|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 9/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2010 tad-19 ta’ Marzu 2010 li joħloq Katalgu tal-materjali tal-għalf (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2010 tas-26 ta’ Mejju 2010 dwar il-miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar għall-għalf (4), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE (5), id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE (6), id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE (7), 83/228/KEE (8), 93/74/KEE (9), 93/113/KE (10), u 96/25/KE (11) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (12) li ġew inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jiġu rrevokati skont il-Ftehim. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE), tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE), tal-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE), tal-punt 11 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE), tal-punt 14a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE), tal-punt 14b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE), tal-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE) u tal-punt 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/228/KEE), għandu jitħassar. |
|
3. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 47 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009): “It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 u tar-Regolamenti (UE) Nru 242/2010 u (UE) Nru 454/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, illi għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(3) ĠU L 77, 24.3.2010, p. 17.
(4) ĠU L 128, 27.5.2010, p. 1.
(6) ĠU L 126, 21.5.1980, p. 14.
(7) ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.
(8) ĠU L 126, 13.5.1983, p. 23.
(9) ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23.
(10) ĠU L 334, 31.12.1993, p. 17.
(11) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.
(12) ĠU L 67, 5.3.2004, p. 31.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.