<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-601/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0601</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:751">EU:C:2020:751</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>27</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200924">24.9.2020</DATE> – Kawża C‑601/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti</KEYWORD><KEYWORD>Ksur uniku u kontinwu</KEYWORD><KEYWORD>Suċċessjoni ta’ entitajiet ġuridiċi</KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Żnaturament tal-provi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa li tiġi kkopjata data mingħajr eżami minn qabel u li tiġi eżaminata sussegwentement fil-bini tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑601/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl-<DATE ISO="20180924">24 ta’ Settembru 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Prysmian SpA</HT>, stabbilita f’Milano (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Prysmian Cavi e Sistemi Srl</HT>, stabbilita f’Milano,</P><P>irrappreżentati minn C. Tesauro u L. Armati, avukati, kif ukoll minn C. Firth, solicitor,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Castilla Contreras, C. Sjödin u T. Vecchi kif ukoll minn P. Rossi, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">The Goldman Sachs Group Inc</HT>., stabbilita fi New York (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn J. Koponen, avukat, kif ukoll minn A. Mangiaracina, avukat,</P><P><HT TYPE="BOLD">Pirelli &amp; C. SpA</HT>, stabbilita f’Milano, irrappreżentata minn G. Rizza u M. Siragusa, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, P. G. Xuereb (Relatur), u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20191023">23 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑475/14</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:448">EU:T:2018:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li biha din ċaħdet ir-rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali, tat-<DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE>, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 - Kejbils tal-Elettriku) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 20, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Is-setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji ta’ l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-uffiċjali u persuni oħra li jakkompanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni jagħmlu spezzjoni għandhom is-setgħa li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jidħlu f’kwalunkwe siti, art u metodi tat-trasport ta’ [impriżi u ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jeżaminaw il-kotba u rekords oħra relatati mal-kummerċ, irrespettivament tal-mod kif [inhuma maħżuna];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>li [jieħdu jew jiksbu] f’kwalunkwe forma: kopji ta’ jew estratti min dawn il-kotba jew rekords:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>li jagħlqu kwalunkwe post tal-kummerċ u l-kotba jew rekords għal dak il-perjodu u sal-punt neċessarju biex issir l-ispezzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>li [jistaqsu] lil kwalunkwe rappreżentant jew membru [ta’ l-i]staff ta’ l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ […]impriż[i] għal […]spjegazzjoni fuq il-fatti jew dokumenti relat[at]i mas-suġġett u l-għan ta’ l-ispezzjoni biex [j]irrekordja[w i]r-risposti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Impriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriża huma rikjesti li jissottomettu għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni mil-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika s-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha għandha tibda u tindika l-pieni previsti mil-Artikoli 23 u 24 u d-dritt li tar-reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni ħa tieħu deċiżjoni wara li tikkonsulta l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha isseħħ l-ispezzjoni.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-ispezzjoni ta’ siti oħra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk suspett raġunevoli jeżisti li l-kotba u rekords relatati mal-kummerċ u mas-suġġett tal-ispezzjoni, li jistgħu ikunu ta’ rilevanza li juru vjolazzjoni serja ta’ l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE], ikunu qed jinżammu f’siti oħra, art jew meżi tat-trasport, inkluż id-djar tad-diretturi, managers u membri oħra tal-istaff ta’ l-impriża u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża konċernati, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tordna li ssir spezzjoni f’premises oħra, art jew meżi tat-trasport.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni biex jagħmlu spezzjoni ordnata skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu [għandhom] il-poteri maħruġa mil-Artikolu 20(2)(a), (b) u (ċ). […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(2) u (3) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE] […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-twaħħil ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, li jinsabu fil-punti 1 sa 20, 39 sa 44 u 131 tas-sentenza appellata, jistgħu, għall-bżonnijiet ta’ din il-proċedura, jiġu mqassra kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-appellanti, Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>PrysmianCS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), huma żewġ kumpanniji Taljani li flimkien jikkostitwixxu l-grupp Prysmian. It-tieni waħda minnhom, miżmuma 100 % minn l-ewwel waħda, hija operatur globali fis-settur tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt il-baħar u ta’ taħt l-art.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Bejn it-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> u t-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>, Pirelli &amp; C. SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Pirelli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li qabel kienet Pirelli SpA, kumpannija Taljana, kienet il-kumpannija parent ta’ Pirelli Cavi e Sistemi SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>PirelliCS<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), sussegwentement ta’ Pirelli Cavi e Sistemi Energia SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>PirelliCSE<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li kienu attivi fis-settur tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt il-baħar u ta’ taħt l-art. Fit-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>, Pirelli ttrasferiet din l-aħħar kumpannija lil sussidjarja ta’ The Goldman Sachs Group, Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Goldman Sachs<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), kumpannija Amerikana. Wara dan it-trasferiment, PirelliCSE saret Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>PrysmianCSE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), u sussegwentement PrysmianCS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20081017">17 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ABB AB, kumpannija stabbilita fl-Isvezja, ipprovdiet lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ talba għal immunità, fis-sens tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>), sensiela ta’ dikjarazzjonijiet u ta’ dokumenti dwar prattiki kummerċjali restrittivi f’dan is-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Nhar l-Erbgħa <DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ispetturi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), akkumpanjati minn rappreżentant tal-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, marru fil-bini tal-appellanti f’Milano (l-Italja) sabiex iwettqu spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ispezzjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), abbażi ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE> li tordna lil Prysmian kif ukoll lill-impriżi direttament jew indirettament ikkontrollati minnha sabiex jissottomettu ruħhom għal tali spezzjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>deċiżjoni ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[l]-ispezzjoni [inkwistjoni setgħet] issir fil-binjiet kollha tal-impriża jew tas-sussidjarji tagħha, u b’mod partikolari fil-binjiet li jinsabu fi Viale Scarca 222, 20126 Milano, l-Italja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Wara li nnotifikaw din id-deċiżjoni lill-appellanti u wara li pprovdewlhom nota ta’ spjegazzjoni dwar l-ispezzjonijiet, l-ispetturi kkontrollaw il-kompjuters ta’ ħames impjegati, fil-preżenza tar-rappreżentanti u tal-avukati tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-tieni jum tal-ispezzjoni inkwistjoni, jiġifieri nhar il-Ħamis <DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi informaw lill-appellanti li l-ispezzjoni kienet ser tieħu iktar mit-tliet ijiem previsti oriġinarjament. L-appellanti ddikjaraw li kienu lesti li jew jagħtu aċċess għall-bini tagħhom matul tmiem il-ġimgħa, jew li jitwaħħlu siġilli sabiex l-ispezzjoni inkwistjoni tissokta l-ġimgħa ta’ wara. Madankollu, fit-tielet jum tal-ispezzjoni, jiġifieri nhar il-Ġimgħa <DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi ddeċidew li jieħdu kopja-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters ta’ tlieta mill-ħames impjegati inizjalment previsti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kompjuters inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), sabiex jeżaminaw l-informazzjoni inkluża fihom fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell (il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-appellanti osservaw li l-metodu ta’ kontroll issuġġerit mill-ispetturi kien illegali. Wara li ġew informati mill-ispetturi li kull oppożizzjoni għall-proċedura ta’ kontroll issuġġerita kienet ser titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>nuqqas ta’ kollaborazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, l-appellanti ssuġġettaw ruħhom għal din il-proċedura, filwaqt li rriżervaw id-dritt tagħhom li jikkontestaw il-legalità tagħha quddiem qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ispetturi sussegwentement wettqu kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni. Il-kopji-imaġni tal-hard disks ta’ żewġ kompjuters ġew issejvjati fuq mezz informatiku ta’ reġistrazzjoni ta’ data. Il-kopja-immaġni tal-hard disk tat-tielet kompjuter ġiet issejvjata fuq kompjuter tal-Kummissjoni. Dan il-kompjuter u l-mezz informatiku ta’ reġistrazzjoni tad-data inkwistjoni tqiegħdu f’envelops issiġillati li l-ispetturi ħadu magħhom fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, l-envelops issiġillati msemmija fil-punt preċedenti nfetħu fil-preżenza tal-avukati tal-appellanti fl-uffiċċji tal-Kummissjoni. L-ispetturi eżaminaw il-kopji-immaġni f’dawn l-envelops u stampaw fuq il-karta d-dokumenti li huma qiesu bħala rilevanti għall-investigazzjoni. It-tieni kopja fuq karta u lista ta’ dawn id-dokumenti ngħataw lill-avukati tal-appellanti. Dan il-proċess tkompla fis-<DATE ISO="20090227">27 ta’ Frar 2009</DATE> u ntemm fit-<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>. L-uffiċċju li fih dan seħħ ġie ssiġġillat fl-aħħar ta’ kull jum ta’ xogħol, fil-preżenza tal-avukati tal-appellanti, u nfetħu l-għada, dejjem fil-preżenza tagħhom. Fi tmiem dan il-proċess, il-Kummissjoni ħassret il-kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni li hija kienet wettqet, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE> u rreġistrat bin-numru T‑140/09, l-appellanti ppreżentaw rikors intiż b’mod partikolari sabiex il-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni u tiddikjara illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tieħu kopja-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni sabiex tikkontrollahom ulterjorment fl-uffiċċji tagħha fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑140/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:597">EU:T:2012:597</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni ta’ spezzjoni, sa fejn din kienet tikkonċerna kejbils tal-elettriku minbarra l-kejbils tal-elettriku ta’ taħt il-baħar u ta’ taħt l-art b’vultaġġ għoli u l-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra, u ċaħdet il-kumplament tar-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li l-appellanti u 24-il kumpannija oħra, inklużi Nexans France SAS kif ukoll Silec Cable SAS, żewġ kumpanniji Franċiżi, kienu pparteċipaw f’akkordju (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>akkordju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), fis-settur tal-kejbils tal-elettriku b’vultaġġ għoli (ħafna) ta’ taħt l-art u/jew ta’ taħt il-baħar (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ksur inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-imsemmija deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-akkordju kellu żewġ konfigurazzjonijiet ewlenin li kienu jikkostitwixxu grupp kompost, jiġifieri</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>konfigurazzjoni li tgħaqqad lill-impriżi Ewropej, ġeneralment imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>membri R<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, lill-impriżi Ġappuniżi, iddenominati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>membri A<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, u lill-impriżi tal-Korea t’Isfel, iddenominati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>membri K<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, u li kienet tippermetti li jintlaħaq l-għan ta’ attribuzzjoni ta’ territorji u ta’ klijenti bejn il-produtturi Ewropej, Ġappuniżi u tal-Korea t’Isfel (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>konfigurazzjoni A/R<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). Din l-attribuzzjoni kienet issir skont ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li abbażi tiegħu l-produtturi Ġappuniżi u tal-Korea t’Isfel kienu jżommu lura milli jikkompetu għal proġetti li jseħħu fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-produtturi Ewropej, filwaqt li dawn tal-aħħar kienu impenjaw ruħhom li jibqgħu barra mis-swieq tal-Ġappun u tal-Korea t’Isfel. Ma’ dan kien hemm ukoll l-attribuzzjoni ta’ proġetti fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>territorji ta’ esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jiġifieri l-bqija tad-dinja, bl-eċċezzjoni, b’mod partikolari, tal-Istati Uniti;</P></ITEM><ITEM><P>konfigurazzjoni li kienet timplika l-attribuzzjoni ta’ territorji u ta’ klijenti mill-produtturi Ewropej għal proġetti li kellhom jitwettqu ġewwa t-territorju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> Ewropew jew attribwiti lil produtturi Ewropej (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>konfigurazzjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kkontestata, PrysmianCS ipparteċipat fl-akkordju mit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> sat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>. Ir-responsabbiltà ta’ Pirelli nżammet, essenzjalment, minħabba l-eżerċizzju, fil-kwalità tagħha ta’ kumpannija parent, ta’ influwenza determinanti fuq PirelliCSE sat-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>. Prysmian ġiet irrikonoxxuta responsabbli għall-ksur inkwistjoni bħala kumpannija omm ta’ PrysmianCS għall-perijodu ta’ bejn id-<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> u t-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żammet lil The Goldman Sachs Group responsabbli għall-ksur inkwistjoni għal dan l-istess perijodu, fid-dawl tar-rabtiet tagħha ma’ Prysmian u, indirettament, ma’ PrysmianCSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multi, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-metodoloġija esposta fil-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-ammont bażiku tal-imsemmija multi, il-Kummissjoni ddeterminat il-valur tal-bejgħ li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni. Sussegwentement, hija ffissat il-proporzjon ta’ dan il-valur tal-bejgħ li jirrifletti l-gravità tal-ksur inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li dan il-ksur, min-natura tiegħu, kien jikkostitwixxi waħda mill-iktar restrizzjonijiet serji għall-kompetizzjoni, liema ħaġa tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ gravità ta’ 15 %. Barra minn hekk, din l-istituzzjoni żiedet l-imsemmi koeffiċjent bi 2 % għad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni kkontestata minħabba s-sehem mis-suq akkumulat kif ukoll minħabba l-portata ġeografika kważi dinjija tal-akkordju, li jkopri, b’mod partikolari, it-territorju kollu taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-aġir tal-impriżi Ewropej kien iktar dannuż għall-kompetizzjoni minn dak tal-impriżi l-oħra, sa fejn, minbarra l-parteċipazzjoni tagħhom fil-konfigurazzjoni A/R, l-impriżi Ewropej kienu qasmu bejniethom il-proġetti dwar il-kejbils fil-kuntest tal-konfigurazzjoni Ewropea. Għal din ir-raġuni, hija ffissat il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni skont il-gravità tal-ksur għal 19 % għall-impriżi Ewropej u għal 17 % għall-impriżi l-oħra. L-ammont bażiku hekk iddeterminat kien jammonta, fir-rigward ta’ PrysmianCS, għal EUR <FT TYPE="NUMBER">104613000</FT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-aġġustament tal-ammont bażiku tal-multi, il-Kummissjoni la kkonstatat ċirkustanzi aggravanti u lanqas ċirkustanzi attenwanti fir-rigward tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(f) u (g) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni imponiet, minn naħa, multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">67310000</FT> fuq PrysmianCS, flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Pirelli, fir-rigward tal-perijodu mit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> sat-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>, u, min-naħa l-oħra, multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">37303000</FT> fuq PrysmianCS, flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Prysmian u Goldman Sachs, għall-perijodu inkluż bejn id-<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> u t-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-appellanti ppreżentaw rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din kienet tikkonċernahom, u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ digrieti tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Qorti Ġenerali awtorizzat l-intervent ta’ Pirelli u ta’ Goldman Sachs f’din il-kawża, l-ewwel waħda insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni u t-tieni waħda insostenn tat-talbiet tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħhom intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, l-appellanti qajmu disa’ motivi quddiem il-Qorti Ġenerali, fosthom b’mod partikolari l-ewwel wieħed, ibbażat fuq in-natura illegali tal-ispezzjoni inkwistjoni, ir-raba’ wieħed, ibbażat fuq l-imputazzjoni b’mod żbaljat ta’ responsabbiltà kontra PrysmianCS għall-perijodu qabel is-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, is-sitt wieħed, ibbażat fuq l-insuffiċjenza ta’ provi tal-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE, is-seba’ wieħed, ibbażat fuq id-determinazzjoni żbaljata tat-tul tal-ksur inkwistjoni, u t-tmien wieħed, fit-tieni parti tiegħu, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament f’dak li jikkonċerna l-kalkolu tal-multi imposti. Insostenn tat-talbiet tagħhom intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom, l-appellanti invokaw, minbarra l-iżbalji tal-Kummissjoni msemmija fit-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, it-tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel motiv tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, l-ewwel nett, u kuntrarjament għal dak li kienu sostnew l-appellanti, mill-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jirriżultax li s-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu jew li tikseb kopji jew estratti mill-kotba u mid-dokumenti professjonali ta’ impriża li huma s-suġġett ta’ spezzjoni kienet limitata għall-kotba u għad-dokumenti professjonali li hija kienet diġà kkontrollat. Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tista’ tippreġudika l-effett utli tal-Artikolu 20(2)(b) ta’ dan ir-regolament, sa fejn, f’ċerti ċirkustanzi, il-kontroll tal-kotba u tad-dokumenti professjonali tal-impriża li tkun is-suġġett tal-ispezzjoni jista’ jeħtieġ it-twettiq minn qabel ta’ kopji tal-imsemmija kotba jew dokumenti professjonali jew jiġi ssemplifikat, bħal f’dan il-każ, permezz ta’ dan it-twettiq. Skont il-Qorti Ġenerali, peress li t-twettiq ta’ kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni kien jaqa’ fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-softwer ta’ investigazzjoni informatika, użat mill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ twettaq riċerka permezz ta’ kliem prinċipali fid-data kontenuta f’dawn il-kompjuters, li l-għan tagħha kien li tinstab l-informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni, it-twettiq ta’ dawn il-kopji kien jaqa’ taħt is-setgħat previsti fl-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li kienu sostnew l-appellanti, l-ispetturi ma kinux inkludew direttament fil-fajl tal-investigazzjoni d-dokumenti li jinsabu fil-kopji-immaġni tal-hard disk tal-kompjuters inkwistjoni mingħajr ma l-ewwel ivverifikaw ir-rilevanza tagħhom fir-rigward tas-suġġett tal-ispezzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jistabbilixxix li l-kontroll tal-kotba u tad-dokumenti professjonali tal-impriżi suġġetti għall-ispezzjoni għandu jitwettaq esklużivament fil-bini tagħhom jekk, bħal f’dan il-każ, l-imsemmija spezzjoni ma setgħetx titlesta fil-perijodu ta’ żmien inizjalment previst. Huwa jobbliga biss lill-Kummissjoni li toffri, waqt il-kontroll tad-dokumenti fil-bini tagħha, l-istess garanziji fir-rigward tal-impriżi li huma s-suġġett tal-ispezzjoni bħal dawk imposti fuq din l-istituzzjoni waqt kontroll fuq il-post, li kien il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni lanqas ma kisret il-portata tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, peress li din tal-aħħar ma kinitx teskludi l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tissokta bl-ispezzjoni fil-bini tagħha, fi Brussell, u li l-appellanti ma kinux sostnew li t-tul tal-ispezzjoni inkwistjoni kien qabeż terminu raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ motiv tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni ġustament kienet ikkunsidrat li r-responsabbiltà li tirriżulta mill-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ PirelliCS sas-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE> kienet ġiet trażmessa lil PirelliCSE skont il-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika u li għalhekk din ir-responsabbiltà kienet ta’ PrysmianCS. Fir-rigward tal-argument tal-appellanti bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dan kellu jiġi kkonċiljat mal-prinċipju ta’ legalità, li jipprovdi li ħadd ma jista’ jinvoka favurih illegalità mwettqa favur ħaddieħor. Skont il-Qorti Ġenerali, minn dan isegwi li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni wettqet illegalità eventwali billi ma kkonstatatx ir-responsabbiltà ta’ Nexans France u ta’ Silec Cable, skont il-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, tali illegalità eventwali, li ma hijiex adita biha fil-kuntest tar-rikors ippreżentat mill-appellanti, fl-ebda każ ma tista’ twassalha sabiex tikkonstata diskriminazzjoni u, għaldaqstant, illegalità fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitt motiv tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dawn ma kinux stabbilixxew li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat b’mod validu l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-seba’ motiv tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball meta kkunsidrat li l-bidu tal-ksur inkwistjoni kien ġie ddeterminat permezz ta’ laqgħa li nżammet fit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tat-tmien motiv tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-fatt li, kif jallegaw dawn tal-aħħar, il-parteċipazzjoni tal-impriżi Ġappuniżi fil-ksur inkwistjoni kienet simili għal dik tal-impriżi Ewropej fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju, anki jekk jiġi preżunt li dan seħħ, ma kienx ta’ natura li jpoġġi indiskussjoni l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li t-tqassim tal-proġetti fi ħdan iż-ŻEE kien jikkostitwixxi element addizzjonali li kien jistħoqqlu li jiġi ssanzjonat permezz ta’ żieda fil-koeffiċjent ta’ gravità. Barra minn hekk, l-argument tal-appellanti li jgħid li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward huwa irrilevanti fir-rigward tal-eżistenza ta’ ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-appellanti. Fil-fatt, għalkemm tali argument, jekk jitqies li huwa fondat, huwa ta’ natura li jiġġustifika ż-żieda tal-multa imposta fuq l-impriżi Ġappuniżi, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jista’ joħloq ebda dritt għall-applikazzjoni nondiskriminatorja ta’ trattament illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Finalment, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tal-appellanti għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><P>tilqa’ t-talbiet tagħhom imressqa fl-ewwel istanza, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Pirelli titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad it-tieni aggravju tal-appellanti;</P></ITEM><ITEM><P>tikkonferma s-sentenza appellata sa fejn tiċħad ir-raba’ motiv invokat mill-appellanti fl-ewwel istanza, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż sostnuti minnha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji. L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1/2003. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ responsabbiltà personali, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball manifest imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta kklassifikat il-ksur inkwistjoni bħala ksur uniku u kontinwu. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa fl-evalwazzjoni tad-delimitazzjoni tat-tul tal-ksur. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-iffissar tal-koeffiċjent ta’ gravità.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 50 sa 53, 58, 60 u 62 sa 68 tas-sentenza appellata, l-appellanti jsostnu li din tal-aħħar hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi relatati mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-Kummissjoni kellha d-dritt, minn naħa, li twettaq kopji-immaġni ta’ hard disks tal-kompjuters inkwistjoni mingħajr ma wettqet minn qabel eżami tan-natura tad-dokumenti li kienu jinsabu f’dawn il-hard disks u dwar ir-rilevanza tagħhom għall-ispezzjoni inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, li twettaq din tal-aħħar fil-bini tagħha fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-twettiq ta’ kopji-immaġni ta’ hard disks, mill-kliem tal-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li, meta taċċedi għall-bini ta’ impriża, il-Kummissjoni għandha l-ewwel nett tikkontrolla d-dokumenti professjonali sabiex tevalwa r-rilevanza tagħhom għall-investigazzjoni u jkun biss wara li tkun wettqet tali verifika li hija tkun tista’ tieħu kopja ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>dawn il-kotba jew dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jiġifieri d-dokumenti li hija tkun ivverifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 1/2003 jippreċiża li l-Kummissjoni tista’ tikkontrolla u tikkopja biss kotba u dokumenti professjonali. Għalkemm il-kompjuters tad-diretturi ta’ impriża jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>professjonali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-fajls, id-data u s-softwer kollha li jinsabu fihom ma humiex<?PAGE NO="9"?> neċessarjament hekk. Għaldaqstant, billi ħadet kopja-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni, il-Kummissjoni inevitabbilment ikkupjat ukoll fajls u data personali u għalhekk wettqet ksur flagranti tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega dwar l-ispezzjonijiet, imsemmija fil-punt 10 ta’ din is-sentenza, ma tikkostitwixxix bażi legali suffiċjenti sabiex tiġġustifika tali prattika. Skont il-prinċipju ta’ legalità, kull proċedura li timplika l-kopja ta’ grupp ta’ data għandha tiġi rregolata minn att li joriġina mil-leġiżlatur tal-Unjoni jew, tal-inqas, adottat mill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ setgħat espressament iddelegati minn dan il-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-istess japplika fir-rigward tal-post fejn il-Kummissjoni hija awtorizzata twettaq il-kontroll tagħha. Il-portata ġeografika tas-setgħat ta’ investigazzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 hija limitata b’mod ċar għall-bini tal-impriżi kkonċernati, kif juri l-kliem tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, mill-Artikolu 21 tal-imsemmi regolament jirriżulta li huwa biss bħala eċċezzjoni li l-Kummissjoni tista’ teżerċita s-setgħat ta’ spezzjoni tagħha f’bini ieħor, meta att tad-dritt tal-Unjoni jawtorizzaha espressament. B’hekk, f’dan il-każ, l-Artikolu 20(1) tal-istess regolament u d-deċiżjoni ta’ spezzjoni, li rriproduċiet il-kontenut tiegħu, ipprojbixxew lill-Kummissjoni milli tissokta bl-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha, fi Brussell. Konsegwentement, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 adottata mill-Qorti Ġenerali tmur kontra l-portata ta’ dan ir-regolament kif ukoll kontra l-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-fatt li l-eżami tad-dokumenti fil-bini tal-Kummissjoni fi Brussell ibbenefika mill-istess garanziji bħal dawk imposti fuq din l-istituzzjoni waqt verifika fuq il-post ma jpoġġix indiskussjoni l-eżistenza ta’ ksur tar-Regolament Nru 1/2003 imwettaq minnha minħabba li wettqet l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha, fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli, sa fejn dan jikkostitwixxi biss sempliċi repetizzjoni tal-argumenti diġà mressqa fil-proċedura fl-ewwel istanza u huwa intiż sabiex iwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid l-argumenti li l-appellanti ressqu quddiem il-Qorti Ġenerali. Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa ineffettiv, jew tal-inqas infondat, peress li huwa bbażat fuq qari parzjali tas-sentenza appellata, li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet prinċipali tal-Qorti Ġenerali li jinsabu fil-punti 50 u 56 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-ewwel aggravju, għandu jiġi rrilevat li, permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jikkontestaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 mogħtija mill-Qorti Ġenerali. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li meta appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid matul il-proċedura ta’ appell. Fil-fatt, kieku appellant ma jkunx jista’ jibbaża b’dan il-mod l-appell tiegħu fuq motivi u argumenti li jkun diġà ressaq quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura msemmija tkun imċaħħda minn parti mis-sens tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs United Parcel Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:23">EU:C:2019:23</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li, ċertament, l-appellanti ma jikkontestawx il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, li jinsabu fil-punti 50 u 56 tas-sentenza appellata. Skont dawn il-konstatazzjonijiet, minn naħa, it-twettiq ta’ kopja-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni, fil-kuntest tal-użu tas-softwer ta’ investigazzjoni informatika tal-Kummissjoni, kien jikkostitwixxi, essenzjalment, stadju intermedjarju intiż sabiex jippermetti lill-ispetturi jfittxu dokumenti rilevanti għall-ispezzjoni inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, mill-imsemmija konstatazzjonijiet jirriżulta li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma kinitx inkludiet direttament fil-fajl tal-investigazzjoni d-dokumenti li jinsabu<?PAGE NO="10"?> f’dawn il-kopji-immaġni mingħajr ma vverifikat minn qabel ir-rilevanza tagħhom fir-rigward tas-suġġett ta’ din l-ispezzjoni. Madankollu, il-fatt li l-appellanti ma kkontestawx dawn l-istess konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma jimplikax, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, li l-ewwel aggravju huwa ineffettiv f’dak li jirrigwarda l-argumenti tal-appellanti diretti kontra l-motivi tas-sentenza appellata li jgħidu li l-Kummissjoni kellha d-dritt tieħu kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni. Fil-fatt, l-imsemmija konstatazzjonijiet ma humiex biżżejjed, bħala tali, sabiex jistabbilixxu li l-Kummissjoni kellha s-setgħa li tagħmel tali kopji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-Artikolu 20(2)(b) jew (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tieħu tali kopji-immaġni u li tkompli l-ispezzjoni tagħha fil-bini tagħha, fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-preparazzjoni tal-kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li kemm mill-kliem tal-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll mill-kuntest tiegħu jirriżulta li, billi l-Kummissjoni hija awtorizzata, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[tieħu jew tikseb]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> taħt kwalunkwe forma li tkun kopja jew estratt tal-kotba kif ukoll tad-dokumenti professjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 20(2)(b) ta’ dan ir-regolament, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jirreferi għall-provi li l-Kummissjoni għandha d-dritt li tikseb sabiex tinkludihom fil-fajl u, jekk ikun il-każ, li tużahom fil-kuntest ta’ proċedura li għandha bħala skop li tissanzjona ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, dawn għandhom ikunu dokumenti koperti mis-suġġett tal-ispezzjoni, liema ħaġa tippresupponi li l-Kummissjoni tkun ivverifikat minn qabel li dan kien il-każ (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 sabiex tiddeċiedi li l-Kummissjoni kellha dritt tagħmel kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, li tirreferi wkoll għalih il-Qorti Ġenerali u li jawtorizza lill-Kummissjoni tistħarreġ il-kotba kif ukoll kull dokument professjonali ieħor, ikun xi jkun il-mezz, tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernata mill-ispezzjoni, jipprovdi bażi legali għat-twettiq ta’ tali kopji (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li, billi llimita ruħu f’dan ir-rigward sabiex jawtorizza lill-Kummissjoni twettaq tali stħarriġ, mingħajr ma speċifika f’iktar dettall is-setgħa mogħtija b’dan il-mod lill-Kummissjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ta ċertu marġni ta’ diskrezzjoni lil din l-istituzzjoni fir-rigward tal-modalitajiet konkreti tal-kontroll li hija tista’ twettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’, skont iċ-ċirkustanzi, tiddeċiedi li twettaq il-kontroll tad-data li tinsab fuq il-mezz ta’ data diġitali tal-impriża li tkun is-suġġett tal-ispezzjoni abbażi mhux tal-oriġinal, iżda ta’ kopja ta’ din id-data. Fil-fatt, kemm fil-każ fejn hija teżamina d-data oriġinali kif ukoll f’dik fejn hija tanalizza l-kopja ta’ din id-data, din hija l-istess data li hija s-suġġett tal-kontroll imwettaq mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, id-dritt tal-Kummissjoni li twettaq kopja-immaġni ta’ hard disk ta’ kompjuter, bħala stadju intermedju fil-kuntest tal-eżami tad-data li tidher fuq dan il-mezz, ma jikkostitwixxix prerogattiva addizzjonali mogħtija lill-Kummissjoni, iżda, kif ikkonstatat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 53 tas-sentenza appellata, jagħmel parti mis-setgħa ta’ stħarriġ li l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>It-tieni nett, għalkemm, ċertament, skont ġurisprudenza stabbilita, is-setgħat ta’ investigazzjoni li għandha l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni huma ddefiniti sewwa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Bahn <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:404">EU:C:2015:404</NO.ECLI>,<?PAGE NO="11"?> punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), madankollu dan ma jfissirx li d-dispożizzjonijiet s-setgħat ta’ verifika lill-istituzzjoni msemmija għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, anki jekk, minn din il-perspettiva, għandha tingħata attenzjoni li s-setgħat imsemmija ma jiksrux id-drittijiet tal-impriżi kkonċernati. Issa, dawn id-drittijiet huma ggarantiti meta, bħal f’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkopja data, ċertament, mingħajr eżami minn qabel, iżda sussegwentement tivverifika, b’rispett sħiħ tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata, jekk din id-data hijiex rilevanti għas-suġġett tal-ispezzjoni, qabel ma ddaħħal fil-proċess id-dokumenti meqjusa rilevanti f’dan ir-rigward u tħassar id-data kkupjata l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dritt tal-Kummissjoni li tagħmel tali kopji la jaffettwa l-garanziji proċedurali previsti mir-Regolament Nru 1/2003 u lanqas id-drittijiet l-oħra tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni, wara li tkun ikkompletat l-eżami tagħha, tqiegħed fil-fajl biss dokumenti li huma rilevanti fir-rigward tas-suġġett tal-ispezzjoni. Kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 56 tas-sentenza appellata, dan kien il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tielet nett, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet fattwali tal-Qorti Ġenerali fil-punt 49 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni tuża softwer ta’ investigazzjoni informatika li jeħtieġ stadju preliminari msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>indiċizzar<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li ġeneralment jieħu żmien kunsiderevoli. L-istess japplika fir-rigward tal-istadju segwenti ta’ dan il-proċess ta’ pproċessar tal-informazzjoni, li matulu l-Kummissjoni twettaq eżami ta’ din id-data, kif juru barra minn hekk il-fatti tal-każ. Għalhekk huwa fl-interess mhux biss tal-Kummissjoni, iżda wkoll tal-impriża kkonċernata li din l-istituzzjoni tibbaża ruħha, sabiex twettaq il-kontroll tagħha, fuq kopja ta’ din id-data, li b’hekk tippermetti lil din l-impriża tkompli tuża d-data oriġinali kif ukoll il-mezzi li din tkun tinsab fuqhom mill-mument li titwettaq din il-kopja u, għaldaqstant, li jitnaqqas l-indħil fil-funzjonament ta’ din l-impriża kkawżat mill-ispezzjoni mwettqa mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti tal-appellanti dwar il-preparazzjoni ta’ kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni u bbażati fuq il-kliem tal-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 u fuq l-istruttura ġenerali tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tkompli bl-eżami tal-kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni fil-bini tagħha, fi Brussell, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, kemm mill-kliem kif ukoll mill-istruttura tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li spezzjoni għandha tibda, u għandha, bħala prinċipju, tkompli, kif jipprovdi l-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament, għand <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, u li huwa għal din ir-raġuni li, minn naħa, l-Artikolu 20(2)(a) tal-imsemmi regolament jawtorizza lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[tidħol] f’kwalunkwe siti, art u metodi tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ dawn tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 20(3) tal-istess regolament jobbliga lill-Kummissjoni li tinnotifika, fi żmien utli qabel l-ispezzjoni, lill-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>li fit-territorju tiegħu qed isseħħ [l-ispezzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Huwa wkoll għal din ir-raġuni li, f’dan il-każ, id-deċiżjoni ta’ spezzjoni kienet tobbliga lil Prysmian tissottometti ruħha għal spezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>fil-binjiet [tagħha] kollha<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u dawk tas-sussidjarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġustament irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 58 tas-sentenza appellata, l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jistabbilixxix, kif isostnu l-appellanti, li l-kontroll tal-kotba u tad-dokumenti professjonali tal-impriżi suġġetti għall-ispezzjoni għandu jsir esklużivament fil-bini tagħhom, fi kwalunkwe ċirkustanza (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>L-istess japplika għad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, li tillimita ruħha biex tipprevedi li l-ispezzjoni inkwistjoni setgħet issir fil-binjiet kollha tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tkomplija ta’ tali kontroll fil-bini tal-Kummissjoni ma jikkostitwixxix, bħala tali, u fir-rigward ta’ kontroll imwettaq fil-bini stess tal-impriżi li huma s-suġġett ta’ spezzjoni, ksur addizzjonali tad-drittijiet ta’ dawn tal-aħħar, li jeħtieġ li tali possibbiltà, għall-Kummissjoni, tkun espressament<?PAGE NO="12"?> prevista, mingħajr ma tkun tista’ tiġi impliċitament dedotta mis-setgħat mogħtija lil din l-istituzzjoni mill-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003. Il-fatt li, f’ċerti każijiet, il-possibbiltà li jitkompla l-kontroll fil-bini tal-Kummissjoni ma huwiex indispensabbli sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq dan il-kontroll ma jfissirx li tali possibbiltà hija eskluża fiċ-ċirkustanzi kollha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, raġunijiet leġittimi jistgħu jwasslu lill-Kummissjoni, anki fl-interess tal-impriżi kkonċernati, sabiex tiddeċiedi li tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, l-ispezzjoni tad-data li hija ġabret mingħand l-impriża kkonċernata. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-punt 60 ta’ din is-sentenza, li ż-żmien neċessarju għall-ipproċessar tad-data elettronika jista’ jkun kunsiderevoli. Issa, il-fatt li l-Kummissjoni tiġi mġiegħla twettaq l-ipproċessar ta’ tali data esklużivament fil-bini tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, fir-rigward ta’ data partikolarment voluminuża, jista’ jkollu l-konsegwenza li jtawwal b’mod kunsiderevoli t-tul tal-preżenza tal-ispetturi fil-bini ta’ din l-impriża, liema ħaġa tista’ tippreġudika l-effettività tal-ispezzjoni u żżid inutilment l-indħil fil-funzjonament tal-imsemmija impriża minħabba l-ispezzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 60 tas-sentenza appellata, l-appellanti ma jikkritikawx lill-Kummissjoni talli, waqt il-kontroll tal-kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni, imwettaq fil-bini ta’ din tal-aħħar fi Brussell, aġixxiet b’mod differenti milli kieku dan il-kontroll seħħ fil-bini tal-appellanti. Fil-fatt, l-appellanti ma jikkontestawx li l-kontroll imwettaq mill-Kummissjoni fil-bini tagħha fi Brussell sar b’rispett sħiħ tad-drittijiet tad-difiża tagħhom, peress li l-Kummissjoni ggarantixxiet, matul il-perijodu kollu tal-ispezzjoni inkwistjoni, il-protezzjoni tad-data kkonċernata u daħħlet fil-fajl biss id-dokumenti li fir-rigward tagħhom hija kienet preċedentement żgurat ruħha li kienu rilevanti għall-finijiet ta’ din l-ispezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 li tgħid li l-Kummissjoni tista’, jekk ikun il-każ, tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, il-kontroll li hija validament bdiet f’dak tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi li huma s-suġġett tal-ispezzjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tal-appellanti li jgħid li huwa biss bħala eċċezzjoni li l-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament jippermetti lill-Kummissjoni teżerċita s-setgħat ta’ spezzjoni tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>f’siti oħra<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Fil-fatt, dan l-Artikolu 21 jikkonċerna sitwazzjoni totalment differenti minn dik imsemmija fl-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament, jiġifieri l-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li twettaq spezzjonijiet f’postijiet oħra barra l-uffiċċji professjonali tal-impriża kkonċernata, bħad-domiċilju jew il-mezzi ta’ trasport tal-membri tal-persunal tagħha, meta jkun jeżisti suspett raġonevoli li jinżammu fihom kotba jew dokumenti professjonali oħra marbuta mal-qasam li huwa s-suġġett tal-ispezzjoni li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi pprovat ksur serju tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 msemmija fil-punt preċedenti lanqas ma titpoġġa indiskussjoni mill-argument tal-appellanti li jgħid li tali interpretazzjoni tagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà li twettaq spezzjonijiet mill-bogħod jew li tordna lill-impriżi kkonċernati jittrażmettulha kopji ta’ hard disks sħaħ, sa fejn hija tagħti l-garanziji xierqa. Fil-fatt, il-possibbiltà għall-Kummissjoni li twettaq, fil-bini tagħha fi Brussell, il-kontroll li hija bdiet fil-bini tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni ma għandha ebda effett fuq il-kwistjoni dwar jekk din l-istituzzjoni għandhiex id-dritt, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003, li twettaq miżuri ta’ investigazzjoni kif previst mill-appellanti. Għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li l-fatt li l-Kummissjoni twettaq spezzjoni fil-bini tagħha stess ifisser li din hija kontinwazzjoni tal-istess spezzjoni unika, mibdija fil-bini ta’ tali impriża, u mhux kontroll ġdid, fi ħdan terz (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li l-Kummissjoni tista’ tuża l-possibbiltà, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, li tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, il-kontroll tagħha tal-kotba u tad-dokumenti professjonali oħra tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, biss meta hija tista’ leġittimament tikkunsidra li huwa ġġustifikat li dan isir fl-interess tal-effettività tal-ispezzjoni jew sabiex jiġi evitat indħil eċċessiv fil-funzjonament tal-impriża kkonċernata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-espożizzjoni tal-fatti kkonstatati mill-Qorti Ġenerali, imfakkra essenzjalment fil-punti 10 sa 14 ta’ din is-sentenza, l-ispetturi għaddew total ta’ tlett ijiem fil-bini tal-appellanti, jiġifieri mit-28 sat-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>. Huma wettqu kopji-immaġni tal-hard disks tal-kompjuters inkwistjoni u rreġistrawhom fuq sostenn informatiku għar-reġistrazzjoni tad-data kif ukoll fuq kompjuter tal-Kummissjoni. Dan il-mezz u dan il-kompjuter tqiegħdu f’envelops issiġillati u ttieħdu lura fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell. Sussegwentement, l-eżami tad-data meħuda lura fi Brussell, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-appellanti, damet tlett ijiem tax-xogħol, jiġifieri mis-26 ta’ Frar sat-<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, liema ħaġa timplika li, fil-mument meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha fi Brussell, kien fadal volum partikolarment kbir ta’ data diġitali li kellha tiġi pproċessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx illegalità meta ddeċidiet li tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha fi Brussell. Fil-fatt, fid-dawl tal-fatti kkonstatati mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni setgħet leġittimament tikkunsidra li kien iġġustifikat li tkompli din l-ispezzjoni fil-bini tagħha fi Brussell, u b’hekk tevita li jiġi estiż it-tul tal-preżenza tal-ispetturi fil-bini tal-appellanti, fl-interess tal-effettività tal-ispezzjoni u sabiex tiġi evitata interferenza eċċessiva fil-funzjonament ta’ dawn l-impriżi (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Finalment, hekk kif jirriżulta mill-punt 65 ta’ din is-sentenza, il-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tkompli l-kontroll tagħha tal-kotba u tad-dokumenti professjonali l-oħra ta’ impriża, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, fil-bini tagħha fi Brussell hija suġġetta għall-konstatazzjoni li tali tkomplija ma twassal għal ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u ma tikkostitwixxix ksur supplimentari tad-drittijiet tal-impriżi kkonċernati, meta mqabbla ma’ dak li huwa inerenti għat-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini tagħhom. Issa, tali preġudizzju għandu jiġi kkonstatat jekk it-tkomplija ta’ dan il-kontroll fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell kienet twassal, għall-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, għal spejjeż addizzjonali, imnissla mis-sempliċi fatt ta’ din it-tkomplija. Minn dan isegwi li, meta din tal-aħħar tkun tista’ tagħti lok għal tali spejjeż addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tagħmel dan biss bil-kundizzjoni li hija taċċetta li tirrimborsa dawn l-ispejjeż meta titressaq talba debitament immotivata f’dan is-sens mill-impriża kkonċernata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 130 sa 140 u 144 sa 148 tas-sentenza appellata u li huwa maqsum fi tliet partijiet, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żbalji ta’ liġi meta kkonfermat il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata li żammet lil PrysmianCS responsabbli għall-ksur inkwistjoni għat-tul kollu tiegħu, jiġifieri mit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> sas-<DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, minkejja l-fatt li dan ġie stabbilit biss fis-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ responsabbiltà personali u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bħala prinċipju, hija l-persuna fiżika jew ġuridika li kienet tmexxi lill-impriża li pparteċipat fil-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni fil-mument meta jkun twettaq dan tal-aħħar li għandha twieġeb għal dan il-ksur, anki jekk, fil-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata l-ksur, l-operat ta’ din l-impriża jkun tqiegħed taħt ir-responsabbiltà ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra. Huma biss ċirkustanzi eċċezzjonali li jistgħu jiġġustifikaw derogi minn dan il-prinċipju ġenerali, favur l-effett utli u l-effett dissważiv tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. F’dawn il-każijiet, ir-responsabbiltà tista’ tiġi attribwita lil din il-persuna fiżika jew ġuridika oħra, skont il-prinċipju tal-kontinwità ekonomika. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li dawn iċ-ċirkustanzi ikunu ssodisfatti meta l-persuna fiżika jew ġuridika li wettqet il-ksur ma tkunx għadha teżisti, legalment jew ekonomikament, u li teżisti rabta strutturali bejn l-operatur inizjali u l-operatur il-ġdid, li japplika, konsegwentement, l-istess direttivi kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kellha għalhekk qabel kollox tidentifika, mill-perspettiva tad-dritt nazzjonali tal-kumpanniji rilevanti, lill-operatur inizjali ta’ PrysmianCS, jiġifieri Pirelli, li assorbiet lil PirelliCS. Issa, il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq tali eżami u applikat il-prinċipju tal-kontinwità ekonomika bħala sempliċi alternattiva għall-prinċipju tar-responsabbiltà personali tal-entitajiet ġuridiċi, kif juri l-fatt li hija ċaħdet, bħala mingħajr konsegwenza, il-possibbiltà li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat lil PirelliCSE bħala s-suċċessur legali ta’ PirelliCS. Dan huwa żball ta’ liġi manifest, li kellu l-effett li jirrikonoxxi lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali assoluta, kuntrarjament għall-prinċipju ta’ ċertezza legali, li tippermettilha tiddetermina l-entità ġuridika li fuqha tista’ tiġi imposta multa fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ assi intragrupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju huwa inammissibbli, sa fejn l-appellanti sempliċement jirrepetu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja argumenti li huma diġà qajmu quddiem il-Qorti Ġenerali. L-appellanti jitolbu fil-fatt lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżamina mill-ġdid il-provi li diġà ġew eżaminati mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Sussidjarjament, it-tieni aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Pirelli ssostni li l-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika japplika mhux biss meta l-operatur inizjali, li jkun wettaq il-ksur, ma jkunx għadu jeżisti, iżda wkoll meta dan ma jkunx għadu jeżerċita attività ekonomika fis-suq rilevanti. F’dan il-każ, u wara d-diviżjoni li seħħet matul is-sena 2001, PirelliCS saret kumpannija fittizja u PirelliCSE saret l-unika suċċessur ekonomiku u ġuridiku tagħha. Il-fatt li l-kumpannija parent oriġinali, Pirelli, kienet għadha teżisti fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma jbiddel xejn minn din l-analiżi. Pirelli żżid li, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx ħarbet mir-responsabbiltà tagħha għall-ksur inkwistjoni, iżda kienet miżmuma responsabbli flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għalih ma’ PrysmianCS, għall-perijodu bejn it-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> u t-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Skont Pirelli, l-ewwel parti tat-tieni motiv hija għalhekk ineffettiva u, fi kwalunkwe każ, infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, peress li l-ewwel parti tat-tieni aggravju tikkritika punt ta’ liġi eżaminat mill-Qorti Ġenerali, l-aggravju, f’din il-parti, għandu, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, jitqies bħala ammissibbli, peress li tali punt ta’ liġi jista’ jiġi diskuss mill-ġdid fl-istadju tal-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-argument imqajjem mill-appellanti insostenn tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħhom huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Ċertament, din tal-aħħar kellha l-okkażjoni tippreċiża li, fir-rigward tal-kwistjoni dwar iċ-ċirkustanzi li fihom entità li ma hijiex l-awtur ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni tista’ madankollu tiġi ssanzjonata għalih, taqa’ taħt tali ipoteżi s-sitwazzjoni li fiha l-entità li wettqet il-ksur waqfet teżisti ġuridikament jew ekonomikament, peress li sanzjoni imposta fuq impriża li ma teżerċitax iktar attivitajiet ekonomiċi tirriskja li ma jkollhiex effett dissważiv. Jekk, min-naħa l-oħra, l-entità li wettqet il-ksur tkompli kemm teżisti ġuridikament kif ukoll teżerċita attivitajiet ekonomiċi, il-Kummissjoni hija, bħala prinċipju, obbligata li timponi l-multa inkwistjoni fuq din l-entità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ThyssenKrupp Nirosta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑352/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:191">EU:C:2011:191</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0144">144</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li, meta entità li tkun wettqet ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni tkun is-suġġett ta’ tibdil ġuridiku jew organizzattiv, dan it-tibdil ma jkollux neċessarjament l-effett li joħloq entità ġdida ħielsa mir-responsabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur imputabbli lill-entità li ppreċedietha fid-dritt, sakemm, mill-inqas, ikun hemm identiċità bejn iż-żewġ entitajiet mill-perspettiva ekonomika. Fil-fatt, li kieku impriżi setgħu jevitaw sanzjonijiet bis-sempliċi fatt li l-identità tagħhom ġiet modifikata wara ristrutturazzjonijiet, ċessjonijiet jew tibdil ġuridiku jew organizzattiv ieħor, l-għan li jiġi ssanzjonat l-aġir li jmur kontra d-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u li jiġi evitat li dan jerġa’ jseħħ permezz ta’ sanzjonijiet dissważivi jiġi kompromess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2456">EU:C:2014:2456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li, meta żewġ entitajiet jikkostitwixxu l-istess entità ekonomika, il-fatt li l-entità li wettqet il-ksur tkun għadha teżisti ma jipprekludix, fih innifsu, li tiġi ssanzjonata l-entità li lilha hija ttrasferixxiet l-attivitajiet ekonomiċi tagħha, b’mod partikolari meta dawn l-entitajiet kienu taħt il-kontroll tal-istess persuna u, fid-dawl tar-rabtiet stretti li jgħaqqduhom fuq il-livell ekonomiku u organizzattiv, applikaw essenzjalment l-istess direttivi kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2456">EU:C:2014:2456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Huwa fuq il-bażi ta’ din il-ġurisprudenza u tal-fatti sottomessi għall-evalwazzjoni sovrana tagħha li l-Qorti Ġenerali kkonfermat, fil-punti 130 sa 133 tas-sentenza appellata, li PirelliCSE kellha titqies bħala l-entità li ssuċċediet ekonomikament lil PirelliCS mis-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE> u li l-Kummissjoni kienet qieset, ġustament, abbażi tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, li r-responsabbiltà għall-parteċipazzjoni ta’ PirelliCS fil-ksur inkwistjoni kienet ġiet trażmessa lil PirelliCSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Issa, l-appellanti ma jikkontestawx li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 87 ta’ din is-sentenza kienu ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha dritt tikkunsidra lil PirelliCSE bħala s-suċċessur ekonomiku ta’ PirelliCS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet, fil-punt 140 tas-sentenza appellata, li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni wettqet żball meta qieset lil PirelliCSE bħala s-suċċessur legali ta’ PirelliCS, din il-konstatazzjoni hija mingħajr konsegwenza għall-finijiet li tiġi attribwita lill-ewwel minn dawn il-kumpanniji r-responsabbiltà għall-parteċipazzjoni diretta fil-ksur inkwistjoni qabel is-<DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, peress li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kienet ikkonstatat, ġustament, li PirelliCSE kienet is-suċċessur ekonomiku ta’ PirelliCS.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tal-appellanti dwar l-effett utli u l-effett dissważiv tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat ukoll ir-responsabbiltà ta’ Pirelli għall-ksur inkwistjoni, fil-kwalità tagħha ta’ kumpannija parent ta’ Pirelli CS u ta’ PirelliCSE, matul il-perijodu mit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> sat-<DATE ISO="20050728">28 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament f’dan il-każ. Nexans France u Silec Cable kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli għal dik ta’ PrysmianCS, peress li nħolqu wara ristrutturazzjonijiet interni, sabiex terġa’ tinbeda attività eżistenti li tinvolvi lill-impjegati u lill-assi li kienu kkonċernati mill-prattiki kollużorji marbuta mal-akkordju, sabiex jiġu ttrasferiti lil terzi. Issa, il-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika ġie applikat biss fir-rigward ta’ PrysmianCS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Kummissjoni, meta tadotta, għal akkordju, metodu speċifiku għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpanniji parent għall-ksur imwettaq mis-sussidjarji tagħhom, għandha, ħlief f’ċirkustanzi partikolari, tapplika l-istess kriterji metodoloġiċi fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji parent kollha. Din il-ġurisprudenza tapplika wkoll meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm lil wieħed mid-destinatarji tad-deċiżjoni tagħha responsabbli abbażi tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, mingħajr madankollu ma tissuġġetta lil destinatarji oħra ta’ din id-deċiżjoni għall-istess trattament. Fil-fatt, għalkemm il-Kummissjoni tgawdi minn ċerta setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju sabiex timputa r-responsabbiltà lill-kumpanniji parent, hija madankollu ma hijiex obbligata li tapplikaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta din l-istituzzjoni tiddeċiedi li tapplika l-imsemmi prinċipju, hija għandha tagħmel dan fir-rigward tal-impriżi l-oħra involuti fl-akkordju li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali għalhekk wettqet żball meta qieset li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapplikax il-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika għal destinatarji oħra tad-deċiżjoni kkontestata minbarra PrysmianCS ma kinitx illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-riferiment magħmul mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 145 u 146 tas-sentenza appellata, għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandha tiġi kkonċiljata ma’ dik tal-prinċipju ta’ legalità, li jimplika li ħadd ma jista’ jinvoka favurih illegalità mwettqa favur ħaddieħor, huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju huwa inammissibbli għar-raġunijiet diġà esposti fil-punt 79 ta’ din is-sentenza u, sussidjarjament, huwa infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Pirelli ssostni li t-tieni parti ta’ dan l-aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, peress li t-tieni parti tat-tieni aggravju tikkonċerna punt ta’ liġi eżaminat mill-Qorti Ġenerali, l-aggravju, f’din il-parti, għandu, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, jitqies bħala ammissibbli, peress li tali punt ta’ liġi jista’ jiġi diskuss mill-ġdid fl-istadju tal-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan il-prinċipju jeħtieġ li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx iġġustifikat b’mod oġġettiv (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2363">EU:C:2014:2363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret dan il-prinċipju meta kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm lil PrysmianCS responsabbli għall-ksur inkwistjoni għal perijodu preċedenti għall-ħolqien tagħha, billi bbażat ruħha fuq il-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, filwaqt li l-Kummissjoni ma kinitx applikat dan il-prinċipju fir-rigward ta’ Nexans France u ta’ Silec Cable, żewġ impriżi li, skont l-appellanti, jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ PrysmianCS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din il-parti, l-appellanti essenzjalment iressqu żewġ argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Minn naħa, l-appellanti jinvokaw il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Dow Chemical <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑499/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:482">EU:C:2013:482</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fil-kuntest tagħha hija ddeċidiet, fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni, meta tadotta, fir-rigward ta’ akkordju, metodu speċifiku għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà tal-kumpanniji parent ikkonċernati għall-ksur tas-sussidjarji tagħhom, għandha, ħlief f’ċirkustanzi partikolari, tibbaża ruħha fuq l-istess kriterji fil-każ ta’ dawn il-kumpanniji parent kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-argument, għandu jitfakkar li l-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienet tikkonċerna sitwazzjoni fejn mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni kien jirriżulta li din kienet għażlet, fir-rigward tal-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur imwettaq minn sussidjarja lil kumpannija parent, metodu speċifiku sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-kumpanniji parent inkwistjoni li hija kellha, konsegwentement, tapplika għall-impriżi kollha kkonċernati minn dan il-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑628/10 P u C‑14/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:479">EU:C:2012:479</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 59). Issa, anki jekk jitqies li din il-ġurisprudenza tista’ tiġi trasposta għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur abbażi tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti baqgħu ma pprovawx li l-Kummissjoni kienet għażlet li tapplika metodu li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju li jitbiegħed mir-regoli ġenerali. Għaldaqstant, mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li kellu jiġi segwit metodu speċifiku għall-impriżi kollha involuti fil-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-appellanti ma jistgħux validament jibbażaw ruħhom fuq il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 104 ta’ din is-sentenza sabiex jistabbilixxu li l-prinċipju ta’ ugwaljanza nkiser f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-appellanti jsostnu li, peress li l-Kummissjoni kienet għażlet li tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ PrysmianCS għall-perijodu preċedenti għall-ħolqien tagħha, hija kellha tapplika l-istess metodu għal Nexans France u Silec Cable. Għalhekk, l-appellanti jsostnu effettivament, kif ġustament issostni Pirelli, li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’illegalità fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Issa, kif irrilevat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 146 tas-sentenza appellata, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandha tiġi rrikonċiljata mal-osservanza tal-legalità, li tgħid li ħadd ma jista’ jinvoka, għall-benefiċċju tiegħu, illegalità mwettqa favur ħaddieħor (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:446">EU:C:2016:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-appellanti ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq illegalità eventwali mwettqa mill-Kummissjoni fil-konfront ta’ Nexans France u Silec Cable sabiex ipoġġu indiskussjoni s-sentenza appellata fuq dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tieni parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tat-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni li hija għandha skont l-Artikolu 296 TFUE billi naqset milli tiddeċiedi dwar l-ilment tagħhom ibbażat fuq in-natura eċċezzjonali tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika u billi bbażat iċ-ċaħda tagħha tal-ewwel u tat-tieni parti tar-raba’ motiv, invokat mill-appellanti fl-ewwel istanza, abbażi ta’ motivi kontradittorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju huwa inammissibbli għar-raġunijiet diġà esposti fil-punt 79 ta’ din is-sentenza u, sussidjarjament, li huwa infondat. Barra minn hekk, it-tielet parti hija ineffettiva peress li ma tipprovdix bażi awtonoma li tippermetti l-annullament tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Peress li l-aggravju f’din il-parti huwa bbażat fuq difett fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata u, għaldaqstant, fuq il-ksur ta’ obbligu legali tal-Qorti tal-Unjoni, dan għandu, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, jitqies bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali, wara li wriet li l-approċċ segwit mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika kien konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma kinitx obbligata tirrispondi speċifikament għall-argument tal-appellanti bbażat fuq in-natura allegatament eċċezzjonali ta’ tali applikazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-appellanti ma ppreċiżawx kif il-motivazzjoni pprovduta mill-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward kienet intrinsikament kontradittorja jew illoġika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tielet parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda u, konsegwentement, dan il-motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 169 sa 186 tas-sentenza appellata, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-ksur inkwistjoni bħala ksur uniku u kontinwu. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-Kummissjoni kienet ipproduċiet biżżejjed elementi preċiżi li jippermettu li tintwera l-eżistenza tat-tliet elementi kostituttivi tal-akkordju, madankollu mingħajr ma ħadet deċiżjoni dwar l-argument prinċipali mressaq mill-appellanti fl-ewwel istanza, li jgħid li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet li dan kien, f’dan il-każ, ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għandhom jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet sabiex impriża tinżamm responsabbli għall-parteċipazzjoni tagħha fi ksur uniku u kontinwu, jiġifieri l-eżistenza ta’ pjan ġenerali li għandu għan antikompetittiv komuni, il-kontribuzzjoni tal-impriża għal dan il-pjan u l-għarfien tagħha tal-kontribuzzjoni antikompetittiva tal-parteċipanti l-oħra. Issa, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ikkonfermat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma evalwat jekk l-eżistenza ta’ ftehim fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, jekk jitqies li ġie pprovat, kinitx suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita rabta bejn il-provi miġbura li kienu jikkonċernaw sitwazzjonijiet u ftehimiet differenti ħafna, sabiex turi suffiċjentement skont il-liġi l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. F’dan ir-rigward, il-lista tal-provi, miġbura fil-qosor fil-punti 172 u 173 tas-sentenza appellata, bl-ebda mod ma turi l-eżistenza ta’ rabta bejn iż-żewġ konfigurazzjonijiet tal-akkordju u l-ftehim allegat fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali żnaturat b’mod partikolari l-provi dwar il-ftehim fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> kif ukoll l-argument tal-appellanti li jgħid li dan il-kunċett kien ineffettiv u mingħajr sens, sa fejn il-produtturi Ażjatiċi ta’ kejbils tal-elettriku ma kienu juru ebda interess li jidħlu fis-swieq tal-produtturi Ewropej u viċe versa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fil-punt 180 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ftehim li huwa intiż li jipproteġi lill-produtturi Ewropej, fit-territorju tagħhom tal-Unjoni, minn kompetizzjoni reali jew potenzjali minn produtturi barranin oħra jista’ jirrestrinġi l-kompetizzjoni, sakemm ma jkunux jeżistu ostakoli insormontabbli għad-dħul fis-suq Ewropew li jeskludu kull kompetizzjoni potenzjali min-naħa ta’ dawn il-produtturi barranin. Issa, permezz ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali ma weġbitx għall-argument imressaq mill-appellanti fir-rikors promotur tagħhom, li jgħid li l-Kummissjoni kienet estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni għall-esportazzjoni għat-territorju kollu tal-Unjoni permezz ta’ ftehim fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, filwaqt li l-applikazzjoni ta’ tali ftehim qatt ma kienet is-suġġett ta’ diskussjonijiet waqt il-laqgħat miżmuma fil-kuntest tal-konfigurazzjoni A/R tal-akkordju, u dan b’mod partikolari minħabba l-fatt li ma kienx interessanti, minn perspettiva strateġika, għall-produtturi Ażjatiċi, li jipparteċipaw fis-sejħiet għal offerti li jirrigwardaw proġetti li għandhom jitwettqu fit-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li indikat il-Qorti Ġenerali fil-punt 183 tas-sentenza appellata, l-appellanti ma sostnewx li l-parteċipazzjoni tal-produtturi Ġappuniżi u tal-Korea t’Isfel fis-suq fiż-ŻEE kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>teknikament impossibbli<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, iżda li, b’mod ġenerali, ebda raġuni ta’ natura ekonomika ma kienet tiġġustifika investiment daqstant importanti. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali żnaturat l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-appellanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tielet aggravju huwa inammissibbli. Fil-fatt, permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jtennu argumenti diġà mressqa fil-proċedura fl-ewwel istanza u huma intiżi biex iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina dawn l-argumenti mill-ġdid. Barra minn hekk, l-appellanti ma osservawx l-obbligu impost fuqhom mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li huma ma indikawx is-siltiet speċifiċi tas-sentenza appellata li juru b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa infondat, peress li l-Qorti Ġenerali ma llimitatx ruħha li tikkonferma l-klassifikazzjoni tal-ksur inkwistjoni adottata mill-Kummissjoni, iżda eżaminat id-diversi provi inklużi fil-proċess u b’mod partikolari l-iskambji dwar l-attribuzzjoni tal-proġetti Ewropej, li juru li dawn kienu jifformaw parti minn ksur uniku u kontinwu li kien ikopri ż-żewġ konfigurazzjonijiet tal-akkordju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tat-tielet aggravju, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, is-siltiet speċifiċi tas-sentenza appellata li huma koperti mit-tielet aggravju tal-appellanti jirriżultaw b’ċarezza suffiċjenti fl-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li, insostenn ta’ dan il-motiv, l-appellanti jressqu żewġ argumenti distinti. Permezz tal-ewwel wieħed minnhom, huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali naqset milli tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jekk il-Kummissjoni kinitx stabbilixxiet li l-ksur inkwistjoni kien jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. It-tieni argument huwa, min-naħa tiegħu, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi relattivi għall-ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Filwaqt li, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, l-ewwel wieħed minn dawn l-argumenti jikkonċerna punt ta’ liġi eżaminat mill-Qorti Ġenerali, li jista’ jiġi diskuss mill-ġdid fil-kuntest ta’ appell, ma jistax jingħad l-istess għat-tieni argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt. Il-Qorti Ġenerali biss għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi. Għalhekk, l-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn il-provi ma hijiex, mingħajr preġudizzju għall-każ tal-iżnaturament tagħhom, punt ta’ liġi li, bħala tali, huwa suġġett għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑98/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:774">EU:C:2018:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Ċertament, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li żnaturat provi relattivi għall-ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-appellanti ma identifikawx il-provi li ġew żnaturati b’dan il-mod, u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, ma stabbilixxew li l-Qorti Ġenerali tista’ tiġi akkużata b’tali żnaturament. Fil-fatt, f’dak li jirrigwarda l-unika prova speċifika li tissemma’ f’dan il-kuntest, l-appellanti sempliċement isostnu li din tikkonferma l-pożizzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument tal-appellanti dwar l-evalwazzjoni tal-provi fir-rigward tal-ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għandu jitqies bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq allegat żnaturament ta’ wieħed mill-argumenti tagħhom li għandu jiġi dedott mill-punt 183 tas-sentenza appellata, dan huwa bbażat fuq qari parzjali ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, f’dan il-punt tas-sentenza msemmija, il-Qorti Ġenerali qieset li, kuntrarjament għal dak li kienu sostnew l-appellanti, il-parteċipazzjoni tal-produtturi Ażjatiċi fi proġetti fi ħdan iż-ŻEE <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>la kienet impossibbli teknikament u lanqas ekonomikament mhux vijabbli<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Anki jekk jitqies li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li l-appellanti kienu bbażaw ruħhom fuq l-impossibbiltà teknika ta’ dħul mill-produtturi Ażjatiċi f’dan is-suq, xorta jibqa’ l-fatt li din il-qorti rreferiet ukoll għall-argument tal-appellanti li jgħid li l-assenza ta’ dawn il-produtturi miż-ŻEE kienet dovuta għal kunsiderazzjonijiet ta’ natura ekonomika. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-appellanti ma stabbilixxewx li l-allegat żball tal-Qorti Ġenerali jista’ jpoġġi indiskussjoni l-konklużjoni li waslet għaliha din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jintwera li impriża pparteċipat fi ksur uniku tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, għandu jiġi stabbilit li din l-impriża kellha l-intenzjoni li, permezz tal-aġir tagħha stess, tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni mfittxija mill-parteċipanti kollha u li hija kienet taf bl-aġir li jikkostitwixxi ksur previst jew implimentat minn impriżi oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet, jew li hija setgħet b’mod raġonevoli tipprevedih u li hija kienet lesta li taċċetta r-riskju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0172">172</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja waqt is-seduta, li tistieden lill-appellanti jippreċiżaw f’liema parti mir-rikors tagħhom fl-ewwel istanza huma sostnew li l-Kummissjoni ma kinitx uriet li l-ksur inkwistjoni kien jissodisfa l-kundizzjonijiet li huma neċessarji, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, sabiex tikkwalifikah bħala ksur uniku u kontinwu, huma ċċitaw il-punt 110 ta’ dan<?PAGE NO="21"?> ir-rikors. Issa, dan il-punt la jirreferi għall-kundizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq u lanqas għall-imsemmija ġurisprudenza. Minn dan jirriżulta li, quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti ma qajmux, b’mod suffiċjentement ċar, l-argument li jgħid li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet li l-ksur inkwistjoni kien jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li huma neċessarji sabiex jiġi kklassifikat bħala ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tas-sitt motiv imqajjem fl-ewwel istanza, l-appellanti kienu sostnew li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat, suffiċjentement skont il-liġi, l-eżistenza tal-ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> li, skont din l-istituzzjoni, kien jikkostitwixxi element prinċipali tal-akkordju u li, konsegwentement, din ma kinitx stabbilixxiet li l-appellanti kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE li jkopri t-territorju kollu taż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 174 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, abbażi tal-evalwazzjonijiet fattwali li jinsabu fil-punti 170 sa 173 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni kienet ipprovat, b’mod suffiċjenti fid-dritt, l-eżistenza tal-imsemmi ftehim. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sa fejn l-argument tal-appellanti huwa intiż sabiex ipoġġi indiskussjoni din l-evalwazzjoni, dan għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 126 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li t-tielet aggravju jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 199 sa 217 tas-sentenza appellata u li jinkludi erba’ partijiet, l-appellanti jsostnu li l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball meta kkunsidrat li l-punt ta’ tluq tal-ksur inkwistjoni kien jikkorrispondi għal laqgħa li nżammet fit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ddeċidiet <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> u li kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom billi bbażat il-konstatazzjoni tagħha fuq motivazzjoni dwar is-Super Tension Cables Export Agreement (ftehim dwar l-esportazzjoni ta’ kejbils b’vultaġġ għoli ħafna, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ftehim STEA<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>), li kien jikkonċerna l-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art, is-Sub-marine Cable Export Association (Assoċjazzjoni għall-esportazzjoni ta’ kejbils ta’ taħt il-baħar, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>SMEA<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>) u l-allegat ftehim mhux miktub bejn il-produtturi Ewropej, Ġappuniżi u tal-Korea t’Isfel li permezz tiegħu dawn it-tliet gruppi ta’ produtturi kienu impenjaw ruħhom li ma jikkompetux bejniethom fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>territorji nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> rispettivi tagħhom u li akkumpanja lil dawn il-ftehimiet (iktar’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ftehim mhux miktub<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali mill-appellanti kien jikkonċerna biss l-allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, imwettaq bejn l-1999 u l-2009, li kien ġie kkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk, billi kklassifikat il-ftehim STEA, il-ftehim SMEA u l-ftehim mhux miktub, li ntemm fl-1997, bħala ftehimiet antikompetittivi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar kwistjonijiet li ma kinux jifformaw parti mis-suġġett tal-kawża, kif iddefinit fir-rikors promotur. Barra minn hekk, la l-Ftehim STEA, la l-ftehim SMEA u lanqas il-ftehim mhux miktub ma qatt tqiesu li kienu kuntrarji għall-Artikolu 101 TFUE fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, l-appellanti qatt ma kellhom il-possibbiltà li jikkontestaw<?PAGE NO="22"?> formalment tali konstatazzjoni ta’ illegalità invokata fil-konfront tagħhom. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, l-appellanti ma kinux f’pożizzjoni li jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tad-difiża tagħhom f’dan ir-rigward matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-raba’ aggravju huwa inammissibbli, peress li, permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jtennu argumenti diġà diskussi matul il-proċedura fl-ewwel istanza u huma intiżi sabiex iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Sussidjarjament, dan l-aggravju huwa ineffettiv, peress li huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni allegatament żbaljata tal-ftehim STEA u tal-ftehim SMEA, minkejja li dawn tal-aħħar issemmew fid-deċiżjoni kkontestata biss sabiex jiddeskrivu l-kuntest li fih kien beda l-akkordju. Minn dan isegwi li, anki jekk jiġi preżunt li r-raba’ aggravju kellu jintlaqa’, dan ma jikkostitwixxix raġuni suffiċjenti sabiex jiġi deċiż li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat id-data tal-bidu tal-ksur inkwistjoni adottata mill-Kummissjoni. Skont il-Kummissjoni, ir-raba’ aggravju, fi kwalunkwe każ, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ddeċidiet <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> u li kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni, din il-parti b’hekk tikkonċerna punt ta’ liġi li jikkonċerna l-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, li jista’ jiġi diskuss fil-kuntest ta’ appell, u għandha, għaldaqstant, titqies bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li mis-sentenza appellata jirriżulta li huwa fil-kuntest tal-eżami tal-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kinitx korretta meta ffissat il-bidu tal-ksur inkwistjoni fid-data tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> li l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni, fil-punt 201 tas-sentenza appellata, il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-premessa 64 tad-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw il-ftehim STEA, il-ftehim SMEA kif ukoll il-ftehim mhux miktub u li hija rrilevat, fil-punt 202 tas-sentenza appellata, li l-akkordju kien jirriproduċi l-iskema deskritta minn din l-istituzzjoni f’dak li jikkonċerna dawn l-arranġamenti li ppreċedewh. Huwa fil-kuntest tal-istess eżami li l-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 203 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet ippreżentat provi, li l-appellanti ma kkontestawx validament permezz ta’ provi konkreti, li minnhom kien jirriżulta, minn naħa, li l-produtturi ta’ kejbils tal-elettriku li kkonkludew dawn il-ftehimiet kienu jafu bin-natura illegali tagħhom u, min-naħa l-oħra, li huma kienu pprevedew organizzazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-ftehimiet fil-futur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Issa, fi tmiem dan l-eżami, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma ddeċidiet <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>. Fil-fatt, id-deċiżjoni li l-Qorti Ġenerali ħadet f’dan ir-rigward, jiġifieri li tiċħad il-kontestazzjoni, mill-appellanti, tal-iffissar tal-bidu tal-ksur inkwistjoni fid-data tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, kienet konformi mat-talba li saritilha għal dan il-għan mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali lanqas ma kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti f’dan ir-rigward. Minn naħa, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, l-elementi li jinsabu fil-premessa 64 tad-deċiżjoni kkontestata kienu diġà jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li l-appellanti kellhom il-possibbiltà li jikkontestaw fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, mill-premessa 506 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għaliha fil-punt 199 tas-sentenza appellata, jirriżulta li, sabiex tevalwa l-provi dwar il-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, il-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-aġir tal-partijiet ikkonċernati qabel din id-data li, skont din l-istituzzjoni, kien juri li l-impriżi inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jerġgħu jintroduċu l-arranġamenti preċedenti. Issa, din ir-rimarka setgħet tinftiehem biss bħala riferiment għall-arranġamenti deskritti fil-premessa 64 tad-deċiżjoni kkontestata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-appellanti kellhom jistennew li l-Qorti Ġenerali tieħu wkoll inkunsiderazzjoni dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi ppreżentati quddiemha u applikat kriterju legali żbaljat fil-kuntest tal-analiżi tagħha, li wassalha sabiex tikklassifika, b’mod żbaljat, il-ftehim STEA, il-ftehim SMEA u l-ftehim mhux miktub bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>ftehimiet antikompetittiv<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha, b’mod żbaljat, fuq il-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-premessa 64 tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma vverifikat jekk dawn kinux sostnuti minn provi. Barra minn hekk, ikun manifestament żbaljat li jiġi sostnut li l-appellanti qatt ma kienu kkontradixxew u lanqas ikkontestaw il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-premessa 64 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tar-raba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-klassifikazzjoni żbaljata tal-ftehim STEA u tal-ftehim SMEA kif ukoll tal-ftehim mhux miktub bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>ftehimiet antikompetittivi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, imsemmija fit-tieni parti ta’ dan l-aggravju, żnaturat totalment l-analiżi, mill-Qorti Ġenerali, tal-kuntest li fih il-ksur inkwistjoni kien beda u affettwa irrimedjabbilment il-konferma minn din tal-aħħar tal-konklużjoni tal-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li l-allegat akkordju kien beda fit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-parti l-kbira tal-provi li fuqhom il-Kummissjoni bbażat din il-konklużjoni, u li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat fil-punti 200 sa 206 tas-sentenza appellata, kienu jirrigwardaw l-arranġamenti dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>territorji ta’ esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, dawn il-provi ma kellhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi stabbilita d-data tal-bidu ta’ ksur li jimplika ftehim fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> li jipproduċi effetti fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni żbaljata tal-kuntest fattwali wasslet lill-Qorti Ġenerali sabiex twettaq analiżi żbaljata tal-minuti tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, jiġifieri tal-ewwel dokument li fih riferimenti minimi u diskutibbli għar-regola tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Issa, dawn il-minuti jissuġġerixxu b’mod ċar li l-parteċipanti f’din il-laqgħa ma kinux ftiehmu dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-ftehim futuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Mill-punt 210 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali interpretat dawn il-minuti bħala sempliċi konferma ta’ diskussjonijiet preċedenti. Issa, dan il-punt tas-sentenza appellata fih, minħabba f’hekk, żewġ affermazzjonijiet żbaljati. Minn naħa, l-ebda prova ma torbot l-allegat ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> mal-ftehim STEA u mal-ftehim SMEA. Min-naħa l-oħra, id-diskussjoni deskritta fil-punt 204 tas-sentenza appellata, li, skont il-Qorti Ġenerali, tikkonferma l-eżistenza ta’ tali ftehim, fir-realtà kienet tirrigwarda t-tqassim tal-proġetti fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>territorji ta’ esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball metodoloġiku fundamentali meta ċaħdet, fil-punt 213 tas-sentenza appellata, in-neċessità li jiġu evalwati waħda waħda d-diskussjonijiet li seħħew waqt laqgħat sussegwenti għat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, kuntrarjament għal dak li indikat hija stess fl-istess punt ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żnaturat l-argumenti tal-appellanti meta kkunsidrat, fil-punt 213 tas-sentenza appellata, li, kuntrarjament għal dak li huma sostnew, il-valur probatorju tal-minuti tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> ma kienx iddgħajjef bil-fatt li dawn kienu ġew interpretati diversi snin wara <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>mill-awtur tagħhom, fuq il-bażi, fil-fehma tagħhom, ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>memorji distanti<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="2019" ID="QE0063"/><QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>. Fir-realtà, l-appellanti sostnew li dawn il-minuti ma kinux ġew spjegati lill-Kummissjoni mill-awtur tagħhom, iżda minn impjegati oħra tal-impriża inkwistjoni, mingħajr ebda għajnuna ta’ dan l-awtur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali żnaturat b’mod sistematiku l-provi ppreżentati għall-evalwazzjoni tagħha, billi għamlet riferiment mingħajr distinzjoni għal punti ta’ fatt u għal avvenimenti mingħajr rabta bejniethom li l-effetti tagħhom fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma ġewx ipprovati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn iż-żewġ partijiet tar-raba’ aggravju, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, l-appellanti jikkritikaw l-evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-provi invokati mill-Kummissjoni insostenn tal-konstatazzjoni tagħha li tgħid li l-laqgħa li nżammet fit-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> kienet turi l-bidu tal-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali eżaminat dawn il-provi fil-punti 199 sa 214 tas-sentenza appellata. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett iddeliberat, fil-punti 199 sa 206 ta’ din is-sentenza, fuq il-kuntest tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali eżaminat, fil-punti 207 sa 214, il-provi li jikkonċernaw b’mod iktar speċifiku lil din il-laqgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-punt 126 ta’ din is-sentenza, l-evalwazzjoni tal-provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tagħhom, punt ta’ liġi suġġett, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Għalkemm l-appellanti jsostnu li kien hemm żnaturament sistematiku tal-provi mill-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward, huma jirreferu biss, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jinsabu fil-punti 207 sa 214 tas-sentenza appellata, għal wieħed biss minn dawn il-punti, jiġifieri l-punt 210 ta’ din is-sentenza, fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-minuti tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>[kienu jikkonfermaw]<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> li, fil-mument tal-adozzjoni tan-noti msemmija, l-impriżi preżenti għal din il-laqgħa kienu ftiehmu fuq il-prinċipju stess tat-tqassim tas-swieq ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu, minn naħa, li l-formulazzjoni ta’ dan il-punt turi li l-Qorti Ġenerali interpretat in-noti tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> bħala sempliċi konferma tad-diskussjonijiet preċedenti. Issa, minbarra l-fatt li dan l-argument ma jsib ebda sostenn fil-motivi li jinsabu fil-punt 210 tas-sentenza appellata, dan ma jistax, fi kwalunkwe każ, juri li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-argument tal-appellanti li jgħid li l-imsemmija minuti jissuġġerixxu b’mod ċar li l-impriżi li pparteċipaw fil-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> ma kinux ftiehmu dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-ftehim futuri, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, filwaqt li rrikonoxxiet, fil-punt 208 tas-sentenza appellata, li ċerti aspetti diskussi matul din il-laqgħa ma kinux wasslu għal ftehim, li mill-minuti ta’ din il-laqgħa kien jirriżulta li l-impriżi li kienu pparteċipaw fiha kienu ftiehmu fuq il-prinċipju stess ta’ tqassim tas-swieq ikkonċernati. Peress li l-appellanti ma kkontestawx din l-evalwazzjoni, l-imsemmi argument huwa għalhekk ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-punt 213 tas-sentenza appellata, anki jekk wieħed jassumi li l-minuti tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE> ma ġewx spjegati lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>mill-awtur tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, din iċ-ċirkustanza ma sservix, fi kwalunkwe każ, bħala bażi għall-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward, b’tali mod li tali argument, anki jekk fondat, għandu jiġi ddikjarat ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-iżball metodoloġiku allegatament imwettaq mill-Qorti Ġenerali, jiġifieri l-fatt li din ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-diskussjonijiet li seħħew waqt laqgħat sussegwenti għat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, kuntrarjament għal dak li hija stess indikat fil-punt 213 tas-sentenza appellata, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fl-istess punt, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, sabiex tasal għall-konklużjoni li l-ksur inkwistjoni kien beda fid-data tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, il-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni wkoll l-aġir tal-impriżi kkonċernati wara din il-laqgħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Peress li l-motivi li jinsabu fil-punti 207 sa 214 tas-sentenza appellata jikkostitwixxu, waħedhom, bażi valida u suffiċjenti għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni kellha dritt tikkunsidra li l-ksur inkwistjoni kien beda fid-data tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, żbalji eventwali mwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-kuntest tal-akkordju, fil-punti 199 sa 206 tas-sentenza appellata, anki jekk huma fondati, ma jistgħux ipoġġu indiskussjoni din id-deċiżjoni, b’tali mod li l-argumenti mqajma mill-appellanti f’dan ir-rigward għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tieni u t-tielet parti tar-raba’ aggravju għandhom jiġu miċħuda bħala, parzjalment, inammissibbli u, parzjalment, infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ parti tar-raba’ aggravju, l-appellanti jsostnu, essenzjalment, li l-iżbalji msemmija mill-partijiet l-oħra ta’ dan l-aggravju, u b’mod partikolari r-riferiment magħmul mill-Qorti Ġenerali għal punti ta’ fatt u ta’ prova mingħajr konsegwenza fuq id-deċiżjoni tagħha li tiffissa d-data tal-bidu tal-ksur inkwistjoni għal dik tal-laqgħa tat-<DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, iwasslu għal motivazzjoni inkoerenti, bi ksur tal-obbligu tal-Qorti Ġenerali li timmotiva d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-parti, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-appellanti bl-ebda mod ma ppreċiżaw l-allegati inkoerenzi li jirreferu għalihom f’dan il-kuntest, b’tali mod li l-aggravju f’din il-parti għandu jiġi ddikjarat inammissibbli. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali mmotivat id-deċiżjoni tagħha b’mod suffiċjenti fid-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala, parzjalment, inammissibbli u, parzjalment, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 251 sa 254 tas-sentenza appellata, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta’ gravità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li, quddiem il-Qorti Ġenerali, huma kienu sostnew li l-produtturi Ażjatiċi kienu involuti fil-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju daqs il-produtturi Ewropej. Ir-risposta tal-Qorti Ġenerali, fil-punti 251 u 253 tas-sentenza appellata, li tgħid li t-teżi tal-appellanti, anki jekk titqies bħala stabbilita, ma hijiex ta’ natura li tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li t-tqassim tal-proġetti, fi ħdan iż-ŻEE, kien jikkostitwixxi element addizzjonali li kien jistħoqqlu li jiġi ssanzjonat b’perċentwali addizzjonali skont il-gravità tal-ksur u li l-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju kienet saħħet id-dannu għall-kompetizzjoni kkawżat fiż-ŻEE mill-konfigurazzjoni A/R ta’ dan l-akkordju, hija manifestament kontradittorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, il-konfigurazzjoni A/R tal-akkordju kienet suġġetta għall-pjan globali tal-akkordju u l-fatt li wieħed jaderixxi mal-ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> kien ekwivalenti, għall-produtturi Ażjatiċi, li jastjenu milli jagħmlu offerti<?PAGE NO="26"?> għall-proġetti Ewropej. Għaldaqstant, anki jekk il-produtturi Ażjatiċi ma kinux ipparteċipaw b’mod attiv fit-tqassim ta’ proġetti fiż-ŻEE, huma kienu kkontribwixxew għalih f’livell paragunabbli għal dak tal-produtturi Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien illoġiku u diskriminatorju li jiżdied il-koeffiċjent ta’ gravità bi 2 %, fir-rigward tal-appellanti, kif ukoll tal-produtturi Ewropej l-oħra, fir-rigward tal-allegata parteċipazzjoni esklużiva tagħhom fil-konfigurazzjoni Ewropea. Il-fondatezza ta’ dan l-argument hija kkonfermata mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑180/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:520">EU:C:2017:520</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar akkordju li kellu struttura simili ħafna għall-istruttura inkwistjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ħames aggravju huwa inammissibbli minħabba li huwa intiż sabiex jikseb evalwazzjoni ġdida tal-provi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali. Sussidjarjament, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Peress li l-ħames aggravju jirrigwarda kwistjoni ta’ liġi, dan għandu jitqies bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, għandu jiġi rrilevat li l-appellanti jillimitaw ruħhom, f’dan ir-rigward, sabiex jikkritikaw ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali li jinsab fil-punti 251 sa 253 tas-sentenza appellata. Issa, fil-punti 256 u 257 ta’ din tal-aħħar, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, essenzjalment, li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-produtturi Ażjatiċi fil-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju, tali żball huwa ta’ natura li jiġġustifika koeffiċjent ta’ gravità ogħla għall-produtturi Ażjatiċi, iżda ma jistax ikun il-bażi ta’ dritt għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>applikazzjoni nondiskriminatorja ta’ trattament illegali<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni ma hija vvizzjata minn ebda żball ta’ liġi. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 108 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandha tiġi rrikonċiljata mal-osservanza tal-legalità, li tgħid li ħadd ma jista’ jinvoka, għall-benefiċċju tiegħu, illegalità mwettqa favur ħaddieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellanti insostenn tal-appell tagħhom ma jista’ jintlaqa’, dan l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184 tal-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Peress li Prysmian u PrysmianCS tilfu u l-Kummissjoni talbet li dawn jiġu kkundannati għall-ispejjeż, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura, meta intervenjent fl-ewwel istanza ma jkunx ippreżenta l-appell huwa stess, dan l-intervenjent jista’ jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-proċedura fl-appell biss jekk ikun ipparteċipa fil-fażi bil-miktub jew orali tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Meta tali intervenjent jipparteċipa fil-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Peress li Pirelli pparteċipat għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok li jiġi deċiż li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, hija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Prysmian SpA u Prysmian Cavi e Sistemi Srl huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Pirelli &amp; C. SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>