Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – New Look vs UASI (NEW LOOK)
(Kawża T-435/07)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEW LOOK – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 18, 23-26)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 670/2007-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEW LOOK bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat‑trade mark Komunitarja: |
New Look Ltd |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali NEW LOOK għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25, 26 u 35 – Applikazzjoni Nru 2932606 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
New Look Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |