|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1279 |
21.5.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1279
tat-8 ta’ Mejju 2024
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jiżgiċċawx id-dazju anti-dumping. |
|
(3) |
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”), kif emendat, li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika. |
|
(4) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ assemblaturi tar-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”). |
|
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/611 tas-17 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista tal-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati u l-lista aġġornata tal-partijiet eżentati (5). |
|
(6) |
Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1431 (6) l-aktar reċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ġiet adottata fit-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(7) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
1. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
|
(8) |
Bejn l-20 ta’ Frar 2022 u t-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(9) |
Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-merti tat-talbiet mill-partijiet li qegħdin jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż minn dakinhar li l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet debitament sostanzjati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
2. L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI
|
(11) |
Ġie konkluż l-eżami tal-merti tat-talba tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1. Tabella 1
|
|
(12) |
Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw miċ-Ċina kkostitwixxa anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha assemblati mill-parti elenkati fit-Tabella 1. |
|
(13) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet tal-assemblaġġ tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
|
(14) |
Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-Tabella 1 issodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż. |
|
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni ssir effettiva mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba li tkun debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-parti li qiegħda titlob eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data. |
|
(16) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom rispettivament u ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwarhom. Ma ġie riċevut l-ebda kumment. |
|
(17) |
Peress li l-eżenzjoni tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien b’kull bidla għal din l-eżenzjoni (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-assemblaġġ). |
|
(18) |
F’każ li r-referenza tinbidel, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti. |
3. SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QEGĦDIN JIĠU EŻAMINATI
|
(19) |
L-eżami tal-merti tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż minn dawn il-partijiet huwa sospiż. |
|
(20) |
Billi s-sospensjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) mingħajr dewmien b’kull bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-assemblaġġ). |
|
(21) |
F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti. Tabella 2
|
4. IT-TNEĦĦIJA TAS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦAL PARTIJIET LI QEGĦDIN JIĠU EŻAMINATI
|
(22) |
Is-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji jenħtieġ li titneħħa għall-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati elenkati fit-Tabella 3. Tabella 3
|
|
(23) |
Fit-8 ta’ Awwissu 2022 u fis-26 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabella 3a talba għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tistabbilixxi jekk it-talbiet rispettivi kinux ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(24) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-merti tat-talbiet, il-pagament tad-dazju estiż għal kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-partijiet elenkati fit-Tabella 3 ġie sospiż mid-dati li fihom il-Kummissjoni rċeviet it-talbiet għal eżenzjoni rispettivi tagħhom. |
|
(25) |
Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC C896 u C991 ġew assenjati lil Cyclision s.r.o. Is-Slovakkja (“Cyclision”) u Bicicletas Mendiz S.A. Spanja (“Bicicletas Mendiz”) rispettivament, sabiex jidentifikaw l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera u soġġetti għas-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż. |
|
(26) |
Fit-13 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet talba minn Bicicletas Mendiz biex tiġi rtirata l-applikazzjoni għal eżenzjoni, waqt li kien għaddej l-eżami tal-merti tagħha u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa. Id-dazju estiż jenħtieġ li jinġabar mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba għal eżenzjoni mressqa minn Bicicletas Mendiz, jiġifieri d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, li hija s-26 ta’ Ottubru 2022. |
|
(28) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2023, Bicicletas Mendiz ġiet informata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom. Ma ġie riċevut l-ebda kumment. |
|
(29) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2023, f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni identifikat perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tagħtix eżenzjoni lil Cyclision u bagħtet kwestjonarju lil Cyclision flimkien ma’ talba għal informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-assemblaġġ tagħha mwettqa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kif identifikat. |
|
(30) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lil Cyclision li f’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, in-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba sal-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni jista’ jwassal biex it-talba għal eżenzjoni tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba. |
|
(31) |
Fis-6 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni tenniet it-talba biex jiġu ppreżentati d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa dwar l-attivitajiet ta’ assemblaġġ ta’ Cyclision imwettqa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Cyclision ġiet infurmata wkoll li n-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-kwestjonarju u d-dokumentazzjoni mitluba kien jikkostitwixxi ksur tal-obbligi ta’ Cyclision stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lil Cyclision bl-intenzjoni li tiċħad it-talba għal eżenzjoni skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba. |
|
(32) |
Fl-24 ta’ Novembru 2023, Cyclision ġiet infurmata dwar il-proċeduri li għaddejjin biex tiġi adottata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għal eżenzjoni u li għalhekk, is-sospensjoni kienet se titneħħa u Cyclision kien se jkollha tħallas id-dazji estiżi mhux miġbura mid-data tas-sospensjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba. |
|
(33) |
Konsegwentement, it-talba għal eżenzjoni mressqa minn Cyclision jenħtieġ li tiġi miċħuda f’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa u d-dazju estiż jenħtieġ li jinġabar mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba għal eżenzjoni mressqa minn Cyclision, jiġifieri d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, li hija t-8 ta’ Awwissu 2022. |
5. AĠĠORNAMENT TAR-REFERENZI GĦALL-PARTIJIET EŻENTATI
|
(34) |
Bejn is-6 ta’ Ġunju 2023 u s-7 ta’ Frar 2024, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 4 nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet f’isimhom u fl-indirizzi tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni ppreżentata, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(35) |
Filwaqt li l-eżenzjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati. Tabella 4
|
6. PARTIJIET LI GĦALIHOM L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI HIJA REVOKATA
|
(36) |
L-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni jenħtieġ li tiġi revokata għall-partijiet elenkati fit-Tabella 5. Tabella 5
|
|
(37) |
Bejn is-17 ta’ Lulju 2023 u d-19 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni ġiet innotifikata li l-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 5 taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC 8489, C019, C202, 8071, 8083, 8330, C311 u A850 ġew stralċjati u temmew l-attivitajiet tagħhom. Barra minn hekk, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 5 taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC 8005, 8081, 8624, 8767, 8981, A172, A231, A249 temmew b’mod permanenti l-attività ta’ assemblaġġ tar-roti u/jew ma użawx l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni minn Jannar 2019 u, għalhekk, ma żammewx mal-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(c) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Barra minn hekk, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 5 taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC 8205 u A500 ma użawx partijiet essenzjali tar-roti għall-operazzjonijiet tal-assemblaġġ fi kwantitajiet ogħla mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(c) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(38) |
Minħabba f’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtorizzazzjoni għal eżenzjoni mogħtija lill-partijiet elenkati fit-Tabella 5 jenħtieġ li tiġi revokata, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(39) |
Il-partijiet elenkati fit-Tabella 5 ġew informati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw opportunità jikkummentaw dwarhom. Il-parti eżentata elenkata fit-Tabella 5 taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A500 wieġbet u kkonfermat li ma użatx partijiet essenzjali tar-roti għall-operazzjonijiet tal-assemblaġġ fi kwantitajiet ogħla mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(c) tar-Regolament ta’ eżenzjoni iżda li għadha għaddejja bl-assemblaġġ tar-roti. Għal din ir-raġuni, ir-revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma wasal l-ebda kumment minn partijiet oħra elenkati fit-Tabella 5, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma b’dan eżentati mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, kif emendat, l-eżenzjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba għal eżenzjoni rispettiva tal-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz tagħhom, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-partijiet marbuta mal-operazzjonijiet tal-assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.
Partijiet eżentati
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
||
|
C557 |
Berria Bike S.L. |
|
30.3.2022 |
||
|
C860 |
Profil Bicycles CZ s.r.o. |
|
20.2.2022 |
||
|
C863 |
Decathlon Sp. z o.o. |
|
21.3.2022 |
Artikolu 2
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qegħdin jiġu eżaminati f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom isiru effettivi mid-dati li fihom jiġu riċevuti t-talbiet għas-sospensjoni rispettivi tal-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull bidla fl-operazzjonijiet tal-assemblaġġ tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu kwalunkwe bidla fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi, u fl-indirizzi tal-partijiet, iżda mhumiex limitati biss għalihom.
Il-partijiet li qegħdin jiġu eżaminati
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
||
|
899I |
Adrisport sas |
|
21.4.2023 |
||
|
899M |
Delta Sport Sp. z o.o. |
|
22.5.2023 |
Artikolu 3
Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 b’dan titneħħa għall-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Partijiet li għalihom is-sospensjoni titneħħa
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
||
|
C991 |
Bicicletas Mendiz S.A. |
|
26.10.2022 |
||
|
C896 |
Cyclision s.r.o. |
|
8.8.2022 |
Artikolu 4
Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti għal dawk il-partijiet eżentati kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.
Partijiet eżentati li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Referenza preċedenti |
Referenza ġdida |
Data effettiva |
|||||||
|
A826 |
|
|
6.6.2023 |
|||||||
|
C720 |
|
|
29.8.2023 |
|||||||
|
C481 |
|
|
13.7.2023 |
Artikolu 5
L-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mill-pagament tad-dazju anti-dumping estiż hija b’dan revokata għall-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Ir-revoka għandha ssir effettiva mid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu bil-kodiċi addizzjonali TARIC A500, ir-revoka għandha ssir effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Partijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija revokata
|
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Data effettiva |
|||
|
8489 |
Cycle-Union GmbH |
|
1.3.2023 |
|||
|
C019 |
Prophete GmbH & Co. KG |
|
1.3.2023 |
|||
|
C202 |
VanMoof B.V. |
|
17.7.2023 |
|||
|
8071 |
Yakari |
|
1.1.2016 |
|||
|
8083 |
Établissements René Valdenaire S.A. |
|
20.12.2023 |
|||
|
8330 |
NV Minerva |
|
1.1.2016 |
|||
|
C311 |
Juan Luna Cabrera |
|
12.2.2024 |
|||
|
A850 |
Radsportvertrieb Dietmar Bayer GmbH |
|
20.2.2024 |
|||
|
8005 |
Gruppo Bici S.p.A. |
|
22.1.2024 |
|||
|
8081 |
Scout s.n.c. |
|
2.2.2024 |
|||
|
8624 |
Berg Toys B.V. |
|
6.2.2024 |
|||
|
8767 |
Planet Fun S.A. |
|
6.2.2024 |
|||
|
8981 |
Olmo Giuseppe S.p.A. |
|
6.2.2024 |
|||
|
A172 |
Lenardon Lida/Cicli Bandiziol |
|
6.2.2024 |
|||
|
A231 |
Velomarche di Giunta Giancarlo & C. s.n.c. |
|
6.2.2024 |
|||
|
A249 |
F.A.R.A.M. srl |
|
6.2.2024 |
|||
|
8205 |
Cicli Frera S.n.c. di Antonio e Vittorio Fontana & C. |
|
6.2.2024 |
|||
|
A500 |
Bicicletas de Castilla y León S.L. |
|
l-għada tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni |
|||
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1 sa 5 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Valdis DOMBROVSKIS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(4) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/611 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 67), l-Anness I u l-Anness II.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1431 tat-30 ta’ Ġunju 2023 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 175, 10.7.2023, p. 17).
(7) Il-partijiet jingħataw il-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(8) Il-partijiet jingħataw il-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1279/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)