Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 15) dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja (1985)
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0254 - 0254
Protokoll [*] (Nru 15) dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja (1985) Artikolu 1 1. It-trattament dwar l-importazzjoni ġewwa l-komunità ta' prodotti soġġetta għall-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Groenlandja, għandu, waqt li jikkonforma mal-mekkaniżmi ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni, jinvolvi l-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana u l-piżijiet b'effett ekwivalenti u in-nuqqas ta' restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri b' effett ekwivalenti jekk il-possibiltajiet ta' l-aċċess għaż-żoni tas-sajd tal-Groenlandja mogħtija lill-Komunità skond il-ftehim bejn il-Komunità u l-awtorità responsabbli għall-Groenlandja huma sodisfaċenti għall-Komunità. 2. Il-miżuri kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni għal dawn il-prodotti, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea. Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti lill-Kunsill, li għandu jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata, għall-miżuri tranżitorji li tikkunsidra meħtieġa, minħabba d-dħul fis-seħħ ta' l-arranġamenti l-ġodda, fejn għandha x'taqsam il-manutenzjoni ta' drittijiet akkwistati minn persuni naturali jew legali matul il-perjodu meta l-Groenlandja kienet parti mill-Komunità u r-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni fejn għandha x'taqsam l-għajnuna finanzjarja mill-Komunitajiet lill-Groenlandja matul dak il-perjodu. [*] L-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Groenlandja jipprovdi li dan il-Protokoll, anness għal dan it-Trattat, ikun anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ekonomika Ewropea (ĠU L 29, 1.2.1985). --------------------------------------------------