat ta’ monitoraġġ bis-satellita difettuż.
(2) Applikabbli biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi POS bi frekwenza mnaqqsa.
(1) SSSS=sena; XX= ix-xahar, inkluż iż-0 ta’ quddiem fejn in-numru tax-xahar huwa inqas minn 10; JJ= il-jum tax-xahar inkluż dak iż-0 ta’ quddiem fejn in-numru tal-jum ikun inqas minn 10; Ħ= l-ittra Ħ biex tindika l-parti tat-taqsima tal-ħin; H24= sigħat tal-ġurnata espressi b’żewġ ċifri bl-użu tan-notazzjoni ta’ 24 siegħa; MI= minuti espressi bħala żewġ ċifri; SS= sekondi espressi bħala żewġ ċifri; [.000000] = jistgħu jiġu inklużi frazzjonijiet ta’ sekondi b’mod fakultattiv, mingħajr ma jiġu inklużi l-parentesi; Ż = iż-żona tal-ħin, li trid tkun Ż (jiġifieri UTC)
(2) SSSS= sena; XX= ix-xahar, inkluż iż-0 ta’ quddiem fejn in-numru tax-xahar huwa inqas minn 10; JJ= il-jum tax-xahar inkluż dak iż-0 ta’ quddiem fejn in-numru tal-jum ikun inqas minn 10; Ħ= l-ittra Ħ biex tindika l-parti tat-taqsima tal-ħin; H24= sigħat tal-ġurnata espressi b’żewġ ċifri bl-użu tan-notazzjoni ta’ 24 siegħa; MI= minuti espressi bħala żewġ ċifri; SS= sekondi espressi bħala żewġ ċifri; [.000000] = jistgħu jiġu inklużi frazzjonijiet ta’ sekondi b’mod fakultattiv, mingħajr ma jiġu inklużi l-parentesi; Ż= iż-żona tal-ħin, li għandha tkun Ż (jiġifieri. UTC)
Appendiċi 5
SKEMA TA’ FLESSIBBILTÀ FIS-SAJD GĦAR-REDFISH PELAĠIKU BEJN L-ILMIJIET TA’ GREENLAND U TAL-NEAFC
1.
Biex bastiment tal-Unjoni jistad skont l-iskema ta’ flessibbiltà fis-sajd għar-redfish pelaġiku bejn l-ilmijiet ta’ Greenland u dawk tal-NEAFC, għandu jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn Greenland f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness tal-Protokoll. L-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sajd se jirreferu biċ-ċar għall-attivitajiet ’il barra miż-ŻEE ta’ Greenland.
2.
Fiż-żona regolatorja tal-NEAFC għandhom jitħarsu l-miżuri kollha adottati mill-NEAFC b’rabta ma’ dak it-tip ta’ sajd.
3.
Bastiment tal-Unjoni jista’ jistad biss il-kwota tiegħu għar-redfish ta’ Greenland ladarba jkun eżawrixxa s-sehem tiegħu tal-kwota tar-redfish tal-NEAFC tal-Unjoni allokata mill-Istat tal-Bandiera tiegħu.
4.
Bastiment jista’ jistad il-kwota tiegħu ta’ Greenland fl-istess żona tal-NEAFC, fejn tkun inqabdet il-kwota tal-NEAFC, suġġett għall-paragrafu 5.
5.
Bastiment tal-Unjoni jista’ jistad il-kwota tiegħu ta’ Greenland fiż-żona ta’ konservazzjoni tar-redfish (RCA) bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-baħar Irminger u fl-ilmijiet tal-madwar, iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe parti li tinsab fiż-żona tas-sajd tal-Iżlanda.
6.
Bastiment tal-Unjoni li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja tal-NEAFC għandu jibgħat rapport dwar il-pożizzjoni tal-VMS lill-NEAFC permezz taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji. Waqt li bastiment ikun qed jistad għall-ħut fiż-żona ta’ konservazzjoni tar-redfish tal-NEAFC fil-qafas tal-kwota ta’ Greenland, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jirranġa b’mod speċifiku biex ir-riżultati tat-teħid tar-rapport tal-VMS dwar il-pożizzjoni tal-bastiment ta’ kull siegħa jintbagħtu liċ-ĊMS ta’ Greenland kważi f’ħin reali.
7.
Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li meta jkun qed jibgħat ir-rapporti lill-NEAFC u lill-awtoritajiet ta’ Greenland, il-qabdiet tar-redfish li jkunu nqabdu fiż-żona regolatorja tal-NEAFC abbażi tal-iskema ta’ flessibbiltà ta’ Greenland jiġu identifikati biċ-ċar bħala qabdiet li saru abbażi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ Greenland maħruġa fil-qafas tal-iskema ta’ flessibbiltà.Qabel ma bastiment jibda jistad abbażi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ Greenland tiegħu, huwa għandu jibgħat rapport ta’ AVVIŻ TA’ AZZJONI.
Meta bastiment ikun qed jistad abbażi ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ Greenland, huwa għandu jibgħat ta’ kuljum rapport TAL-QABDIET TA’ KULJUM sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC.
Malli bastiment jieqaf mill-attivitajiet tas-sajd tiegħu marbutin mal-kwota ta’ Greenland, huwa għandu jibgħat rapport TA’ TMIEM L-AZZJONI.
Ir-Rapport TA’ AVVIŻ TA’ AZZJONI, ir-Rapport TAL-QABDIET TA’ KULJUM u r-Rapport TA’ TMIEM L-AZZJONI għandhom isiru f’konformità mal-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tal-Anness.
8.
Sabiex jitħarsu iktar iż-żoni ta’ estrużjoni tal-larva, l-attivitajiet tas-sajd ma għandhomx jibdew qabel id-data stipulata fir-rakkomandazzjoni tal-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-baħar Irminger u fl-ilmijiet ta’ madwaru.
9.
L-Istat tal-bandiera għandu jibgħat rapporti dwar il-qabdiet li jkunu saru abbażi tal-kwota ta’ Greenland fl-ilmijiet ta’ Greenland u fiż-żona regolatorja tal-NEAFC lill-awtoritajiet tal-Unjoni. Dawk għandhom jinkludu l-qabdiet kollha li jkunu saru fil-qafas tal-iskema ta’ flessibbiltà u għandhom jidentifikaw biċ-ċar il-qabdiet u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd korrispondenti.
10.
Fi tmiem l-istaġun tas-sajd kull ĊMS ta’ Stat tal-bandiera għandu jibgħat lill-awtoritajiet ta’ Greenland l-istatistika dwar il-qabdiet marbuta mas-sajd għar-redfish pelaġiku li jkun sar skont din l-iskema ta’ flessibbiltà.
Appendiċi 6
PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
1. Id-definizzjonijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni
1.1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim u d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, jew data ta’ lokalizzazzjoni; |
|
(b) |
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet imwettqa fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatizzati kif ukoll jekk le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mod ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda; |
|
(c) |
“awtorità trasferenti” tfisser awtorità pubblika li tibgħat data personali; |
|
(d) |
“awtorità riċeventi” tfisser awtorità pubblika li lilha tiġi żvelata data personali; |
|
(e) |
“ksur tad-data” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess għaliha; |
|
(f) |
“trasferiment ulterjuri” tfisser it-trasferiment ta’ data personali minn parti riċeventi lil entità li mhijiex firmatarja ta’ dan il-Protokoll (“parti terza”); |
|
(g) |
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan l-Appendiċi sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. |
1.2. Kamp ta’ Applikazzjoni
Il-persuni kkonċernati mill-Protokoll huma, b’mod partikolari, persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tas-sajd, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tas-sajd li joperaw skont dan il-Protokoll.
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u pproċessata ulterjorment:
|
— |
l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment; |
|
— |
l-attivitajiet ta’ bastiment jew relatati ma’ bastiment, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività relatata mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi; |
|
— |
data relatata mas-sidien tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt tan-negozju u l-kont bankarju tan-negozju; |
|
— |
data relatata mal-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt tan-negozju; |
|
— |
data relatata mal-kaptani tal-bastiment u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-ismijiet, in-nazzjonalità, il-funzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jew tagħha; |
|
— |
data relatata mas-sajjieda abbord, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ u ċ-ċertifikat tas-saħħa. |
1.3. Awtoritajiet responsabbli
L-awtoritajiet responsabbli għall-ipproċessar tad-data huma l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera, għall-Unjoni, u l-awtorità ta’ Greenland.
2. Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali
2.1. Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data
Id-data personali mitluba u ttrasferita skont il-Protokoll għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, jiġifieri għall-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Il-partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll.
Id-data riċevuta ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jew inkella għandha tiġi anonimizzata.
Fuq talba, l-awtorità riċeventi għandha tinforma lill-awtorità trasferenti mingħajr dewmien dwar kif tintuża d-data pprovduta.
2.2. Akkuratezza
Il-partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali trasferita skont il-Protokoll tkun preċiża, aġġornata u, fejn xieraq, aġġornata regolarment abbażi tal-għarfien tal-awtorità trasferenti. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta mhijiex preċiża, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien u għandha tikkoreġiha u taġġornaha kif meħtieġ.
2.3. Limitazzjoni tal-ħżin
Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet skambjata. Dawn għandhom jitħassru mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-Protokoll, sakemm ma jkunux meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi skont il-Kapitolu 12 tal-Att dwar is-Sajd ta’ Greenland (l-Att Nru 29 tat-23 ta’ Mejju 2024 dwar is-Sajd) jew biex isegwu ksur, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. Fil-każ tal-aħħar, id-data tista’ tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex il-ksur jew l-ispezzjoni jkunu jistgħu jiġu segwiti jew sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi jkunu ngħalqu b’mod definittiv. Fir-rigward tad-data personali meħtieġa għall-konformità mal-obbligi skont il-Kapitolu 12 tal-Att dwar is-Sajd ta’ Greenland (l-Att Nru 29 tat-23 ta’ Mejju 2024 dwar is-Sajd), id-data għandha titħassar mhux aktar tard minn 5 snin wara li tkun inkisbet id-data skont il-Protokoll.
Jekk id-data personali tinħażen għal perjodu itwal, din għandha tiġi anonimizzata.
2.4. Sigurtà u kunfidenzjalità
Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’tali mod li jiġi żgurat li tkun sigura kif xieraq, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. L-awtoritajiet responsabbli għall-ipproċessar għandhom jindirizzaw kwalunkwe ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw jew jimmitigaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali. L-awtorità riċeventi għandha tinnotifika tali ksur lill-awtorità trasferenti malajr kemm jista’ jkun, u ż-żewġ awtoritajiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fil-ħin kif meħtieġ biex kull waħda tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħha.
Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li l-ipproċessar ikun konformi mal-Protokoll.
2.5. Rettifika jew tħassir
Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet trasferenti u riċeventi jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li d-data personali tiġi, kif xieraq, rettifikata jew imħassra mingħajr dewmien jekk l-ipproċessar ma jkunx konformi mal-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li d-data ma tkunx adegwata, rilevanti jew preċiża jew tkun eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar.
Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull rettifika jew tħassir.
2.6. Trasparenza
Il-partijiet għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati, permezz ta’ notifika individwali u pubblikazzjoni tal-Ftehim fuq is-siti web tagħhom, dwar il-kategoriji ta’ data trasferita u pproċessata ulterjorment, il-mod li bih tiġi pproċessata d-data personali, l-għodda rilevanti użata għat-trasferiment, l-iskop tal-ipproċessar, il-partijiet terzi jew il-kategoriji ta’ partijiet terzi li lilhom l-informazzjoni tista’ tiġi ttrasferita ulterjorment, id-drittijiet individwali u l-mekkaniżmi disponibbli għalihom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju, u dettalji dwar fejn jistgħu jressqu proċedimenti jew iressqu lmenti.
2.7 Trasferiment ulterjuri
L-awtorità riċeventi għandha tittrasferixxi data personali riċevuta skont il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż li mhuwiex l-Istat Membru tal-bandiera biss jekk dan ikun iġġustifikat minn objettiv importanti ta’ interess pubbliku li huwa rikonoxxut ukoll fil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-awtorità trasferenti u jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan l-Appendiċi (b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data), u
|
(a) |
jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun adottat deċiżjoni ta’ adegwatezza skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fir-rigward tal-pajjiż fejn tinsab il-parti terza jew fejn tinsab l-organizzazzjoni internazzjonali, u dik id-deċiżjoni tkopri t-trasferiment ulterjuri; jew |
|
(b) |
f’każijiet speċifiċi, fejn tali trasferiment ikun meħtieġ biex l-awtorità trasferenti tissodisfa l-obbligi tagħha lejn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd; jew |
|
(c) |
f’każijiet eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, dment li l-parti terza timpenja ruħha li tipproċessa d-data biss għall-iskopijiet speċifiċi li għalihom tkun ġiet ittrasferita ulterjorment u li tħassarha hekk kif l-ipproċessar ma jibqax meħtieġ għal dak l-għan. |
3. Id-drittijiet tas-suġġetti tad-data
3.1. Aċċess għad-data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità riċeventi għandha:
|
(a) |
tikkonferma lis-suġġett tad-data jekk id-data personali relatata mas-suġġett tad-data hijiex qed tiġi pproċessata jew le; |
|
(b) |
tipprovdi informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji ta’ data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk possibbli), id-dritt li titlob rettifika/tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ.; |
|
(c) |
tipprovdi kopja tad-data personali; |
|
(d) |
tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-salvagwardji applikabbli. |
3.2. Korrezzjoni ta’ data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità riċeventi għandha tirrettifika kwalunkwe data personali tas-suġġett tad-data li ma tkunx kompluta, ma tkunx preċiża jew ma tkunx valida.
3.3. Tħassir ta’ data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtorità riċeventi għandha:
|
(a) |
tħassar kwalunkwe data personali relatata mas-suġġett tad-data li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti fil-Protokoll; |
|
(b) |
tħassar kwalunkwe data personali relatata mas-suġġett tad-data li ma għadhiex meħtieġa għall-finijiet li għalihom kienet ipproċessata legalment; |
|
(c) |
twaqqaf l-ipproċessar tad-data personali jekk is-suġġett tad-data joġġezzjona għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. |
3.4. Arranġamenti dettaljati
L-awtorità riċeventi għandha twieġeb minnufih, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mit-talba, għal talbiet mis-suġġetti tad-data dwar l-aċċess għad-data personali tagħhom, jew ir-rettifika jew it-tħassir tagħha. L-awtorità riċeventi tista’ tieħu passi xierqa, bħall-impożizzjoni ta’ tariffi raġonevoli biex tkopri l-kostijiet amministrattivi jew ir-rifjut li taġixxi fuq talba li tkun manifestament infondata jew eċċessiva.
Jekk it-talba tas-suġġett tad-data tiġi rrifjutata, l-awtorità riċeventi għandha tinforma lis-suġġett tad-data bir-raġunijiet għar-rifjut.
3.5. Restrizzjonijiet
Id-drittijiet skont dan l-Appendiċi jistgħu jiġu ristretti jekk tali restrizzjoni tkun stabbilita fil-liġi u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.
Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti wkoll biex tiġi ssalvagwardjata funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta, anki jekk kultant, mal-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali.
Jistgħu jkunu ristretti wkoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
4. Rimedju u superviżjoni indipendenti
4.1. Superviżjoni indipendenti
Il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali ma’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal superviżjoni indipendenti minn korp estern jew intern li jeżerċita superviżjoni indipendenti u li jkollu setgħat investigattivi u ta’ rimedju.
4.2. Awtoritajiet ta’ sorveljanza
Għall-Unjoni, tali superviżjoni għandha tiġi eżerċitata mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea, jew mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, meta jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera.
Għal Greenland, l-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tad-Data (Datatilsynet) għandha tkun kompetenti.
L-awtoritajiet imsemmija hawn fuq għandhom jittrattaw u jsolvu l-ilmenti mis-suġġetti tad-data relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont il-Protokoll b’mod effettiv u f’waqtu.
4.3. Dritt għal rimedju
Kull Parti għandha tiżgura li, fis-sistema legali tagħha, suġġett tad-data li jemmen li awtorità tkun naqset milli tikkonforma mas-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Protokoll u f’dan l-Appendiċi, jew li jemmen li d-data personali tiegħu kienet soġġetta għal ksur, jista’ jfittex kumpens minn dik l-awtorità sa fejn ikun permess mil-leġiżlazzjoni applikabbli quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ekwivalenti.
B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra kwalunkwe awtorità jista’ jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u lill-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tad-Data, fil-każ ta’ Greenland. Barra minn hekk, ċerti lmenti kontra kwalunkwe awtorità jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u quddiem il-Qrati ta’ Greenland, fil-każ ta’ Greenland.
Fil-każ ta’ tilwima jew ilment imressaq minn suġġett tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħu kontra l-awtorità trasferenti, l-awtorità riċeventi jew iż-żewġ awtoritajiet, l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lil xulxin b’dan u jagħmlu kull sforz biex isolvu t-tilwima jew l-ilment b’mod amikevoli mill-aktar fis possibbli.
4.4. Skambju tal-informazzjoni
Il-partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar kwalunkwe lment li jirċievu dwar l-ipproċessar ta’ data personali skont il-Protokoll u dwar ir-riżoluzzjoni tagħhom.
5. Rieżami
Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jirrieżaminaw il-politiki u l-proċeduri tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom biex jivverifikaw u jikkonfermaw li s-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Protokoll u dan l-Appendiċi jiġu implimentati b’mod effettiv fil-Kumitat Konġunt.
6. Sospensjoni tat-trasferiment
Meta l-Partijiet ma jkunux jistgħu jsolvu b’mod amikevoli tilwim dwar l-ipproċessar tad-data personali f’konformità ma’ dan l-Appendiċi, il-Parti trasferenti tista’ tissospendi jew ittemm it-trasferiment ta’ data personali sakemm tqis li l-kwistjoni tkun ġiet solvuta b’mod sodisfaċenti mill-Parti riċeventi. Id-data diġà trasferita għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Appendiċi.
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/3203/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)