|
14.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1712
tat-13 ta' Novembru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1013 li jimponi miżuri proviżorji ta' salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 7 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tiegħu,
Billi:
I. SFOND
|
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2018, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1013 (3) il-Kummissjoni imponiet miżuri ta' salvagwardja proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar. L-Afrika t'Isfel kienet koperta mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-miżuri. |
|
(2) |
Madankollu, skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (Economic Partnership Agreement - “EPA”) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (Southern African Development Community - SADC) min-naħa l-oħra (4), l-Istati tal-EPA fl-SADC jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja meħuda mill-UE skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. |
|
(3) |
Bħalissa, minn fost l-Istati tal-EPA fl-SADC, l-Afrika t'Isfel biss hija soġġetta għal miżuri proviżorji ta' salvagwardja għall-azzar, fuq żewġ kategoriji ta' prodotti, jiġifieri folji u strixxi rrumblati bis-sħana (kategorija tal-prodott 8) u strixxi u folji tal-azzar inossidabbli rrumblati bil-kesħa (kategorija tal-prodott 9). |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2018/1013 jiġi emendat sabiex l-Afrika t'Isfel titneħħha mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri proviżorji fuq dawn iż-żewġ kategoriji ta' prodotti. |
II. ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET
|
(5) |
Kif jidher fit-tabelli hawn taħt, l-esklużjoni tal-Afrika t'Isfel mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri proviżorji ma tbiddilx ix-xejriet dinjija tal-importazzjonijiet għaż-żewġ kategoriji ta' prodotti kkonċernati, li għadhom juru żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet.
|
|
(6) |
Mil-lat ġenerali, l-esklużjoni tal-Afrika t'Isfel ma tbiddilx ukoll l-iżvilupp tal-importazzjonijiet globali minħabba s-sehem żgħir tagħha ta' inqas minn 0,5 % tal-importazzjonijiet globali matul il-perjodu 2013-2017. Għall-istess raġuni, l-importazzjonijiet mill-Afrika t'Isfel ma jbiddlux il-konklużjonijiet tal-Premessa (81) tar-Regolament (UE) 2018/1013 dwar l-impatt ta' fatturi oħra fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
III. LIVELL TA' MIŻURI PROVIŻORJI
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Afrika t'Isfel tiġi eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għall-prodotti fil-kategoriji 8 u 9, u l-livell tal-kwota jenħtieġ li jiġi aġġustat għal kategoriji ta' prodotti 8 u 9 kif xieraq. L-importazzjonijiet mill-Afrika t'Isfel li seħħew kemm ilhom li daħlu fis-seħħ il-miżura ta' salvagwardja proviżorji jenħtieġ li jiġu esklużi retroattivament għall-kalkolu tal-kwota bla dazju għall-bqija tal-perjodu ta' validità tal-miżuri proviżorji. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbiliti skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-importazzjonijiet tal-kategoriji ta' prodotti 8 u 9 mniżżla fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1013 u li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel ma għandhomx ikunu soġġetti għal miżuri ta' salvagwardja proviżorji imposti mir-Regolament (UE) 2018/1013. L-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1013 fir-rigward tal-kategoriji ta' prodotti 8 u 9 għandu jiġi sostitwit kif ġej:
“ANNESS V
Kwoti tariffarji
|
Numru tal-Prodott |
Numru tal-Ordni |
Kategorija tal-prodott |
Kodiċi NM |
Volum ta' kwoti tariffarji (tunnellati netti) |
Rata tad-dazju addizzjonali |
|
8 |
09.8508 |
Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Rrumblati bis-Sħana |
7219 11 00 , 7219 12 10 , 7219 12 90 , 7219 13 10 , 7219 13 90 , 7219 14 10 , 7219 14 90 , 7219 22 10 , 7219 22 90 , 7219 23 00 , 7219 24 00 , 7220 11 00 , 7220 12 00 |
178 865 |
25 % |
|
9 |
09.8509 |
Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Rrumblati bil-Kesħa |
7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7219 90 20 , 7219 90 80 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 , 7220 20 89 , 7220 90 20 , 7220 90 80 |
423 442 |
25 % |
Artikolu 2
1. L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1013, jenħtieġ li jiġi emendat sa fejn huma kkonċernati l-gruppi ta' prodotti 8 u 9 li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel, sabiex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1. L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/1013 fir-rigward tal-Afrika t'Isfel għandu jiġi sostitwit kif ġej:
“ANNESS IV
Lista ta' prodotti li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw membri tad-WTO li għalihom japplikaw il-miżuri proviżorji (immarkati bl-ittra “x”)
|
Pajjiż/Grupp ta' prodotti |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
12 |
13 |
14 |
15 |
16 |
17 |
18 |
20 |
21 |
22 |
23 |
25 |
26 |
28 |
|
L-Afrika t'Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Il-prodotti li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel li jaqgħu fil-kategoriji ta' prodotti 8 u 9 li kienu importati lejn l-UE wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1013 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kalkolu tal-kwota ta' bla dazju.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.
(2) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1013 tas-17 ta' Lulju 2018 li jimponi miżuri proviżorji ta' salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 181, 18.7.2018, p. 39).