Official Journal L 260 , 08/10/1994 P. 0032 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0109
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 1994 li tikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' laħam frisk tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal, majjali ħajjin, is-semen tal-porċini u embrijoni tal-porċini mill-Isvizzera u li temenda d-Deċiżjonijiet 81/526/KEE, 91/449/KEE, 92/460/KEE u 93/199/KEE (Test b'relevanza għaż- ŻEE) (94/667/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropa, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi tal-ispezzjonijiet veterinarji mal-importazzjoni tal-annimali bovini, ovini u kaprini u l-majjali u tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament 1601/92/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 11, 15, 16, 21a, u 22 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 92/438/KEE [4] u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [6] u b'mod partikolari l-Artikolu 19(7) tagħha, Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-verifika veterinarja għall-importazzjoni ta' laħam frisk mill-Isvizzera kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/526/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 93/504/KEE [8]; Billi l-mudell għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam mill-Isvizzera kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/453/KEE [10]; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-verifika veterinarja għall-importazzjoni ta' l-annimali domestiċi tal-ispeċje bovina u porċina mill-Isvizzera kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/460/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 93/504/KEE [12]; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-mudell għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' semen tal-proċini minn pajjiżi terzi nkluża l-Isvizzera kienu stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/199/KEE (12), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/453/KEE; Billi bħala riżultat tat-tfaqqiegħ tal-marda klassika tal-ħnieżer, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 93/504/KEE li tikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità tal-laħam frisk tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal, tal-majjali ħajjin, tas-semen tal-porċini u ta' l-embrijuni tal-porċini li rreġjonalizzat lill-Isvizzera biex tkun tippermetti l-importazzjoni ta' l-annimali domestiċi, tas-semen u ta' l-embrijuni ta' l-annimali porċini, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn dawk l-annimali mill-Isvizzera bl-eċċezzjoni tal-muniċipalitajiet ta' Trubschachen, Trub, Langnau, Eggiwil, Signau u Lauperswil fil-canton ta' Berne u l-muniċipalitajiet Escholzmatt u Marbach fil-canton ta' Lucerne; Billi aktar tagħrif epidemjoloġiku kien gie akwistat mis-servizzi veterinarji tal-Isvizzeri b'relazzjoni ma' dawn il-muniċipalitajiet li juru li s-sitwazzjoni fir-rigward il-mardaklassika tal-ħnieżer ittejbet b'mod sinjifikanti; Billi issa huwa possibbli li tkun awtorizzata l-importazzjoni ta' l-annimali domestiċi, tas-semen u ta' l-embrijuni tal-ispeċji tal-porċini, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam ta' dawk l-annimali mit-territorju kollu tal-Isvizzera; Billi huwa meħtieġ li jkunu emendati d-Deċiżjonijiet 81/526/KEE, 91/449/KEE, 92/460/KEE u 93/199/KEE, u li tkun hekk revokata d-Deċiżjoni 93/504/KEE; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness A li jinsab mad-Deċiżjoni 81/526/KEE huwa b'dan emendat kif ġej: 1. il-kliem fil-parentesi wara "Pajjiż esportatur: Svizzera" huma mħassra; 2. fil-Sezzjoni IV, il-punt 1 (a), il-kliem fil-parentesi wara "t-territorju tal-Isvizzera" huma mħassra. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 91/449/KEE hija b'dan emendata kif ġej: 1. fl-Anness A, il-Parti II, il-kliem fil-parentesi wara "L-Isvizzera" huma mħassra. 2. fl-Anness D, il-Parti II, "l-Isvizzera" hija mħassra. Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 92/460/KEE hija b'dan emendata kif ġej: 1. fl-Annessi Ċ u D il-kliem fil-parentesi wara "Pajjiż esportatur: Svizzera" huma mħassra; 2. Fl-Annessi Ċ u D, is-taqsima V, il-punt 1, il-kliem fil-parentesi wara "l-Isvizzera" huma mħasra. Artikolu 4 Fil-Parti II ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 93/199/KEE il-kliem fil-parentesi wara "L-Svizzera" huma mħassra. Artikolu 5 Id-Deċiżjoni 93/504/KEE hija b'dan revokata. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 jum li jiġi wara n-notifika tagħkha lill-Istati Membri. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Ottubru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. [3] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. [4] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27. [5] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. [6] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [7] ĠU L 196, tat-18.7.1981, p. 19. [8] ĠU L 236, tal-21.9.1993, p. 16. [9] ĠU L 240, tad-29.8.1991, p. 28. [10] ĠU L 187, tat-22.7.1994, p. 11. [11] ĠU L 261, tas-7.12.1992, p. 1. [12] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 43. --------------------------------------------------