<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑324/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0324</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:549">EU:C:2012:549</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120906">6.9.2012</DATE> — KAWŻA C-324/11</P><P>TÓTH</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ newtralità fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li toħroġ il-fattura mħassra mir-reġistru tal-imprendituri individwali</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li toħroġ il-fattura li tkun naqset milli twettaq l-obbligu li tiddikjara l-impjegati tagħha lill-amministrazzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-persuna taxxabbli li tiżgura ruħha mill-aġir regolari tal-persuna li toħroġ il-fattura fir-rigward tal-amministrazzjoni fiskali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-324/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Legfelsőbb Bíróság (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110421">21 ta’ April 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gábor Tóth</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský, R. Silva de Lapuerta, G. Arestis u T. von Danwitz (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Tóth, minn G. Patakiné Schneider, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Bottka u A. Sipos, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Tóth u n-Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-magyarországi Regionális Adó Főigazgatósága (Direttorat reġjonali tat-taxxi tal-Ungerja tat-Tramuntana, li jaqa’ taħt l-amministrazzjoni nazzjonali tat-taxxi u tad-dwana), suċċessur fid-dritt tal-Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály Észak-magyarországi Kihelyezett Hatósági Osztály (uffiċċju fiskali lokali li jaqa’ taħt l-uffiċċju fiskali tar-reġjun Tramuntana tal-Ungerija tal-amministrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u tal-verifika finanzjarja), rigward ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jaċċetta t-tnaqqis mit-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), imħallsa fuq tranżazzjonijiet tal-input fuq operazzjonijiet ikkunsidrati bħala suspetti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112 jissuġġetta għall-VAT il-provvista ta’ beni u l-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ din id-diretttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Persuna taxxabbli” għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>. [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 167 tal-istess direttiva, li jinsab taħt it-Titolu V tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, Kapitolu 1, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Oriġini u skop ta’ dritt ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[d]ritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi li, sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-tranżazzjonijiet, li tnaqqas mill-VAT li għandha tħallas il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 178 ta’ din id-direttiva, li jinsab taħt l-istess Titolu X, Kapitolu 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regoli li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dritt ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Biex teżerċita d-dritt ta’ tnaqqis, persuna taxxabbli għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ tnaqqis skond l-Artikolu 168(a), fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, hi għandha jkollha fattura imħejjija skond l-Artikoli 220 sa 236 u l-Artikoli 238, 239 u 240;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 213(1) tal-istess direttiva, li jinsab taħt it-Titolu XI tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Obbligi ta’ persuni taxxabbli u ta’ ċerti persuni mhux taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, Kapitolu 2, dan stess intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Identifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kull persuna taxxabbli għandha tiddikjara meta tibda, tbiddel jew twaqqaf l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 220 tad-Direttiva 2006/112, li jinsab taħt l-imsemmi Titolu XI, Kapitolu 3, intitlat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fatturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi li kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ dak li ġej, tinħareġ fattura, jew minnha nnifisha jew mill-konsumatur tagħha jew, f’isimha u għan-nom tagħha, minn terz, għal provvisti ta’ merkanzija jew li-provvista ta’ servizzi li hija tkun għamlet għal persuna taxxabbli oħra jew għal persuna ġuridika mhux taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112 jelenka l-uniċi dettalji li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari previsti minnha, għandhom jitniżżlu obbligatorjament, għall-finijiet tal-VAT, fuq il-fatturi maħruġa skont dispożizzjonijiet tal-Artikoli 220 u 221 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 ta’ din id-direttiva, li jinsab taħt l-istess Titolu XI, Kapitolu 7, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Disposizzjonijiet varji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1)(a) tal-liġi LXXIV tal-1992, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud [az általános forgalmi adóról szóló 1992. évi LXXIV. törvény, <HT TYPE="ITALIC">Magyar Közlöny</HT> 1992/128, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>], jipprovdi li persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa li hija għandha tħallas l-ammont tat-taxxa li persuna taxxabbli oħra daħlet responsabbli għalih meta tkun saret kunsinna ta’ beni jew provvista ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35(1)(a) tal-imsemmija liġi, ħlief fejn ipprovdut mod ieħor b’dispożizzjoni tal-liġi dwar it-taxxi, id-dritt għal tnaqqis jista’ jiġi eżerċitat biss bil-kundizzjoni li persuna jkollha dokumenti ta’ min jorbot fuqhom li jagħtu prova tal-ammont tat-taxxa tal-input ikkontabbilizzata. Huma meqjusa bħala tali l-fatturi, il-fatturi ssimplifikati u d-dokumenti li jservu ta’ fattura, maħruġa f’isem il-persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(5) tal-liġi dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Min joħroġ il-fattura jew il-fattura ssimplifikata huwa responsabbli mill-awtentiċità tal-informazzjoni li tinsab fiha. Id-drittijiet marbuta mat-taxxa tal-persuna taxxabbli li tissemma’ bħala xerrejja fid-dokument ta’ ġustifikazzjoni ma jistgħux jiġu kkontestati jekk kemm-il darba din, f’dak li jikkonċerna l-fatt li jiġġenera t-taxxa, ħadet il-prekawzjonijiet kollha neċessarji filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi tal-provvista ta’ beni jew tal-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-2007, G. Tóth wettaq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għal persuni taxxabbli billi parzjalment għamel użu minn sottokuntratturi, b’mod partikolari l-imprenditur individwali L. Il-kuntratti konklużi ma’ dan tal-aħħar u G. Tóth kienu jipprovdu l-obbligu għas-sottokuntrattur li jżomm reġistru tax-xogħlijiet u li joħroġ ċertifikat ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet. Skont ir-reġistru tax-xogħlijiet, L. kien jimpjega minn tmienja sa erbatax-il persuna fuq il-post ta’ kostruzzjoni. Iċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet seħħet fil-mument tat-trasferiment ta’ dawn minn G. Tóth lill-klijenti tiegħu. L. ħareġ, għax-xogħlijiet inkwistjoni, 20 fattura li G. Tóth aċċetta u niżżel fil-kontabbiltà tiegħu u fid-dikjarazzjonijiet fiskali tiegħu. G. Tóth isostni li huwa ħallas il-fatturi bi flus.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L. ma wettaqx l-obbligi fiskali tiegħu mis-sena 2003. Huwa lanqas ma għamel dikjarazzjoni tal-impjegati tiegħu mal-amministrazzjoni fiskali, la bħala impjieg prinċipali u lanqas bħala impjieg temporanju. B’deċiżjoni definittiva tal-<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE>, l-awtorità muniċipali kompetenti neħħiet mingħand L. il-karta ta’ imprenditur individwali li preċedentement kien intitolat għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali imponiet akarigu ta’ G. Tóth, VAT addizzjonali għal ammont ta’ HUF 5 600 000 għas-sena 2007, għar-raġuni li t-taxxa mniżżla fil-fatturi maħruġa minn L. ma setgħetx tiġi mnaqqsa, peress illi, mill-<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE>, dan tal-aħħar ma setax jiġi kklassifikat bħala persuna taxxabbli u li, għalhekk, ma setax iktar, wara din id-data, joħroġ fatturi validi. Minbarra dan, parti mill-fatturi maħruga minn L. jirrigwardaw data preċedenti għal dik tal-kisba tal-ġabra ta’ fatturi li jirriżultaw minnhom, jiġifieri s-<DATE ISO="20070907">7 ta’ Settembru 2007</DATE>. Fl-aħħar nett, G. Tóth kien naqas milli jinforma ruħu dwar il-kwalità li fid-dawl tagħha l-persuni li wettqu x-xogħlijiet kienu preżenti fil-post ta’ kostruzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Sussegwentement għall-ilment ta’ G. Tóth kontra din id-deċiżjoni, din ġiet ikkonfermata b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100108">8 ta’ Jannar 2010</DATE> mill-konvenut prinċipali. Dan tal-aħħar, b’mod partikolari, ikkunsidra li, fil-mument tal-ħruġ ta’ 16 mill-20 fattura inkwistjoni, L. ma kellux iktar il-karatteristika ta’ persuna taxxabbli u, għaldaqstant, ma kellux iktar id-dritt li jittrasferixxi t-taxxa. Il-fatt li, matul is-sena inkwistjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tiegħu kien għadu ma tħassarx mir-reġistru tal-amministrazzjoni fiskali huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>In-Nógrád megyei bíróság (qorti dipartementali ta’ Nógrád) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn G. Tóth kontra d-deċiżjoni tal-konvenut prinċipali b’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>. Din iċ-ċaħda kienet ibbażata fuq il-fatt li l-karatteristika ta’ persuna taxxabbli ta’ L. kienet intemmet fl-<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> u li, minħabba din ir-raġuni, ma kellux iktar id-dritt li jittrasferixxi l-VAT. F’dak li jikkonċerna l-fatturi maħruġa minn L. qabel din id-data, din il-qorti kkonstatat li dan tal-aħħar ma kellux ħaddiema ddikjarati jew temporanji, b’mod li ma ġiex ipprovat li x-xogħlijiet inkwistjoni kienu fil-fatt ġew effettwati minnu. Minbarra dan, G. Tóth ma kienx ivverifika jekk is-servizz imsemmi fil-fattura kienx effettivament ġie pprovdut minn min ħareġ il-fattura u lanqas jekk il-persuni li effettwaw ix-xogħol fuq il-post ta’ kostruzzjoni kinux impjegati jew ħaddiema temporanji mħaddma minn L.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>G. Tóth ippreżenta appell kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda tan-Nógrád megyei bíróság quddiem il-qorti tar-rinviju. Din għandha dubji, minn naħa, li d-dritt għal tnaqqis jista’ jkun limitat għar-raġuni tal-fatt li min ħareġ il-fattura kien tħassar mir-reġistru tal-imprendituri. Min-naħa l-oħra, din il-qorti tistaqsi jekk huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li G. Tóth kienx jaf jew imissu kien jaf jekk ipparteċipax fi tranżazzjoni implikata fi frodi għall-VAT fis-sens tal-punt 59 tas-sentenza tas-<DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, Kittel u Recolta Recycling (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/04+C-440/04" PAGE.ECR="I-6161" YEAR="2006">C-439/04 u C-440/04, Ġabra p. I-6161</REF.DOC.ECR>), peress li huwa ma ħax il-ħsieb li jsir jaf jekk il-persuni li eżegwixxu x-xogħol kinux jinsabu f’relazzjoni legali ma’ min ħareġ il-fattura.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Billi qieset li s-soluzzjoni għall-kawża prinċipali tiddependi mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Legfelsőbb Bíróság (Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali (Artikolu 9 tad-Direttiva [2006/112] huwa miksur minn interpretazzjoni legali li tostakola lill-persuna li lilha tinħarġilha fattura milli teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis f’sitwazzjoni fejn l-operatur li ħariġha kellu l-liċenzja kummerċjali tiegħu rtirata mill-awtorità muniċipali qabel it-twettiq tal-kuntratt fl-intier tiegħu jew qabel il-ħruġ tal-fattura?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, il-fatt li l-operatur individwali li ħareġ il-fattura ma ddikjarax il-ħaddiema impjegati minnu (li, għalhekk, jaħdmu fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ekonomija moħbija<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), u l-fatt li, għalhekk, l-awtorità fiskali kkonstatat li l-operatur inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ma għandu ebda ħaddiema ddikjarati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jostakolaw lill-persuna li lilha nħarġitilha din il-fattura milli teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jista’ jingħad li l-persuna li lilha tinħarġilha l-fattura aġixxiet b’nuqqas ta’ attenzjoni jekk ma tkunx ivverifikat jekk hemmx relazzjoni legali bejn il-ħaddiema impjegati fuq il-post tax-xogħol u l-persuna li toħroġ il-fattura jew jekk din tal-aħħar issodisfatx l-obbligi tagħha dwar id-dikjarazzjoni tat-taxxa jew dwar dawn il-ħaddiema? Jista’ jingħad li tali aġir jikkostitwixxi fattur oġġettiv li juri li l-persuna li nħarġitilha l-fattura kienet taf jew kien imissha taf li kienet qiegħda tieħu sehem fi tranżazzjoni li tinvolvi l-evażjoni frawdolenti tal-VAT?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi msemmija meta l-evalwazzjoni globali tagħha twassalha għall-konklużjoni li t-tranżazzjoni ekonomika ma seħħitx bejn il-persuni indikati fuq il-fattura?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa għal servizzi li kienu ġew ipprovduti lilha, għar-raġuni li l-karta ta’ imprenditur individwali ta’ min ħareġ il-fattura kienet ġiet irtirata lilu qabel ma huwa seta’ jipprovdi s-servizzi inkwistjoni jew joħroġ il-fattura korrispondenti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu mill-VAT li għandhom iħallsu l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa għall-beni akkwistati u għas-servizzi li huma rċevew jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20011025">25 ta’ Ottubru 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/00" PAGE.ECR="I-8195" YEAR="2001">C-78/00, Ġabra p. I-8195</REF.DOC.ECR>, punt 28; tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Sosnowska, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-25/07" PAGE.ECR="I-5129" YEAR="2008">C-25/07, Ġabra p. I-5129</REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Mahagében u Dávid, C-80/11 u C-142/11, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ripetutament, id-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikoli 167 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tad-Direttiva 2006/112 jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u fil-prinċipju ma jistax jiġi limitat. B’mod partikolari, dan id-dritt jiġi eżerċitat immedjatament fuq it-taxxi kollha li jkunu imposta fuq it-tranżazzjonijiet tal-input effettwati (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20000321">21 ta’ Marzu 2000</DATE>, Gabalfrisa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/98+C-111/98+C-112/98+C-113/98+C-114/98+C-115/98+C-116/98+C-117/98+C-118/98+C-119/98+C-120/98+C-121/98+C-122/98+C-123/98+C-124/98+C-125/98+C-126/98+C-127/98+C-128/98+C-129/98+C-130/98+C-131/98+C-132/98+C-133/98+C-134/98+C-135/98+C-136/98+C-137/98+C-138/98+C-139/98+C-140/98+C-141/98+C-142/98+C-143/98+C-144/98+C-145/98+C-146/98+C-147/98" PAGE.ECR="I-1577" YEAR="2000">C-110/98 sa C-147/98, Ġabra p. I-1577</REF.DOC.ECR>, punt 43; Kittel u Recolta Recycling, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47, kif ukoll Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ tnaqqis hija intiża sabiex il-kummerċjant jiġi meħlus għalkollox mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kollha. Is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi, għaldaqstant, in-newtralità fir-rigward tat-tariffa fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet innifishom ikunu, bħala prinċipju, suġġetti għall-VAT (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Gabalfrisa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44; tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" PAGE.ECR="I-1609" YEAR="2006">C-255/02, Ġabra p. I-1609</REF.DOC.ECR>, punt 78, kif ukoll Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa għall-implementazzjoni tad-dritt għal tnaqqis, mill-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li l-beni jew servizzi invokati sabiex isir użu minn dan id-dritt għandhom jintużaw bħala tranżazzjoni tal-output mill-persuna taxxabbli għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tagħha u li, dawn il-beni jew servizzi għandhom jiġu pprovduti minn persuna taxxabbli oħra fi tranżazzjoni tal-input.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-servizzi inkwistjoni ntużaw fi tranżazzjoni tal-output mir-rikorrent fil-kawża prinċipali għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-karatteristika bħala persuna taxxabbli tal-persuna li toħroġ il-fattura relatata ma’ dawn is-servizzi, għandha titfakkar id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett prevista fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, hija kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun xi jkun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività. Skont it-tieni subparagrafu tal-istess dispożizzjoni, hija kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> kwalunkwe attività ta’ produttur, kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet jew ekwivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> huwa ddefinit b’mod wiesa’, billi jiġi bbażat fuq ċirkustanzi fattwali. Min-naħa l-oħra, ma jirriżultax minn dan l-Artikolu 9(1), li l-karatteristika ta’ persuna taxxabbli tiddependi minn xi awtorizzazzjoni jew liċenzja mogħtija mill-amministrazzjoni sabiex tiġi eżerċitata attività ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ċertament, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 213(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi li kull persuna taxxabbli għandha tiddikjara meta tibda, meta tbiddel jew twaqqaf l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli. Madankollu, minkejja l-importanza għall-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-VAT ta’ tali dikjarazzjoni, din ma tistax tikkostitwixxi kundizzjoni addizzjonali meħtieġa għar-rikonoxximent tal-karatteristika ta’ persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-direttiva, peress illi dan l-Artikolu 213 jidher taħt it-Titolu XI tagħha, Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Identifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li nuqqas eventwali mill-fornitur tas-servizzi għall-obbligu li jiddikjara l-bidu tal-attività taxxabbli tiegħu ma jistax ma jpoġġix fid-dubju d-dritt għal tnaqqis tad-destinatarju tas-servizzi pprovduti f’dak li jikkonċerna l-VAT imħallsa minnhom. Għalhekk, din id-destinatarja tibbenefika minn dritt għal tnaqqis anki jekk il-fornitur ta’ servizzi huwa persuna taxxabbli li ma hijiex irreġistrata għall-finijiet tal-VAT, meta l-fatturi relatati mas-servizzi pprovduti jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari dawk neċessarji għall-identifikazzjoni tal-persuna li tkun stabbilixxiet l-imsemmija fattura u n-natura ta’ dawn is-servizzi (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Dankowski, C-438/09, Ġabrap. I-14009, punti 33, 36 u 38).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-awtoritajiet fiskali ma jistgħux jirrifjutaw id-dritt għal tnaqqis għar-raġuni li min ħareġ il-fattura ma għandux iktar il-karta ta’ imprenditur individwali u li, għalhekk, ma għandux iktar id-dritt li juża n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tiegħu, meta din il-fattura tinkludi l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jippreċedu, l-ewwel domanda għandha tiġi risposta li d-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa għal servizzi li ġew ipprovduti lilha, għar-raġuni biss li l-karta ta’ imprenditur individwali ta’ min ħareġ il-fattura kienet ġiet irtirata lil dan tal-aħħar qabel ma dan kien ipprovda s-servizzi inkwistjoni jew ħareġ il-fattura korrispondenti, meta din tal-aħħar tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba mill-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari dik neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ħarġet din il-fattura u n-natura tas-servizzi pprovduti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa għal servizzi li ġew ipprovduti lilha, għar-raġuni li min ħareġ il-fattura relatata ma’ dawn is-servizzi ma ddikjarax il-ħaddiema li kien iħaddem.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Filwaqt li tirreferi għal fornitur ta’ servizzi li wettaq l-irregolarità li tikkonsisti li ma jiġux iddikjarati l-ħaddiema li kien iħaddem b’mod li dawn wettqu xogħol mhux iddikjarat waqt il-provvista tas-servizzi inkwistjoni, din id-domanda tirreferi għal sitwazzjoni analoga għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali C-142/11, li tat lok għas-sentenza Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha, minn naħa, fuq il-prinċipji li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis u, min-naħa l-oħra, fuq il-ġurisprudenza dwar ir-rifjut li jinkiseb il-benefiċċju tad-drittijiet li huma invokati bi frodi jew abbużivament (ara s-sentenza Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq, punti 37 sa 42 u 46 sa 48).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet, abbażi ta’ dan, li d-Direttiva 2006/112 tipprekludi prattika nazzjonali li skont din l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tal-VAT, għar-raġuni li min ħareġ il-fattura relatata mas-servizzi pprovduti wettaq irregolaritajiet, mingħajr ma din l-awtorità tistabbilixxi, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li l-persuna taxxabbli kkonċernata kienet taf, jew imissha kienet taf, li t-tranżazzjoni invokata sabiex titlob id-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa mill-imsemmija persuna li ħarġet il-fattura jew minn operatur ieħor li intervjena iktar kmieni fil-katina ta’ provvista (ara s-sentenza Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50),</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni domanda preliminari għandha tiġi risposta li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa għal servizzi li ġew ipprovduti lilha, għar-raġuni li min ħareġ il-fattura relatata ma’ dawn is-servizzi ma ddikjarax il-ħaddiema li kien iħaddem, mingħajr ma din l-awtorità tistabbilixxi, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew imissha kienet taf li t-tranżazzjoni invokata sabiex jiġi stabbilit id-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa minn min ħareġ il-fattura jew operatur ieħor li intervjena iktar kmieni fil-katina ta’ provvista.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2006/112 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li l-persuna taxxabbli ma vverifikatx jekk il-ħaddiema fil-post ta’ kostruzzjoni kinux jinsabu f’relazzjoni legali ma’ min ħareġ il-fattura jew jekk min ħareġ<?PAGE NO="8"?> il-fattura kienx iddikjara dawn il-ħaddiema tikkostitwixxi ċirkustanza oġġettiva ta’ natura li tippermetti li jiġi konkluż li d-destinatarju tal-fattura kien jaf jew imissu kien jaf li huwa pparteċipa fi tranżazzjoni implikata fi frodi għall-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Din id-domanda tirreferi għal sitwazzjoni analoga għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kawża C-80/11, li tat lok għas-sentenza Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-punti 53 u 54 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel nett fakkret il-ġurisprudenza li l-operaturi li jieħdu kull miżura jista’ raġonevolment jiġi mitlub minnhom li jiżguraw li t-tranżazzjonijiet tagħhom ma jkunux implikati fi frodi, kemm jekk tkun frodi għall-VAT jew frodi oħra, li jkunu jistgħu jafdaw fuq il-legalità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mingħajr ma jirriskjaw li jitilfu d-dritt tagħhom li jnaqqsu t-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa. Minbarra dan, fil-punti 55 sa 57 u 62 sa 65 tal-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni, rispettivament, tal-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112 u tal-fatt li bħala prinċipju, huma l-awtoritajiet fiskali li għandhom iwettqu l-verifiki neċessarji mal-persuni taxxabbli sabiex isibu irregolaritajiet u frodi għall-VAT kif ukoll li jimponu sanzjonijiet fuq il-persuna taxxabbli li tkun wettqet dawn l-irregolaritajiet jew dawn il-frodijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet, abbażi ta’ dan, li d-Direttiva 2006/112 tipprekludi prattika nazzjonali li, permezz tagħha, l-awtorità fiskali tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis minħabba li l-persuna taxxabbli ma żguratx ruħha li min ħareġ il-fattura relatata mal-beni li fir-rigward tagħhom huwa mitlub l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis kellu l-karatteristika ta’ persuna taxxabbli, li huwa kellu l-beni inkwistjoni u kien fil-pożizzjoni li jikkunsinnahom u li kien issodisfa l-obbligi tiegħu ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas tal-VAT, minkejja li l-kundizzjonijiet materjali u formali previsti bid-Direttiva 2006/112 għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis jeżistu kollha u li l-persuna taxxabbli ma kellha ebda indizji li jiġġustifikaw li wieħed jissuspetta fl-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi min-naħa tal-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura (ara s-sentenza Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni dwar kunsinna ta’ beni tapplika wkoll fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi f’dak li jikkonċerna l-kwistjoni jekk jistax jiġi kkunsidrat li l-persuna taxxabbli kienet taf jew imissha kienet taf li l-provvista invokata sabiex jiġi stabbilit id-dritt tagħha għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa minn min ħareġ il-fattura, għar-raġuni li ma vverifikax jekk min ħareġ il-fattura kellu l-persunal neċessarju sabiex ikun fil-pożizzjoni li jipprovdi s-servizzi inwistjoni, jekk min ħareġ il-fattura kienx issodisfa l-obbligu tiegħu ta’ dikjarazzjoni li tikkonċerna dan il-persunal u jekk il-persunal ta’ min ħareġ il-fattura kienx wettaq ix-xogħlijiet inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet domanda għandha tiġi risposta li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li l-persuna taxxabbli ma vverifikatx jekk il-ħaddiema impjegati fil-post ta’ kostruzzjoni kinux jinsabu f’relazzjoni legali ma’ min ħareġ il-fattura jew jekk min ħareġ il-fattura kienx iddikjara dawn il-ħaddiema ma jikkostitwixxix ċirkustanza oġġettiva ta’ natura li tippermetti li jiġi konkluż li d-destinatarju tal-fattura kien jaf jew imissu kien jaf li pparteċipa fi tranżazzjoni implikata fi frodi għall-VAT, meta dan id-destinatarju ma kellu ebda indizji li jiġġustifikaw li wieħed jissuspetta fl-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi min-naħa tal-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura. Għalhekk, id-dritt għal tnaqqis ma jistax jiġi rrifjutat minħabba dan il-fatt, meta l-kundizzjonijiet materjali u formali previsti minn din id-direttiva għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt huma ssodisfatti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali jipprekludux li hija tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel tliet domandi meta hija tikkonkludi, abbażi ta’ eżami globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, li, fil-fatt, it-tranżazzjoni invokata sabiex jiġi stabbilit id-dritt għal tnaqqis ma ġietx imwettqa bejn il-partijiet imsemmija fil-fattura.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinivju, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali li tixtieq teżerċita d-dritt għal tnaqqis għandha l-karatteristika ta’ persuna taxxabbli u li hija pprovdiet xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għal persuni taxxabbli oħra u, għalhekk, provvista ta’ servizzi taxxabbli. Peress illi din il-persuna taxxabbli wettqet dawn ix-xogħlijiet mhux bl-għajnuna tal-persunal tagħha, iżda għamlet sejħa għal sottokuntratturi, is-servizzi inkwistjoni ġew ipprovduti lilha minn operatur ieħor, u li hija użathom fi tranżazzjoni tal-output għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minbarra dan, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kkonkluda kuntratt ma’ L. għat-twettiq tax-xogħlijiet inkwistjoni u ppreżenta fatturi maħruġa minn dan tal-aħħar, li kienu jirrigwardaw dawn ix-xogħlijiet u jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa mid-Direttiva 2006/112. Id-deċiżjoni tar-rinviju ma fiha ebda preċiżjoni ta’ natura li tħalli x’jinftiehem li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien daħħal lilu nnifsu f’manipolazzjonijiet bħall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew l-istabbiliment ta’ fatturi irregolari.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li r-raba’ domanda tirreferi għal sitwazzjoni li fiha s-servizzi inkwistjoni twettqu mhux mill-persunal ta’ min ħareġ il-fattura, iżda minn dak ta’ operatur ieħor, li jista’ jkun il-konsegwenza kemm ta’ dissimulazzjoni frawdolenti ta’ min jipprovdi s-servizzi kif ukoll is-sempliċi użu ta’ sottokuntrattur ieħor. Issa, ma jirriżultax mid-deċiżjoni tar-rinviju li din id-domanda tikkontesta l-bażi li fuqha l-ewwel sat-tielet domandi huma fondati, jiġifieri li, fil-kawża priċipali, il-kundizzjonijiet materjali u formali previsti mid-Direttiva 2006/112 għall-bidu u l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis huma ssodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Ċertament, meta l-awtorità fiskali tipprovdi indizji konkreti dwar l-eżistenza ta’ frodi, la d-Direttiva 2006/112 u lanqas il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludu li l-qorti nazzjonali tivverifika, fil-kuntest ta’ kawża bejn il-persuna taxxabbli u l-awtorità fiskali dwar ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis, jekk min joħroġ il-fattura effettwax huwa stess it-tranżazzjoni inkwistjoni u li, għal dan il-għan, hija tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, inklużi dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li tali verifika ma tistax tikkontesta l-kunsiderazzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi tar-risposti mogħtija għall-ewwel tliet domandi, sakemm l-awtorità fiskali ma tistabbilixxix, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li l-persuna taxxabbli kkonċernata kienet taf jew imissha kienet taf li t-tranżazzjoni invokata sabiex tistabbilixxi d-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa minn min ħareġ il-fattura jew minn operatur ieħor li intervjena iktar kmieni fil-katina ta’ provvista.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mis-sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Netto Supermarkt (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-271/06" PAGE.ECR="I-771" YEAR="2008">C-271/06, Ġabra p. I-771</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 29), dwar l-eżenzjoni mill-VAT relatata ma’ kunsinna ta’ beni għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fornitur għandu jkun jista’ jafda fil-legalità tat-tranżazzjoni li jinkariga ruħu minnha mingħajr ma jirriskja li jitlef id-dritt tiegħu għal eżenzjoni mill-VAT meta, huwa ma kienx kapaċi jinduna, anki meta jkun aġixxa bid-diliġenza kummerċjali dovuta, li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ma kinux fil-verità ġew issodisfatti, minħabba l-iffalsifikar tal-prova tal-esportazzjoni li x-xerrej kien ippreżenta.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dak li ppreċeda, ir-raba’ domanda għandha tiġi risposta li, meta l-awtorità fiskali tipprovdi indizji konkreti dwar l-eżistenza ta’ frodi, id-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludux li l-qorti nazzjonali tivverifika, abbażi ta’ eżami globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, jekk min ħareġ il-fattura effettwax huwa stess it-tranżazzjoni inkwistjoni. Madankollu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt għal tnaqqis ma jistax jiġi rrifjutat ħlief meta huwa stabbilit mill-awtorità fiskali, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li d-destinatarju tal-fattura kien jaf jew imissu kien jaf li t-tranżazzjoni invokata sabiex jiġi stabbilit id-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa minn min ħareġ il-fattura jew minn operatur ieħor li intervjena iktar kmieni fil-katina ta’ provvista.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal servizzi li ġew ipprovduti lilha, għar-raġuni biss li l-karta ta’ imprenditur individwali ta’ min ħareġ il-fattura kienet ġiet irtirata lil dan tal-aħħar qabel ma dan kien ipprovda s-servizzi inkwistjoni jew ħareġ il-fattura korrispondenti, meta din tal-aħħar tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba mill-Artikolu 226 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari dik neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ħarġet din il-fattura u n-natura tas-servizzi pprovduti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-awtorità fiskali tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal servizzi li ġew ipprovduti lilha, għar-raġuni li min ħareġ il-fattura relatata ma’ dawn is-servizzi ma ddikjarax il-ħaddiema li kien iħaddem, mingħajr ma din l-awtorità tistabbilixxi, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew imissha kienet taf li t-tranżazzjoni invokata sabiex jiġi stabbilit id-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa minn min ħareġ il-fattura jew operatur ieħor li intervjena iktar kmieni fil-katina ta’ provvista.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li l-persuna taxxabbli ma vverifikatx jekk il-ħaddiema impjegati fil-post ta’ kostruzzjoni kinux jinsabu f’relazzjoni legali ma’ min ħareġ il-fattura jew jekk min ħareġ il-fattura kienx iddikjara dawn il-ħaddiema ma jikkostitwixxix ċirkustanza oġġettiva ta’ natura li tippermetti li jiġi konkluż li d-destinatarju tal-fattura kien jaf jew imissu kien jaf li pparteċipa fi tranżazzjoni implikata fi frodi għat-taxxa fuq il-valur miżjud, meta dan id-destinatarju ma kellu ebda indizji li jiġġustifikaw li wieħed jissuspetta l-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi min-naħa tal-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura. Għalhekk, id-dritt għal tnaqqis ma jistax jiġi rrifjutat minħabba dan il-fatt, meta l-kundizzjonijiet materjali u formali previsti minn din id-direttiva għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt huma ssodisfatti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Meta l-awtorità fiskali tipprovdi indizji konkreti dwar l-eżistenza ta’ frodi, id-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludux li l-qorti nazzjonali tivverifika, abbażi ta’ eżami globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, jekk min ħareġ il-fattur effettwax huwa stess it-tranżazzjoni inkwistjoni. Madankollu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt għal tnaqqis ma jistax jiġi rrifjutat ħlief meta huwa stabbilit mill-awtorità fiskali, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li d-destinatarju tal-fattura kien jaf jew imissu kien jaf li t-tranżazzjoni invokata sabiex jiġi stabbilit id-dritt għal tnaqqis kienet implikata fi frodi mwettqa minn min ħareġ il-fattura jew minn operatur ieħor li intervjena iktar kmieni fil-katina ta’ provvista.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>