<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-263/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0263</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:820">EU:T:2017:820</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20171117">17.11.2017</DATE> – Kawża T-263/15 [Estratti]</P><P>Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" - " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Infrastruttura ajruportwali</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur l-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Irtirar ta’ deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali</KEYWORD><KEYWORD>Bdil tas-sistema legali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-263/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gmina Miasto Gdynia</HT>, stabbilita f’Gdynia (il-Polonja), irrappreżentata minn T. Koncewicz, K. Gruszecka‑Spychała u M. Le Berre, avukati,</P><P><HT TYPE="BOLD">Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o</HT>., stabbilita f’Gdynia, irrappreżentata minn P. K. Rosiak, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuti minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u E. Gromnicka, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Herrmann u S. Noë, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il‑Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="250" PAGE.FIRST="165" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 250, p. 165</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn V. Tomljenović, President, E. Bieliūnas u A. Marcoulli (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>F’Lulju 2007, l-ewwel rikorrenti, il-Gmina Miasto Gdynia (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>komun ta’ Gdynia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u l-Gmina Kosakowo (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>komun ta’ Kosakowo<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) ħolqu t-tieni r-rikorrenti, Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kumpannija PLGK<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li tappartjeni 100 % lil dawn iż-żewġ komuni Pollakki, bil-għan li jikkonvertu għal finijiet ċivili l-mitjar militari ta’ Gdynia‑Oksywie. Dan l-ajruport jinsab fit-territorju tal-komun ta’ Kosakowo fir-reġjun ta’ Pomorze, fit-Tramuntana tal-Polonja. Dan l-ajruport ċivili ġdid, li l-ġestjoni tiegħu ġie fdat lill-kumpannija PLGK, kellu jsir it-tieni ajruport l-iktar importanti fir-reġjun ta’ Pomorze u kellu jservi prinċipalment għat-traffiku tal-ajru ġenerali, għal-linji tal-ajru low cost u għall-kumpanniji ta’ titjiriet charter.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżura inkwistjoni, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom [Deċiżjoni C(2013) 4045 finali, tat-<DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE>, dwar il-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N) – Il-Polonja – L-istabbiliment tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="243" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 243, p. 25</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)]. Il‑Kummissjoni ma rċeviet ebda osservazzjoni min-naħa tal-partijiet interessati.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140211">11 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/883/UE, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="357" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 357, p. 51</REF.DOC.OJ>), li fiha ġie kkonstatat li l-proġett ta’ finanzjament ippjanat kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari minħabba l-fatt li, permezz tal-finanzjament pubbliku tal-komun ta’ Gdynia u tal-komun ta’ Kosakowo, il-kumpannija PLGK kienet kisbet vantaġġ ekonomiku li minnu hija ma kinitx ibbenefikat fiċ-ċirkustanzi normali tas-suq. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ordnat lill-awtoritajiet Pollakki jirkupraw l-għajnuna mill-Istat ittrasferita lill-kumpannija PLGK.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Kummissjoni pproċediet, fl-istess att, għall-irtirar tad-Deċiżjoni 2014/883 u għas-sostituzzjoni tagħha bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1586, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il‑Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="250" PAGE.FIRST="165" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 250, p. 165</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-irtirar tad-Deċiżjoni 2014/883, il-Kummissjoni indikat li, matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, kien deher li l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern mid-Deċiżjoni 2014/883 kienet tinkludi ċerti investimenti li, skont id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkwantu kienet tirriżulta minn kompitu ta’ interess pubbliku. Dawn l-investimenti kienu jkopru l-kostruzzjoni ta’ binjiet għal taqsima ta’ pumpiera, l-uffiċjali doganali, l-aġenti tas-sigurtà tal-ajruport kif ukoll l-uffiċjali tal-pulizija u ta’ sorveljanza tal-fruntieri u t-tagħmir tagħhom (premessi 15 u 16 tad-deċiżjoni kkontestata). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li kien meħtieġ li d-Direttiva 2014/883 titħassar u tiġi ssostitwita<?PAGE NO="3"?> bid-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx neċessarju li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni ġdida inkwantu l-fajl kien jinkludi l-elementi kollha neċessarji għall-evalwazzjoni tal-miżura inkwistjoni (premessa 18 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, fl-ewwel lok, fakkret il-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-pjan ta’ investiment kien iffinanzjat permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital fil-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo, li kellhom ikopru kemm l-ispejjeż ta’ investiment (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>għajnuna għall-investiment<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) kif ukoll l-ispejjeż ta’ operat marbuta mal-funzjonament tal-ajruport fil-bidu tal-operat tiegħu (sal-2019) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>għajnuna għall-operat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Il-Kummissjoni tosserva li, qabel in-notifika tal-miżura mill-awtoritajiet Pollakki, il-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo kienu diġà ftehmu dwar injezzjoni ta’ valur totali ta’ madwar PLN <FT TYPE="NUMBER">207480000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">51870000</FT>), għat-twettiq tal-pjan ta’ investiment u sabiex isir tajjeb għat-telf tal-ajruport matul l-ewwel snin ta’ operat tiegħu. Fuq il-perijodu 2007-2019, il-belt ta’ Gdynia kellha tipprovdi kontribut finanzjarju ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">142480000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">35620000</FT>). Il-komun ta’ Kosakowo ittrasferixxa PLN <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">25000</FT>) meta ġiet ikkostitwita l-kumpannija PLGK. Il-Kummissjoni indikat ukoll li l-komun ta’ Kosakowo, fuq il-perijodu 2011-2040, kellu jikkontribwixxi permezz ta’ injezzjoni li kienet tammonta għal PLN <FT TYPE="NUMBER">64900000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">16200000</FT>), billi jikkonverti parti mill-kera annwali tal-artijiet mikrija (li l-operatur tal-ajruport kellu l-obbligu li jħallaslu) f’azzjonijiet fil-kumpannija li topera l-ajruport (premessi 31 u 32 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni qieset li l-injezzjonijiet ta’ kapital favur il-kumpannija PLGK kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Peress li l-finanzjament kien diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpannija PLGK, il-Kummissjoni qieset ukoll li l-awtoritajiet Pollakki ma kinux osservaw il-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 108(3) TFUE (premessa 191 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni analizzat jekk l-għajnuna inkwistjoni kinitx kompatibbli mas-suq intern fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni ppreċiżat li l-għajnuna inkwistjoni kellha tiġi rrimborsata lill-awtoritajiet Pollakki sa fejn hija kienet tħallset.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jiddikjara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 1 premier</HT></TI.ART><ALINEA>Id-Deċiżjoni 2014/883/UE hija rtirata.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-injezzjonijiet ta’ kapital favur [il-kumpannija PLGK] bejn it-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> u s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE> jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ddaħħlet fis-seħħ b’mod illeċitu [mir-Repubblika tal-]Polonja fi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-[TFUE] u li hija inkompatibbli mas-suq<?PAGE NO="4"?> intern, għajr sa fejn dawn l-injezzjonijiet ta’ kapital ma ntefqux fuq investimenti neċessarji sabiex jitwettqu l-attivitajiet li abbażi tad-Deċiżjoni [ta’ ftuħ] iridu jiġi kkunsidrati li jaqgħu fl-ambitu ta’ ordni pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-injezzjonijiet ta’ kapital li [r-Repubblika tal-]Polonja qiegħda tippjana li timplimenta favur [il-kumpannija PLGK] wara s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE> għall-konverżjoni tal-mitjar militari ta’ Gdynia-Kosakowo f’ajruport tal-avjazzjoni ċivili jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. Skont dan, l-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi implimentata.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal-]Polonja tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) mingħand il-benefiċjarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-somom li għandhom jiġu rkuprati jiżdiedu bl-imgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom. L-imgħax jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 [tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal-]Polonja tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(2) b’effett mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u tal-imgħax imsemmi fl-Artikolu 3(2) ikun immedjat u effettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal-]Polonja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, [ir-Repubblika tal-]Polonja tippreżenta l-informazzjoni sussegwenti lill-Kummissjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ammont totali (il-prinċipali u l-imgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjaru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat iħallas lura l-għajnuna.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Repubblika tal-]Polonja żżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u tal-imgħax imsemmi fl-Artikolu 3(2). Din tippreżenta minnufih, fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Din tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata li tikkonċerna l-ammonti ta’ għajnuna u imgħax li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 6</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20150515">15 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-komun ta’ Gdynia u l-kumpannija PLGK ippreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-President tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali aċċetta li r-Repubblika tal-Polonja tintervjeni insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160415">15 ta’ April 2016</DATE>, il-kawża ġiet assenjata lil Imħallef Relatur ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lis-Seba’ Awla, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għamlet numru ta’ mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Il-partijiet ikkonformaw ruħhom ma’ din it-talba fit-termini stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tas-<DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet magħmula fir-replika tal-kumpannija PLGK u fit-tweġiba għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-komun ta’ Gdynia, jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni t-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Id-dritt</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikors jistrieħ, essenzjalment, fuq sitt motivi.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Is-sitt motiv huwa bbażat, essenzjalment, fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, il-ksur tar-regoli tal-proċedura kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis xieraq li fl-ewwel lok teżamina s-sitt motiv. l-ewwel tibda bit-tieni motiv.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Is-sitt motiv jistrieħ, essenzjalment, fuq tliet ilmenti. L-ewwel nett, ir-rikorrenti jikkontestaw l-assenza ta’ pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors. It-tieni nett, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma setgħetx tipproċedi bl-irtirar tad-Deċiżjoni 2014/883 fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 659/1999. It-tielet nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni jmissha fetħet mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata u żgurat ir-rispett tad-drittijiet proċedurali tagħhom jew ta’ dawk tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet ilment, ibbażat fuq l-assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni jmissha fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata u żgurat ir-rispett tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati, hemm lok li jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, il-proċedura intiża li tissostitwixxi att illegali tista’ titkompla mill-punt preċiż fejn seħħet l-illegalità, mingħajr ma l-Kummissjoni jkollha tibda mill-ġdid il-proċedura billi tmur lura lil hinn minn dan il-punt preċiż (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981112">12 ta’ Novembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:533">EU:C:1998:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Industrie des poudres sphériques vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑458/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:531">EU:C:2000:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080709">9 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Alitalia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑301/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:262">EU:T:2008:262</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din il-ġurisprudenza dwar is-sostituzzjoni ta’ att annullat mill-qorti tal-Unjoni tapplika wkoll, fl-assenza ta’ kull annullament tal-att inkwistjoni mill-qorti, fil-mument tal-irtirar u tas-sostituzzjoni ta’ att illegali mill-awtur tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑103/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:152">EU:T:2016:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑267/08 u T‑279/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:209">EU:T:2011:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex obbligu terġa’ tibda l-proċedura billi tmur lura lil hinn mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità ma jfissirx li hija ma għandhiex, bħala prinċipju, tintima lill-partijiet interessati jressqu osservazzjonijiet qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ċertament, huwa minnu li ebda dispożizzjoni tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat ma tirriżerva, fost il-partijiet interessati, rwol partikolari għall-benefiċjarju tal-għajnuna (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/00 P u C‑75/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew għall-entità infrastatali li tkun tat l-għajnuna (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Bizkaia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑426/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:757">EU:C:2016:757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑267/08 u T‑279/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:209">EU:T:2011:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li jkun ifisser li dawn ikunu jistgħu jinvokaw drittijiet wesgħin daqs id-drittijiet tad-difiża f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, mill-Artikolu 108(2) TFUE, kif ukoll mill-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 659/1999, jirriżulta li, matul il-fażi ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha d-dmir li tintima lill-partijiet interessati, fosthom l-impriża jew l-impriżi kkonċernati u l-entità infrastatali li tkun tat l-għajnuna, sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/05 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:259">EU:C:2008:259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din ir-regola għandha n-natura ta’ formalità sostanzjali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑68/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:253">EU:T:2007:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hija għandha tippermetti lill-partijiet interessati jkunu assoċjati mal-proċedura b’mod adegwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>British Airways <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>,<?PAGE NO="7"?> <NO.CASE>T‑371/94 u T‑394/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:140">EU:T:1998:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-kuntest, b’mod partikolari diġà tqies li l-Kummissjoni kellha, jekk ikun il-każ, titlob l-osservazzjonijiet tagħhom lill-partijiet interessati meta s-sistema legali kienet tinbidel qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tar-regoli l-ġodda, b’eċċezzjoni fil-każ li s-sistema legali l-ġdida ma kinitx tinbidel b’mod sostanzjali meta mqabbla ma’ dik preċedentement fis-seħħ (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura tista’ tillimita lilha nnifisha ssemmi mill-ġdid l-elementi rilevanti ta’ fatt u ta’ dritt, tinkludi evalwazzjoni provviżorja tal-miżura inkwistjoni tal-Istat intiża li tiddetermina jekk hija għandhiex natura ta’ għajnuna u tesponi r-raġunijiet li jindikaw dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, hija għandha tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jipparteċipaw b’mod effikaċi fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali li matulha huma jkollhom il-possibbiltà li jsostnu l-argumenti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑267/08 u T‑279/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:209">EU:T:2011:209</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’mod partikolari, huwa neċessarju li l-Kummissjoni tiddefinixxi b’mod suffiċjenti l-kuntest tal-investigazzjoni tagħha sabiex ma tirrendix mingħajr skop id-dritt tal-partijiet interessati li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Operator ARP vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑291/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:235">EU:T:2009:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi osservat li, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni evalwat, b’mod provviżorju, il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali, fid-dawl tar-riferiment magħmul f’dan ir-rigward mill-paragrafi 27 u 63 tal-Linji Gwida tal-2005. B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo kien jinsab f’reġjun b’sitwazzjoni ekonomika diffiċli, kopert mid-deroga msemmija fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE, u li kien xieraq li jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 76 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali kinux issodisfatti (premessi 64 u 65 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-Deċiżjoni 2014/883, il-Kummissjoni indikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-ajruport ta’ Gdynia jinsab f’reġjun żvantaġġjat li huwa kopert mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>jfisser li l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-għajnuna operattiva inkwistjoni tistax titqies bħala kompatibbli skont [il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (premessa 221 tad-Deċiżjoni 2014/883). Billi applikat il-paragrafu 76 tal-imsemmija linji gwida għall-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna għall-operat ma kinitx tosserva l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kriterji stabbiliti fil-[Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (premessa 228 tad-Deċiżjoni 2014/883).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, kif tosserva ġustament il-kumpannija PLGK, li magħha jingħaqdu f’dan ir-rigward ir-Repubblika tal-Polonja u l-komun ta’ Gdynia fit-tweġibiet tagħhom għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni wettqet, fid-deċiżjoni kkontestata, bidla fis-sistema legali fir-rigward tal-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li l-bidla fil-bażi legali użata fid-deċiżjoni kkontestata tkun tikkostitwixxi motiv ġdid imressaq għall-ewwel darba mill-kumpannija PLGK fl-istadju tar-replika. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza jirriżulta li motiv li jikkostitwixxi amplifikazzjoni ta’ motiv iddikjarat preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur għandu jitqies li huwa ammissibbli (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830519">19 ta’ Mejju 1983</DATE>, <NAME.CASE>Verros vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>306/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:143">EU:C:1983:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Alcon vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:252">EU:C:2007:252</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Campoli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:424">EU:C:2008:424</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti indikaw fir-rikors tagħhom li huma misshom kellhom il-possibbiltà li jesprimu ruħhom dwar l-argumenti l-ġodda u l-analiżi l-ġdida tal-Kummissjoni u li n-nuqqas invokat fuq dan il-punt jikkostitwixxi, fih innifsu, ksur tal-forom proċedurali sostanzjali. B’mod iktar preċiż, il-punt II.14 tar-rikors, li jsemmi fil-qosor il-motivi mressqa insostenn tar-rikors, huwa intitolat b’mod speċifiku: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ksur tal-forom proċedurali<?PAGE NO="8"?> sostanzjali taħt il-forma tad-dritt tar-rikorrenti li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom u jieħdu pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. L-argument imqajjem fir-replika tal-kumpannija PLGK, li jirrigwarda preċiżament l-analiżi l-ġdida tal-Kummissjoni mmexxija fid-deċiżjoni kkontestata, għaldaqstant jikkostitwixxi t-twessigħ tal-motiv imqajjem fir-rikors ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali relatati mad-dritt tar-rikorrenti li jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li r-regola li l-Kummissjoni għandha tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom għandha n-natura ta’ forma proċedurali sostanzjali. Għalhekk, il-ksur ta’ din il-forma proċedurali sostanzjali, li jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku, jista’ jitqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex ufficio</HT> mill-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910507">7 ta’ Mejju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Interhotel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑291/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:189">EU:C:1991:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170404">4 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>L-Ombudsman vs Staelen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:256">EU:C:2017:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Frucona Košice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑103/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:152">EU:T:2016:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li hija kienet ser tapplika l-prinċipji ddikjarati fil-Linji Gwida tal-2005 għall-għajnuna għall-investiment illegali mogħtija lil ajruporti qabel l-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE> – jiġifieri d-data ta’ applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 – u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida […] tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja […] lill-ajruporti, anke jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (premessa 196 tad-deċiżjoni kkontestata), li kien il-każ hawnhekk (premessa 197 u l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata). Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma bbażatx lilha nnifisha iżjed, kif kienet għamlet fil-kuntest tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u tad-Deċiżjoni 2014/883, fuq il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali sabiex tanalizza jekk l-għajnuna għall-operat kinitx kompatibbli mas-suq intern, iżda fuq il-prinċipji ddikjarati fil-Linji Gwida tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, hekk kif jirriżulta mil-Linji Gwida tal-2014, il-Kummissjoni indikat espliċitament li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>mhijiex se tapplika l-prinċipji stipulati fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 [jew il-linji gwida futuri eventwali f’dan il-qasam ma għandhomx japplikaw] għall-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-infrastruttura tal-ajruporti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (paragrafu 23 ta-Linji Gwida tal-2014).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, minbarra l-bidla magħmula bejn il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u l-Linji Gwida tal-2014, il-Kummissjoni wkoll wettqet bidla fid-deroga analizzata fir-rigward tal-Artikolu 107(3) TFUE. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u mid-Deċiżjoni 2014/883, il-Kummissjoni qiegħdet lilha nnifisha fil-kuntest tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>deroga stabbilita fl-Artikolu 107(3)(a) tat‑TFUE<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Il-paragrafu 76 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali jippreċiża barra minn hekk li l-għajnuna għall-operat jistgħu jingħataw b’mod eċċezzjonali fir-reġjunijiet li jibbenefikaw mid-deroga prevista l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Issa, kif jirriżulta mill-paragrafu 112 tal-Linji Gwida tal-2014, li l-prinċipji tagħhom ġew applikati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, il-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat hija analizzata, f’dan il-kuntest, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>skont l-Artikolu 107(3)(c) [TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, il-Linji Gwida tal-2014 jintroduċu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>approċċ ġdid għall-valutazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lill-ajruporti fir-rigward, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>għajnuna għal ġestjoni [operat] għal ajruporti reġjonali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [paragrafu 17(d) tal-Linji Gwida tal-2014]. Dawn il-modalitajiet ta’ evalwazzjoni ġodda jinsabu fil-punt 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-2014. Huma jipprevedu sitt kriterji kumulattivi, fosthom l-ewwel kriterju analizzat mill-Kummissjoni fil-premessa 246 tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri l-fatt li jiġi ddeterminat jekk l-għajnuna għall-operat jikkontribwixxix għall-kisba ta’ għan komuni ddefinit speċifikament. Dan l-ewwel kriterju nnifsu jistrieħ fuq tliet kundizzjonijiet alternattivi, jiġifieri l-fatt li l-għajnuna għall-operat ittejjeb il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni permezz tal-ħolqien ta’ punti ta’ aċċess għat-titjiriet intra‑Unjoni, jew il-fatt li din l-għajnuna tiġġieled il-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru fuq il-pjattaformi ajruportwarji prinċipali tal-Unjoni, jew il-fatt li hija tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali. Tnejn minn dawn it-tliet kundizzjonijiet alternattivi ssemmew mill-Kummissjoni fil-premessa 246 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali jipprevedu, min-naħa tagħhom, li l-għajnuna għall-operat tista’ tingħata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[jekk] tkun ġustifikata f’termini tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tagħha u [jekk] il-livell tagħha jkun proporzjonali għan-nuqqasijiet li tfittex li ttaffi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, skont kif ikkonstatat il-Kummissjoni fil-premessa 222 tad-Deċiżjoni 2014/883.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Filwaqt li ċerti kriterji previsti mil-Linji Gwida tal-2014 u mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali jistgħu jikkonverġu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribut tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali, madankollu dawn il-kriterji huma, minn naħa, iktar żviluppati fil-Linji Gwida tal-2014 u, min-naħa l-oħra, huma min-natura tagħhom differenti peress li l-Linji Gwida tal-2014 jirrigwardaw speċifikament l-għajnuna mogħtija lill-ajruporti u lill-kumpanniji tal-ajru. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, għalkemm il-kontribut għall-iżvilupp reġjonali huwa kundizzjoni essenzjali fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali, dan huwa biss kundizzjoni alternattiva fil-Linji Gwida tal-2014, hekk kif juri l-użu tal-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fil-paragrafu 113 ta’ dawn l-aħħar linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-modalitajiet ġodda ta’ evalwazzjoni tal-għajnuna għall-operat previsti mil-Linji Gwida tal-2014 huma intiżi b’mod partikolari li jagħtu perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin li matulu l-ajruporti, b’mod partikolari dawk reġjonali, jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna, suġġett għall-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija linji gwida (ara, b’mod partikolari, il-paragrafi 13, 14 u 112 tal-Linji Gwida tal-2014).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-qafas ġuridiku ġdid applikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata kien jinkludi tibdiliet sostanzjali meta mqabbel ma’ dak preċedentement fis-seħħ fid-deċiżjoni ta’ ftuħ u fid-Deċiżjoni 2014/883.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li kieku kellu jitqies li l-irtirar tad-Deċiżjoni kellu bħala effett, kif issostni l-Kummissjoni, li jħalli miftuħa l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-partijiet interessati ma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom ġaladarba l-imsemmija proċedura ġiet mill-ġdid magħluqa, b’mod simultanju, permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Hemm ukoll lok li jiġi osservat li l-Linji Gwida tal-2014 ġew ippubblikati fl-<DATE ISO="20140404">4 ta’ April 2014</DATE>, jiġifieri wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/883 u, għaldaqstant, wara l-għeluq inizjali tal-proċedura ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, bejn il-mument tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-partijiet interessati ma tqegħdux f’pożizzjoni li jagħmlu utilment l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikabbiltà u l-effett eventwali tal-imsemmija linji gwida, filwaqt li dawn il-linji gwida kienu jikkostitwixxu bidla fil-qafas ġuridiku li l-Kummissjoni ddeċidiet tapplika għall-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra tal-Kummissjoni ma jistgħux iqiegħdu inkwistjoni dawn il-konstatazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li l-kumpannija PLGK ma werietx b’liema mod il-fatt li ma ġietx mistiedna tesprimi ruħha dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 seta’ kellu effett fuq is-sitwazzjoni ġuridika tagħha, u lanqas b’liema mod il-possibbiltà li tesprimi ruħha f’dan ir-rigward setgħet wasslet għal kontenut differenti tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, id-dritt tal-partijiet interessati li jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom huwa ta’ natura ta’ forma proċedurali sostanzjali, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, li l-ksur tagħha, ikkonstatat f’dan il-każ, jagħti lok għall-annullament tal-att ivvizzjat, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ effett fuq il-parti li tinvoka tali ksur, jew li l-proċedura amministrattiva setgħet wasslet għal riżultat differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs ICI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:188">EU:C:2000:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Goldfish <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑54/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:455">EU:T:2016:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bensada Benallal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:3">EU:C:2016:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-bidliet magħmula fir-rigward tal-bażi legali tat-Trattat FUE [Artikolu 107(3)(a) TFUE, u sussegwentement Artikolu 107(3)(c) TFUE] u fir-rigward tal-linji gwida applikabbli, li jbiddlu sostanzjalment il-qafas ġuridiku tal-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat, dan ma jistax jiġi dedott mill-portata<?PAGE NO="10"?> tal-osservazzjonijiet li l-partijiet interessati kienu f’pożizzjoni li jagħmlu, anki jekk il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, waslet għal konklużjoni identika għal dik tad-deċiżjoni fis-seħħ preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li r-rikorrenti ma kinux għamlu osservazzjonijiet wara d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, dan huwa ineffettiv għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk huma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu tali osservazzjonijiet wara l-irtirar tad-Deċiżjoni 2014/883 u qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tal-Kummissjoni żviluppati fil-kuntest tat-tweġiba tagħha għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li skonthom hija ma applikatx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>prinċipji ġodda<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li rriżultaw mil-Linji Gwida tal-2014 fir-rigward tal-għajnuna għall-operat, dawn jistrieħu essenzjalment fuq il-fatt li, kemm fid-Deċiżjoni 2014/883 kif ukoll fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna għall-operat kienet inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq. Dawn l-argumenti madankollu huma intiżi, essenzjalment, li jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut identiku li kieku l-persuni interessati kienu ġew intimati jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant dawn għandhom jiġu miċħuda għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-punt 81 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 196 u 197 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ppreċiżat li kieku kellu jkun għaliha f’dan il-każ hija tapplika l-prinċipji ddikjarati fil-Linji Gwida tal-2014 fir-rigward tal-għajnuna għall-operat. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni semmiet espressament il-Linji Gwida tal-2014 fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata, billi indikat li l-fatt li l-għajnuna għall-operat kienet inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq kien ugwalment rilevanti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>skont il-Linji Gwida […] tal-2014<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Barra minn hekk, hija applikat l-ewwel kriterju tal-Linji Gwida tal-2014 fil-premessa 246 tad-deċiżjoni kkontestata, fejn l-imsemmi kriterju kien sostanzjalment differenti mill-kundizzjonijiet iddikjarati fil-paragrafu 76 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali (ara l-punt 76 iktar ’il fuq). Jeħtieġ ukoll li jiġi enfasizzat li, hekk kif jirriżulta mill-premessi 198 sa 202 tad-deċiżjoni kkontestata, il-prinċipji li jirriżultaw mil-Linji Gwida tal-2014 ġew applikati għall-finijiet ta’ distinzjoni bejn il-finanzjamenti li jirriżultaw mill-għajnuna għall-investiment u dawk li jirriżultaw mill-għajnuna għall-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi mill-inqas impreċiżjoni, ripetuta wkoll mill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, dwar il-kuntest ġuridiku li fih din tal-aħħar ikkunsidrat li l-għajnuna għall-operat kienet inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq. Fil-fatt, il-Kummissjoni indikat fil-premessa 245 tad-deċiżjoni kkontestata li din il-kunsiderazzjoni (li tinsab ukoll fil-premessa 227 tad-Deċiżjoni 2014/883), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, kienet ukoll rilevanti fil-kuntest tal-Linji Gwida tal-2014. Issa, kif jirriżulta mill-premessi 227 u 228 tad-Deċiżjoni 2014/883, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni saret fil-kuntest tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE. B’mod iktar preċiż, il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni, li barra minn hekk kienet qed tintervjeni b’mod ulterjuri kif juri l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[f]i kwalunkwe każ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, tqiegħdet qabel il-konklużjoni msemmija fil-premessa 228 tad-Deċiżjoni 2014/883 li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[g]ħalhekk il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operattiva […] mhijiex konformi mal-kriterji stabbiliti [fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunsiderazzjoni li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq ma tirriżultax minn kundizzjoni espressament prevista mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali jew mil-Linji Gwida tal-2014. Għaldaqstant ma jistax jinsilet minn dawn il-linji gwida li l-partijiet interessati kienu f’pożizzjoni li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward, kif madankollu ssostni l-Kummissjoni, essenzjalment, fit-tweġiba tagħha għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. Għandu jingħad ukoll li d-Deċiżjoni 2014/883 ġiet irtirata u li l-kwistjoni ma hijiex tant dwar jekk<?PAGE NO="11"?> il-partijiet interessati kinux f’pożizzjoni jagħmlu osservazzjonijiet fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni, iżda jekk huma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu dan fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Issa, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kienet sempliċement indikat li, bħala prinċipju, għajnuna għall-operat hija kompatibbli mas-suq intern biss meta tosserva l-kriterji ddikjarati fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali, liema fatt ma deherx li kien il-każ, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, fid-dawl tal-fatt li r-reġjun ta’ Pomorze kien diġà jingħata servizz mill-ajruport ta’ Gdańsk (parti introduttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Deskrizzjoni tal-miżuri<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u l-premessi 63 sa 67 tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument, imressaq għall-ewwel darba mill-Kummissjoni waqt is-seduta, ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni li l-għajnuna għall-operat hija inkompatibbli mas-suq intern sa fejn l-għajnuna għall-investiment innifisha kienet inkompatibbli mal-imsemmi suq tirriżulta minn bażi legali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>awtonoma<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li tirriżulta mit-Trattat, dan ma huwiex issostanzjat mill-kliem tad-Deċiżjoni 2014/883 jew tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, minbarra l-assenza ta’ motivazzjoni f’dan is-sens u ta’ preċiżazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata, il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni saret, kif ġie indikat preċedentement, fil-kuntest tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE u tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali, fir-rigward tad-Deċiżjoni 2014/883, u fil-kuntest tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u tal-Linji Gwida tal-2014, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-riferiment magħmul mill-Kummissjoni għall-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041118">18 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑176/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:336">EU:T:2004:336</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hemm lok li jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali qalet, f’din il-kawża, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[f]ir-rigward [tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża] il-prinċipji stabbiliti miż-żewġ Linji gwida [kkonċernati] [kienu] essenzjalment identiċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. B’mod partikolari, iż-żewġ linji gwida inkwistjoni f’din il-kawża kienu jipprevedu l-eliġibbiltà tal-investimenti li l-għan tagħhom kienet il-protezzjoni tal-ambjent u li kellhom l-istess metodu ta’ kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli għal miżura ta’ għajnuna (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041118">18 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑176/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:336">EU:T:2004:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-motivi kkunsidrati fid-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża kienu jirrigwardaw il-kundizzjonijiet sostanzjalment identiċi li kienu jirriżultaw miż-żewġ linji gwida. F’dan il-każ, kif ġie indikat preċedentement, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u l-Linji Gwida tal-2014 huma sostanzjalment differenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni ddefinita mil-Linji Gwida tal-2014 analizzata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, u li timplementa, barra minn hekk, dispożizzjoni differenti tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-dawn l-elementi kollha, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi ddeterminat jekk dan in-nuqqas jikkostitwixxix ukoll ksur tar-regoli proċedurali, tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet tad-difiża, invokati mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali. B’mod partikolari, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-possibbiltà għar-rikorrenti li jinvokaw, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika tal-Polonja, liema argument tressaq, preliminarjament, fin-nota ta’ intervent ta’ dan l-Istat Membru. Bl-istess mod, f’dan il-kuntest, ma huwiex neċessarju li jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni naqsitx ukoll mill-obbligu tagħha billi ma intimatx lill-partijiet interessati sabiex jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-bidliet fattwali mwettqa fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata tal-illegalità hekk ikkonstatata, għandu jiġi osservat li, anki jekk l-għajnuna inkwistjoni hija kkostitwita, fattwalment, minn żewġ tipi ta’ finanzjament, jiġifieri għajnuna għall-investiment u għajnuna għall-operat, dawn il-finanzjamenti differenti ġew analizzati globalment mill-Kummissjoni biex b’mod partikolari tikkonstata l-kwalifika bħala għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 191 tad-deċiżjoni kkontestata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>l-injezzjonijiet ta’ kapital mogħtija lil [PLGK] jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni applikat b’mod partikolari l-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, mingħajr ma għamlet distinzjoni bejn il-metodi differenti ta’ finanzjament. Din l-analiżi globali tirrifletti ruħha barra minn hekk fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata peress li l-Kummissjoni ssostni, l-Artikolu 2(1) ta’ din id-deċiżjoni, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[l]-injezzjonijiet ta’ kapital favur [il-kumpannija PLGK] bejn it-<?PAGE NO="12"?><DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> u s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE> jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ddaħħlet fis-seħħ b’mod illeċitu [mir-Repubblika tal-]Polonja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Dawn l-injezzjonijiet ta’ kapital, imwettqa bejn it-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> u s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE>, huma ppreżentati fit-tabella fil-premessa 57 tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma l-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-ammonti allokati bħala għajnuna għall-operat jew bħala għajnuna għall-investiment. Barra minn hekk, fl-Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni kkontestata huwa previst li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[r-Repubblika tal-]Polonja tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) mingħand il-benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, mingħajr ma ssir distinzjoni, hawn ukoll, bejn il-finanzjament marbut mal-investiment u dak marbut mal-operat. Fl-aħħar nett, l-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment u dik tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-operat kienu marbuta mill-qrib, liema fatt ġie kkonfermat mill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex possibbli li d-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda, b’mod dissoċjabbli, l-għajnuna għall-investiment u l-għajnuna għall-operat. Fir-rigward tal-argument, imressaq mill-Kummissjoni waqt is-seduta, li annullament sħiħ tal-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata jmur lil hinn mill-portata tal-motiv imqajjem miż-żewġ rikorrenti, li jqiegħdu inkwistjoni l-għajnuna għall-operat biss, jeħtieġ sempliċement li jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li r-rikorrenti jitolbu l-annullament tal-imsemmija artikoli, fit-tieni lok, li l-motiv ikkonċernat huwa ta’ ordni pubbliku u, fit-tielet lok, li l-argument tal-Kummissjoni ma huwiex tali li jqiegħed inkwistjoni l-fatt li l-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata jirrigwardaw, b’mod indissoċjabbli, l-għajnuna għall-investiment u l-għajnuna għall-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, jeħtieġ li s-sitt motiv jintlaqa’ u, konsegwentement, li jiġu annullati l-Artikoli 2 sa 5 tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma jkun hemm lok li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra invokati insostenn tar-rikors.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586, tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il‑Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia‑Kosakowo, huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Gmina Miasto Gdynia u minn Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Bieliūnas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Marcoulli</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>