|
19.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1403
tat-18 ta' Awwissu 2015
li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur wieħed skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi (“moduli”) tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). |
|
(2) |
Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji fuq il-prezz individwali għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinatamis-CCCME. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazji antidumping provviżorji. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. |
|
(4) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. |
|
(5) |
Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), l-aċċettazzjoni tal-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, inkluż ZNSHINE PV-TECH CO. LTD flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni Ewropea konġuntament koperti mill-kodiċi addizzjonali TARIC B923 (“ZNSHINE”). |
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-grupp tal-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodott ikkonċernat kopert mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”. |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi. |
B. TERMINI TAL-IMPENN
|
(8) |
Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (the minimum import price, “il-MIP”), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi impenjaw ruħhom li jiżguraw li l-bejgħ kollu fi ħdan il-livell annwali jkun kopert minn fattura kummerċjali maħruġa mill-produttur esportatur rispettiv u ċertifikat ta' impenn ta' esportazzjoni maħruġ mis-CCCME li jkun fih l-informazzjoni deskritta fl-impenn. |
|
(9) |
L-impenn jistabbilixxi, f'lista mhux eżawrjenti, il-ksur tal-impenn. Din il-lista tinkludi:
Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata li tkun definita fl-impenn. |
|
(10) |
L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn. |
|
(11) |
Bl-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-impenn, il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jipprovdu l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni. |
C. MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI
|
(12) |
Filwaqt li għamlet monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni talbet ukoll assistenza mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-Artikoli 8(9) u 14(7) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikoli 13(9) u 24(7) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(13) |
Il-konklużjonijiet elenkati fil-premessi minn (14) sa (17) jindirizzaw il-problemi identifikati għal ZNSHINE, li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dan il-produttur esportatur. |
D. RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN
|
(14) |
L-awtoritajiet doganali f'żewġ Stati Membri talbu l-pagament ta' dazji antidumping u kumpensatorji għal ċertu għadd ta' tranżazzjonijiet tal-importazzjoni ta' moduli solari. Għall-bidu, il-moduli solari kienu ddikjarati li mhumiex ta' oriġini Ċiniża, għalhekk mhumiex soġġetti għall-miżuri. Madankollu, l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li l-moduli solari kienu prodotti minn ZNSHINE u ntbagħtu lejn l-Unjoni Ewropea permezz ta' pajjiż terz. |
|
(15) |
Abbażi ta' informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, il-kumpaniji involuti fl-attivitajiet imsemmija hawn fuq kienu partijiet relatati ta' ZNSHINE. Għaldaqstant, ZNSHINE kisret it-termini tal-impenn imsemmija fil-premessa (9). |
|
(16) |
Il-Kummissjoni identifikat ukoll li ZNSHINE pprovdiet informazzjoni qarrieqa fir-rapporti trimestrali tagħha dwar id-data ta' għadd sinifikanti ta' fatturi kummerċjali matul perjodu ta' żmien sostanzjali. Id-data tal-fattura korretta hija essenzjali biex jiġi stabbilit jekk il-MIP huwiex rispettat billi huwa soġġett għal mekkaniżmu ta' adattament perjodiku. Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata minn ZNSHINE, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-fattura kummerċjali ppreżentata għall-approvazzjoni doganali fl-Unjoni fil-każijiet ta' hawn fuq inħarġet f'data differenti minn dik użata sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta' impenn ta' esportazzjoni mis-CCCME. Kien hemm ammont konsiderevoli ta' żmien li għadda bejn id-dati tal-fatturi rispettivi. ZNSHINE sostniet li d-differenza bejn id-dati tal-fatturi kienet minħabba żball tekniku li sar minn persunal mingħajr esperjenza. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din il-ġustifikazzjoni. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni analizzat l-implikazzjoni ta' din l-inkonsistenza fir-rapporti trimestrali ta' ZNSHINE u kkonkludiet li ZNSHINE kisret l-obbligu ta' rappurtar tal-impenn. |
E. VALUTAZZJONI ĠENERALI TAL-PRATTIKABBILTÀ TAL-IMPENN
|
(18) |
L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikulari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(19) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-ksur minn ZNSHINE fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(20) |
Ir-responsabbiltà għall-ksur hija biss tal-produttur esportatur inkwistjoni; il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME. |
|
(21) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-funzjonament ġenerali tal-impenn ma jiġix affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
F. SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ
|
(22) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jressqu kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. ZNSHINE u parti kkonċernata waħda ppreżentaw il-kummenti tagħhom. |
(i) Kummenti mingħand ZNSHINE
|
(23) |
ZNSHINE sostniet li waħda mill-kumpaniji involuti fl-attivitajiet iddettaljati fil-premessi (14) u (15) mhijiex parti relatata magħha billi hija sempliċement klijent ta' ZNSHINE f'pajjiż terz. L-informazzjoni disponibbli li l-Kummissjoni kkwotat tiddeskrivi r-relazzjoni ta' negozju bejn ZNSHINE u dan il-klijent. Madankollu, din ir-relazzjoni ta' negozju ma hija rikonoxxuta legalment bl-ebda mod. Barra minn hekk, ZNSHINE sostniet li hija ma tistax tikkontrolla lil min dan il-klijent ibigħ il-prodotti. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti billi ZNSHINE ma ppreżentat l-ebda evidenza li tappoġġa dawn l-istqarrijiet, pereżempju informazzjoni dwar is-sjieda tal-allegat klijent tagħha li tikkontesta l-informazzjoni disponibbli msemmija fil-premessa (15). Barra minn hekk, anke jekk il-kumpanija inkwistjoni hija klijent indipendenti, quod non, ZNSHINE naqset milli tieħu prekawzjonijiet sabiex tipprevjeni li l-moduli jinbiegħu fl-Unjoni minn dan il-klijent u b'hekk kisret klawżola oħra ta' dan l-impenn. |
|
(25) |
ZNSHINE sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed informazzjoni dwar l-identità tal-importatur tal-Unjoni. Għaldaqstant, ZNSHINE ma kenitx f'pożizzjoni li tikkummenta dwar il-preċiżjoni fattwali. ZNSHINE sostniet ukoll li l-importatur tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala l-parti relatata magħha, sakemm ZNSHINE u l-importatur tal-Unjoni ma jkunux uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta' xulxin. Parti terza li tkun uffiċjal jew direttur taż-żewġ kumpaniji ma tistax tibdel din il-kundizzjoni. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma tistax tiżvela l-identità tal-importatur tal-Unjoni minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità. It-tieni nett, f'konformità mal-prattika stabbilita tal-Kummissjoni (11), l-Artikolu 143(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (12) (IPCCC), li huwa l-bażi għad-definizzjoni tal-partijiet relatati fl-impenn, huwa interpretat li jinvolvi anke sitwazzjonijiet fejn iż-żewġ persuni ġuridiċi għandhom uffiċjali jew diretturi komuni. Din hija s-sitwazzjoni fil-preżent. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni preżenti taqa' wkoll taħt l-Artikolu 143(1)(f) IPCCC. It-terminu “ikkontrollati” użat f'din id-dispożizzjoni jfisser li l-persuna terza titqies li tikkontrolla persuna oħra meta din tal-ewwel tkun legalment jew operazzjonalment f'pożizzjoni li trażżan jew tmexxi lil din tal-aħħar. Din l-interpretazzjoni ssegwi t-Test tan-Nota Interpretattiva tal-Artikolu 15 tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (Ftehim dwar l-Evalwazzjoni Doganali) li hija l-bażi għad-definizzjoni tal-partijiet relatati fl-Artikolu 143(1) IPCCC. Minħabba l-livell tal-involviment tal-uffiċjal jew id-direttur komuni fil-kumpaniji preżenti, huwa ċar li din il-persuna tkun legalment jew operazzjonalment f'pożizzjoni li trażżan jew tmexxi liż-żewġ kumpaniji kkonċernati. |
|
(27) |
ZNSHINE argumentat ukoll li hija aġixxiet fuq it-termini tal-impenn meta kkonsultaw lill-Kummissjoni meta nstabu l-iżbalji fir-rappurtar, Dawn l-iżbalji kienu minħabba persunal mingħajr esperjenza li aġixxa in bona fede, u dan ġie kkonfermat mill-awtoritajiet ġudizzjarji Netherlandiżi. Barra minn hekk, ZNSHINE sostniet li l-iżball fir-rappurtar ma wassalx għall-ksur tal-MIP. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti. L-ewwel nett, ZNSHINE iċċitat frażi waħda minn sentenza iżda naqset milli tipprovdi s-sentenza sħiħa lill-Kummissjoni. It-tieni nett, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar l-obbligi tar-rappurtar f'diversi okkażjonijiet, inkluż il-perjodu meta seħħ l-iżball tar-rappurtar. ZNSHINE ma kkuntattjatx lill-Kummissjoni sakemm il-kwistjoni ma tqajmitx mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Fl-aħħar nett, l-argument li l-iżball tar-rappurtar ma wassalx għall-ksur tal-MIP ma għandu l-ebda relevanza għall-valutazzjoni li tikkonċerna l-ksur tal-obbligu tar-rappurtar. |
|
(29) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tappoġġa l-valutazzjoni tal-ksur tal-impenn ta' ZNSHINE. Fil-fatt, ZNSHINE ma kkontestatx li l-moduli solari ttrasbordati kienu prodotti minnha stess. |
(ii) Kummenti mingħand il-parti interessata l-oħra
|
(30) |
Parti interessata waħda talbet li, għal din il-kumpanija, l-irtirar għandu jkollu effett retroattiv billi l-ksur tal-impenn li jinvolvi lil ZNSHINE kien gravi. Il-parti interessata talbet ukoll li dan l-irtirar retroattiv jiġi applikat f'każijiet simili fil-futur. |
|
(31) |
Il-parti interessata assumiet li l-awtoritajiet doganali nazzjonali kienu qegħdin jinvestigaw lil ZNSHINE u kkonfiskaw kwantitajiet sinifikanti ta' importazzjonijiet iddikjarati b'mod falz. Barra minn hekk, fl-opinjoni tagħhom, l-ammont totali tad-dazji evitati mit-tliet produtturi esportaturi li l-Kummissjoni rtirat l-impenn mingħandhom (13) u minn ZNSHINE jammonta għal diversi mijiet ta' miljuni ta' euro, u dan jiġġustifika l-irtirar retroattiv. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba billi ma hemm l-ebda bażi ġuridika għal dan l-irtirar retroattiv. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali nazzjonali talbu l-pagament ta' dazji antidumping u kumpensatorji għat-tranżazzjonijiet inkwistjoni; għaldaqstant ma jinħtieġx irtirar retroattiv. Il-Kummissjoni tindika wkoll li l-parti interessata għamlet assunzjonijiet mhux sostanzjati fis-sottomissjoni tagħha. Il-Kummissjoni tiċħad ukoll l-argument tal-parti interessata dwar l-ammont allegat ta' dazji evitati bħala allegazzjoni mhux ġustifikata. |
G. RTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI
|
(33) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(7) u 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku, l-Artikolu 13(7) u 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, u anke skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ZNSHINE tiġi rtirata. |
|
(34) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina jew jintbagħat mir-RPĊ u li hu magħmul minn ZNSHINE (kodiċi addizzjonali TARIC: B923) mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(35) |
Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE mhijiex affettwata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward ta' ZNSHINE PV-TECH CO. LTD flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni Ewropea konġuntament koperti minn kodiċi addizzjonali TARIC B923 hija b'dan irtirata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(4) ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.
(6) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.
(7) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.
(8) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.
(9) ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.
(10) ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.
(11) Il-premessi 14 et sec. tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 856/2010 tas-27 ta' Settembru 2010 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 5).
ANNESS
Lista ta' kumpaniji:
|
Isem tal-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd |
B798 |
|
Alternative Energy (AE) Solar Co., Ltd |
B799 |
|
Anhui Chaoqun Power Co. Ltd |
B800 |
|
Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B802 |
|
Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd |
B801 |
|
Anhui Titan PV Co. Ltd |
B803 |
|
Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited TBEA SOLAR CO. LTD XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT |
B804 |
|
Changzhou NESL Solartech Co. Ltd |
B806 |
|
Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd |
B807 |
|
Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd Changzhou Youze Technology Co. Ltd Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd |
B791 |
|
CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD |
B808 |
|
ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B811 |
|
CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD |
B812 |
|
CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd |
B813 |
|
CSG PVtech Co. Ltd |
B814 |
|
China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd |
B809 |
|
Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd |
B810 |
|
Delsolar (Wujiang) Ltd |
B792 |
|
Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd |
B816 |
|
EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD |
B817 |
|
Era Solar Co. Ltd |
B818 |
|
GD Solar Co. Ltd |
B820 |
|
Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd |
B821 |
|
Konca Solar Cell Co. Ltd Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED |
B850 |
|
Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd |
B822 |
|
Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd |
B824 |
|
Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd |
B825 |
|
Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd |
B826 |
|
Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd |
B827 |
|
HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD |
B828 |
|
Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd |
B829 |
|
Jetion Solar (China) Co. Ltd Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd |
B830 |
|
Jiangsu Green Power PV Co. Ltd |
B831 |
|
Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd |
B832 |
|
Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B833 |
|
Jiangsu Runda PV Co. Ltd |
B834 |
|
Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd |
B835 |
|
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
B836 |
|
Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd |
B837 |
|
Jiangsu Sinski PV Co. Ltd |
B838 |
|
Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd |
B839 |
|
Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd |
B840 |
|
Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd |
B841 |
|
Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd |
B793 |
|
Jiangyin Hareon Power Co. Ltd Hareon Solar Technology Co. Ltd Taicang Hareon Solar Co. Ltd Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd |
B842 |
|
Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd |
B843 |
|
JingAo Solar Co. Ltd Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd Hefei JA Solar Technology Co. Ltd Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd |
B794 |
|
Jinko Solar Co. Ltd Jinko Solar Import and Export Co. Ltd ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD |
B845 |
|
Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd |
B795 |
|
Juli New Energy Co. Ltd |
B846 |
|
Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd |
B847 |
|
King-PV Technology Co. Ltd |
B848 |
|
Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan) |
B849 |
|
Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd |
B851 |
|
MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO. LTD |
B852 |
|
Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd |
B853 |
|
NICE SUN PV CO. LTD LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD |
B854 |
|
Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd |
B856 |
|
Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd |
B857 |
|
Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd |
B858 |
|
Ningbo Osda Solar Co. Ltd |
B859 |
|
Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd |
B860 |
|
Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd |
B861 |
|
Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd |
B862 |
|
Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd |
B863 |
|
Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd |
B864 |
|
Perlight Solar Co. Ltd |
B865 |
|
Phono Solar Technology Co. Ltd Sumec Hardware & Tools Co. Ltd |
B866 |
|
RISEN ENERGY CO. LTD |
B868 |
|
SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD |
B869 |
|
SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD |
B870 |
|
Shanghai BYD Co. Ltd BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd |
B871 |
|
Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd |
B872 |
|
Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B873 |
|
SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B874 |
|
SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd |
B875 |
|
Shanghai ST Solar Co. Ltd Jiangsu ST Solar Co. Ltd |
B876 |
|
Shenzhen Sacred Industry Co.Ltd |
B878 |
|
Shenzhen Topray Solar Co. Ltd Shanxi Topray Solar Co. Ltd Leshan Topray Cell Co. Ltd |
B880 |
|
Sopray Energy Co. Ltd Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd |
B881 |
|
SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd |
B882 |
|
SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD |
B883 |
|
TDG Holding Co. Ltd |
B884 |
|
Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd |
B885 |
|
Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd |
B886 |
|
Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd |
B877 |
|
Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd |
B879 |
|
Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd |
B889 |
|
Wuxi Saijing Solar Co. Ltd |
B890 |
|
Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd |
B891 |
|
Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd |
B892 |
|
Wuxi Suntech Power Co. Ltd Suntech Power Co. Ltd Wuxi Sunshine Power Co. Ltd Luoyang Suntech Power Co. Ltd Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd |
B796 |
|
Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd |
B893 |
|
Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B896 |
|
Xi'an LONGi Silicon Materials Corp. Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd |
B897 |
|
Years Solar Co. Ltd |
B898 |
|
Yingli Energy (China) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd |
B797 |
|
Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd |
B899 |
|
Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd |
B900 |
|
Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd |
B902 |
|
Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd |
B903 |
|
Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B904 |
|
Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd |
B905 |
|
Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd |
B906 |
|
Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd |
B907 |
|
Zhejiang Koly Energy Co. Ltd |
B908 |
|
Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd |
B910 |
|
Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B911 |
|
Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd |
B912 |
|
Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd |
B914 |
|
Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd |
B915 |
|
Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd |
B916 |
|
Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd |
B917 |
|
Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD |
B918 |
|
Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B919 |
|
ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD |
B920 |
|
Zhongli Talesun Solar Co. Ltd |
B922 |