<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑196/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0196</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:851">EU:C:2015:851</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT – KAWŻA C-196/15</P><P>GRANAROLO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑196/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Granarolo SpA</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appell de Paris (qorti tal-appell ta’ Pariġi, Franza)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Punti 1 u 3 tal-Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjoni kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Natura kuntrattwali jew delittwali ta’ talba għad-danni f’dan ir-rigward</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kawża ineżami tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja opportunità oħra sabiex tiddistingwi bejn id-diversi tipi ta’ ġurisdizzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</P></NOTE> fir-rigward tat-tressiq ta’ talbiet kuntrattwali u delittwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>B’mod speċifiku, din il-kawża tikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk il-ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt hijiex rilevanti meta talba għad-danni tkun ibbażata biss fuq it-terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjoni kummerċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-qafas ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-iskopijiet ta’ din id-disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>fil-każ ta’ provista ta’ servizzi, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 442-6 tal-Kodiċi kummerċjali Franċiż (Code de commerce) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[...] kull produttur, negozjant, fabbrikant jew kull persuna rreġistrata fir-reġistru tal-kummerċjanti għandha tinżamm responsabbli u għandha tkun responsabbli għad-danni meta</P><P>[…]</P><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>ittemm f’daqqa, anki jekk parzjalment, relazzjoni kummerċjali stabbilita, mingħajr avviż bil-miktub minn qabel fid-dawl tat-tul tar-relazzjoni kummerċjali u b’osservanza tat-tul minimu ta’ avviż minn qabel speċifikat, fid-dawl tal-użanzi kummerċjali, minn ftehimiet interprofessjonali. [...] Fl-assenza ta’ tali ftehimiet, digrieti adottati mill-ministru responsabbli għall-ekonomija jistgħu, għal kull kategorija ta’ prodotti, jistabbilixxu, fid-dawl tal-użanzi kummerċjali, terminu minimu ta’ avviż minn qabel u jistgħu jistabbilixxu qafas ta’ kundizzjonijiet li fihom għandhom jiġu tterminati r-relazzjonijiet kummerċjali, b’mod partikolari fid-dawl tat-tul tagħhom. Id-dispożizzjonijiet imsemmija huma bla ħsara għall-possibbiltà ta’ rexissjoni mingħajr avviż minn qabel fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-parti l-oħra tal-obbligi tagħha jew fil-każ ta’ forza maġġuri. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għal 25 sena, kumpannija Franċiża kienet tikkummerċjalizza prodotti tal-ikel fi Franza bħala distributur għal kumpannija Taljana. Din ir-relazzjoni dewwiema ma kienet ibbażata fuq l-ebda kuntratt qafas u b’mod partikolari lanqas ma kienet ibbażata fuq klawżola ta’ esklużività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121210">10 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-kumpannija Taljana informat lill-kumpannija Franċiża li kienet ser ittemm din ir-relazzjoni kummerċjali fl-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kumpannija Franċiża ppreżentat rikors kontra l-kumpannija Taljana quddiem it-Tribunal de commerce de Marseille (Qorti kummerċjali ta’ Marseille) fejn talbet kumpens għad-danni minħabba t-terminazzjoni f’daqqa tar-relazzjoni kummerċjali. Hija bbażat ir-rikors tagħha fuq l-Artikolu L. 442-6 tal-Kodiċi kummerċjali. Peress li kienet tal-fehma li r-rikors kien jikkonċerna kwistjoni mhux kummerċjali, it-Tribunal de commerce (Qorti kummerċjali) ikkonfermat li kellha ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Taljana appellat kontra l-ġurisdizzjoni tal-qorti Franċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour d’appel de Paris (qorti tal-appell ta’ Pariġi), li quddiemha ġie ppreżentat l-appell, iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tar-Regolament [Nru 44/2001], għandu jinftiehem fis-sens li taqa’ fil-materji ta’ delitt l-azzjoni għad-danni għal ksur ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti li jikkonsistu fil-provvista ta’ merkanzija matul diversi snin lil distributur mingħajr kuntratt qafas u lanqas esklużività?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament huwa applikabbli għad-determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li huwa l-bażi tat-talba fil-każ imsemmi fl-ewwel domanda?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk, fil-każ ta’ talba għad-danni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tapplikax il-ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fis-sena 2014, fil-kawża Brogsitter<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brogsitter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑548/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:148">EU:C:2014:148</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-linja ta’ distinzjoni bejn ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt u f’materji kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Is-sentenza Brogsitter</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-kawża li wasslet għas-sentenza Brogsitter, il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat il-kwistjoni ta’ jekk rikorsi għal responsabbiltà ċivili, li skont id-dritt nazzjonali għandhom in-natura ta’ delitti, kinux jikkonċernaw xorta waħda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 fid-dawl tal-fatt li kien hemm kuntratt bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brogsitter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑548/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:148">EU:C:2014:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tad-distinzjoni bejn ġurisdizzjoni delittwali u kuntrattwali, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kienet deċiżiva l-kwistjoni ta’ jekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>l-interpretazzjoni [ta’] kuntratt li jorbot lill-konvenut mar-rikorrent [hijiex] indispensabbli sabiex tiġi stabbilita n-natura legali jew, bil-kontra, illegali tal-aġir ikkritikat fil-konfront tal-konvenut mir-rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brogsitter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑548/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:148">EU:C:2014:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, tali interpretazzjoni tal-kuntratt tkun indispensabbli meta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-azzjonijiet [ikollhom] bħala suġġett talba għal kumpens li l-kawża tagħha tista’ raġonevolment titqies li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet u tal-obbligi tal-kuntratt li jorbot lill-partijiet fil-kawża prinċipali, liema fatt ikun irid jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi deċiża l-kawża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brogsitter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑548/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:148">EU:C:2014:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-każ li tkun meħtieġa l-interpretazzjoni ta’ kuntratt, tapplika l-ġurisdizzjoni kuntrattwali fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 5. Fil-każ kuntrarju, tapplika l-ġurisdizzjoni delittwali fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza Brogsitter għall-kawża ineżami</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami tqum problema li kienet tqajmet fil-kawża li wasslet għas-sentenza Brogsitter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’din il-kawża l-qorti tar-rinviju hija wkoll tal-fehma li, skont id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-qorti tar-rinviju ma tidħolx f’iktar dettall dwar il-problema marbuta mal-fatt li t-tilwima fil-kawża prinċipali hija rregolata mid-dritt Franċiż. Madankollu, dan ma huwiex evidenti iżda bħala prinċipju jkollu jiġi ddeterminat b’riferiment għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ dritt jew għal normi imperattivi, li dwarhom ma saritx domanda mill-qorti tar-rinviju u li fir-rigward tagħhom ma hemmx informazzjoni suffiċjenti fid-digriet tar-rinviju li tippermetti diskussjoni dwarhom.</P></NOTE>, it-talba għad-danni mressqa quddiemha għandha tiġi kklassifikata bħala ta’ natura delittwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Madankollu, b’differenza mill-kawża li wasslet għas-sentenza Brogsitter, fil-kawża ineżami ma hemmx il-bżonn indispensabbli li jiġi interpretat kuntratt bejn il-partijiet li fuqu tista’ tkun ibbażata l-ġurisdizzjoni kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>It-talba għad-danni hija marbuta mat-terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjoni kummerċjali eżistenti li matulha kienu saru diversi kunsinni ta’ merkanzija lill-kumpannija Franċiża. Madankollu, ma jeżisti l-ebda kuntratt qafas li jirregola b’mod ġenerali r-relazzjoni bejn il-partijiet. Madankollu, fir-rigward tal-kwistjoni deċiżiva ta’ jekk ingħatax terminu raġonevoli għat-terminazzjoni tar-relazzjoni kummerċjali, din il-kwistjoni ma tiddependix minn evalwazzjoni ta’ dak li ġie miftiehem mill-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Kif isostni l-Gvern Franċiż fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-qorti suprema, fir-rigward tal-bażi invokata għat-talba għad-danni huwa irrilevanti jekk kienx diġà ġie konkluż kuntratt jew jekk ir-relazzjoni kummerċjali kinitx għadha fi stadju preċedenti għall-konklużjoni ta’ kuntratt.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid-dawl b’mod partikolari tan-natura tagħha, it-talba għad-danni hija distinta minn avvenimenti kuntrattwali. Il-bażi ta’ din it-talba għal danni ma tinsabx f’arranġamenti kuntrattwali bejn il-partijiet iżda f’dispożizzjoni legali li, fl-interess ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbli, tikkundanna t-terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjonijiet kummerċjali u f’tali każijiet tipprovdi għal kumpens għad-danni għall-partijiet li kienu f’tali relazzjoni kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża ineżami hija f’ċertu sens l-oppost ta’ dik li kienet inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Brogsitter: dik il-kawża kienet tikkonċerna talba għad-danni li kellha l-bażi tagħha fuq ksur ta’ kuntratt eżistenti. Għall-kuntrarju, fil-kawża ineżami t-talba għad-danni ma hijiex ibbażata fuq <HT TYPE="ITALIC">kuntratti</HT> eżistenti iżda pjuttost fuq <HT TYPE="ITALIC">l-assenza tal-possibbiltà li jiġu konklużi iktar kuntratti</HT> minħabba t-terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjoni kummerċjali. Għaldaqstant, il-kwistjoni ma hijiex dwar ksur ta’ kuntratt iżda dwar ir-rifjut tal-partijiet li qabel kienu f’relazzjoni kummerċjali li jikkonkludu kuntratt. Għaldaqstant, ma hemmx raġunijiet kuntrattwali li jservu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>bażi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għat-talba għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’mod ipotetiku, jista’ jkun hemm raġunijiet kummerċjali fil-każ li l-parti li tkun temmet ir-relazzjoni kummerċjali toġġezzjona għal xi ksur preċedenti tal-kuntratt min-naħa tal-kreditur fir-relazzjoni kummerċjali, sabiex tiġġustifika t-terminazzjoni tar-relazzjoni kummerċjali u sabiex tirribatti għall-obbligu tagħha li tħallas kumpens. Tali oġġezzjoni – anki jekk jitqies li tqajmet tali oġġezzjoni, <HT TYPE="ITALIC">quad non</HT> – ma tibdilx in-natura tat-talba għad-danni u ma tibdilhiex f’talba għad-danni bbażata fuq kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ma humiex is-suġġett tal-kawża ineżami u għalhekk il-ġurisdizzjoni kuntrattwali prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 ma tistax tkun rilevanti hawnhekk.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura tagħha stess, talba bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali iktar għandha tiġi kklassifikata bħala ta’ natura delittwali, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà għamlet fil-każ ta’ talbiet ibbażati fuq terminazzjoni kolpevoli ta’ negozjati intiżi sabiex jiġi konkluż kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tacconi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:499">EU:C:2002:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn it-talbiet huma paragunabbli mat-talba inkwistjoni fil-kawża ineżami sa fejn f’din il-kawża lanqas <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ma hemm obbligi assunti b’mod volontarju u reċiproku mill-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tacconi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:499">EU:C:2002:499</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); f’dan ir-rigward ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kolassa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:37">EU:C:2015:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u sa fejn it-talba hija bbażata fuq l-allegazzjoni ta’ aġir żleali min-naħa ta’ sieħeb fin-negozju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tacconi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:499">EU:C:2002:499</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li rikors għad-danni bbażat fuq terminazzjoni ta’ relazzjoni kummerċjali eżistenti mingħajr kuntratt qafas u mingħajr klawżola ta’ esklużività jikkonċerna tort, delitt jew kważi delitt u għalhekk jaqa’ taħt il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel domanda preliminari ma ngħatatx risposta fin-negattiv, ma huwiex meħtieġ li tingħata risposta għat-tieni domanda li permezz tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ li ma tiġix irrikonoxxuta l-ġurisdizzjoni delittwali – li ma kienx il-każ – il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 huwiex rilevanti għad-determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li huwa s-suġġett tat-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għal finijiet ta’ kompletezza, għandha tiġi indirizzata fil-qosor it-tieni domanda u għandha tinġibed l-attenzjoni għas-sentenza Corman-Collins<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Corman-Collins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:860">EU:C:2013:860</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn kienet tqajmet il-kwistjoni ta’ jekk id-dispożizzjoni prevista fil-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 kinitx applikabbli għal talba għad-danni mressqa minn distributur fil-kuntest tat-terminazzjoni ta’ kuntratt orali ta’ distribuzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Corman-Collins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:860">EU:C:2013:860</NO.ECLI>, Rn. <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>): Hawnhekk tinsab id-differenza prinċipali fil-konfront tal-kawża ineżami, fejn, skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, ma hemm l-ebda kuntratt qafas.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kuntratt ta’ konċessjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ikkaratterizzat minn ftehim qafas li għandu bħala suġġett teħid ta’ impenn ta’ provvista u ta’ kunsinna konkluż għall-futur minn żewġ operaturi ekonomiċi, li jinkludi dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi fir-rigward tad-distribuzzjoni mill-konċessjonarju tal-oġġetti mibjugħa mill-konċedent<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Corman-Collins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:860">EU:C:2013:860</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kellu jitqies bħala kuntratt dwar il-provvista ta’ servizzi [fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5]. Madankollu, fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>relazzjoni kummerċjali durabbli bejn żewġ operaturi ekonomiċi, meta din ir-relazzjoni hija limitata għal numru ta’ ftehim suċċessivi li kull wieħed minnhom għandhom bħala suġġett il-kunsinna u l-ġbir ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jista’ jkun applikabbli l-ewwel inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Corman-Collins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑9/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:860">EU:C:2013:860</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati għall-kawża ineżami minħabba li ma hemm ebda kuntratt qafas bejn il-partijiet. Barra minn hekk, it-tilwima fil-kawża prinċipali ma tikkonċernax <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>bejgħ ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-ewwel inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 iżda tikkonċerna pjuttost it-terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjoni kummerċjali, mingħajr ma huwa involut il-kontenut kuntrattwali konkret ta’ din ir-relazzjoni. 28. Għaldaqstant, il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 ma jistax ikun rilevanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari kif ġej:</TXT><P>Rikors għad-danni bbażat fuq terminazzjoni ta’ relazzjoni kummerċjali eżistenti mingħajr kuntratt qafas u mingħajr klawżola ta’ esklużività jikkonċerna tort, delitt jew kważi delitt u għalhekk jaqa’ taħt il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>