4.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2246

tat-3 ta' Diċembru 2015

dwar dispożizzjonijiet dettaljati għas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni applikabbli għar-reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għall-informazzjoni provduta permezz ta' estratti standard mir-reġistru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati d-dettalji tas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

(2)

Ħuwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut u l-format tal-estratt standard mir-reġistru biex isir disponibbli fuq talba lil partijiet terzi. Dak l-estratt standard għandu jkun fih l-informazzjoni ewlenija relatata mal-partit politiku Ewropew jew mal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi s-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni li għandha tiġi applikata għar-Reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ir-“Reġistru”) u l-kontenut u l-format ta' estratti standard li jsiru disponibbli għal partijiet terzi fuq talba minn dak ir-Reġistru.

Artikolu 2

Is-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni

1.   Kull partit politiku Ewropew u kull fondazzjoni politika Ewropea għandhom jingħataw numru ta' reġistrazzjoni speċifiku skont l-ordni kronoloġiku tal-wasla tal-applikazzjonijiet.

2.   In-numru ta' reġistrazzjoni jikkonsisti f'żewġ komponenti:

(a)

Identifikatur Ewropew;

(b)

identifikatur nazzjonali, wara li l-identifikatur Ewropew, jekk l-Istat Membru tas-sede tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea japplika s-sistema ta' numerazzjoni tar-reġistrazzjoni parallela tiegħu stess.

3.   Il-format tan-numru jinsab fl-Anness I.

Artikolu 3

Estratti standard

1.   L-estratti standard mir-Reġistru għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja rigward il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea:

(a)

it-tip ta' entità: Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea;

(b)

in-numru tar-reġistrazzjoni allokat mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 2;

(c)

l-isem sħiħ, l-akronimu u l-logo;

(d)

l-Istat Membru fejn il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea jkollhom is-sede tagħhom;

(e)

f'każijiet li fihom l-Istat Membru tas-sede jipprevedi reġistrazzjoni parallela, l-isem, l-indirizz u s-sit web, jekk ikun hemm, tal-awtorità ta' reġistrazzjoni rilevanti;

(f)

l-indirizz tas-sede, l-indirizz ta' korrispondenza tagħha jekk ikun differenti, l-indirizz tal-posta elettronika u s-sit web, jekk ikun hemm;

(g)

id-data ta' reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea u, jekk tkun applikabbli, id-data tat-tneħħija mir-Reġistru;

(h)

meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jinħolqu bħala riżultat ta' konverżjoni minn entità rreġistrata fi Stat Membru, l-isem sħiħ u l-istatus ġuridiku ta' din l-entità, inkluż kull numru nazzjonali ta' reġistrazzjoni;

(i)

id-data tal-adozzjoni tal-istatuti u ta' kull emenda għall-istatuti;

(j)

għall-partiti politiċi Ewropej biss:

—

il-lista tal-partiti membri,

—

in-numru ta' membri tal-partit politiku Ewropew jew tal-partiti membri tiegħu, fejn ikun rilevanti, li huma Membri tal-Parlament Ewropew,

—

l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-fondazzjoni politika Ewropea affiljata, jekk rilevanti;

(k)

għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biss:

—

il-lista tal-organizzazzjonijiet membri,

—

l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-partit politiku Ewropew affiljat;

(l)

l-isem tal-President u ta' dawk il-persuni li jingħatawlhom setgħat ta' rappreżentanza amministrattiva, finanzjarja u ġuridika, b'indikazzjoni ċara tas-setgħat u tal-kapaċità tagħhom, individwalment jew kollettivament, li jikkommettu l-entità vis-à-vis partijiet terzi u li jirrappreżentaw l-entità fi proċedimenti ġuridiċi.

2.   Il-format tal-estratt standard huwa mniżżel fl-Anness II.

Artikolu 4

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


ANNESS I

Il-format tan-numru tar-reġistrazzjoni

Għall-partiti politiċi Ewropej

 

EUPP x MS

jew

 

EUPP x MS y

Għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

 

EUPF x MS

jew

 

EUPF x MS y

fejn “x” huwa numru allokat mill-Awtorità f'ordni kronoloġiku tal-wasla tal-applikazzjonijiet, “MS” huwa l-kodiċi b'żewġ ittri għall-Istat Membru tas-sede (1) u “y” huwa l-kodiċi nazzjonali ta' reġistrazzjoni, fejn applikabbli.


(1)  Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) kodiċi (ISO 3166 alpha-2), ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw it-taqsiriet EL u UK.


ANNESS 2

Format tal-Estratti Standard

Għall-Partiti Politiċi Ewropej

Estratt Standard mir-Reġistru ta' partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Maħruġ mill-Awtorità dwar il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej stabbilita mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014.

(indirizz postali tal-Awtorità)

Informazzjoni meħuda mir-Reġistru f'(data)

Nru.

Deskrizzjoni

Informazzjoni mir-Reġistru

(jew indikazzjoni “mhux applikabbli”)

1

Tip ta' entità

Partit politiku Ewropew;

2

Numru tar-reġistrazzjoni (1)

 

3

(a)

Data tar-reġistrazzjoni

 

(b)

Data tad-dereġistrazzjoni (2)

 

4

Isem sħiħ

 

5

Akronimu

 

6

Logo

 

7

Stat Membru tas-Sede

 

8

Indirizz tas-Sede

 

9

Indirizz ta' korrispondenza jekk huwa differenti

 

10

Websajt

 

11

Indirizz elettroniku

 

12

Data tal-adozzjoni tal-istatuti

 

13

Data ta' kwalunkwe emenda tal-istatuti

 

14

Lista ta' partiti membri

(isem sħiħ u tip ta' sħubija)

 

15

In-numru ta' membri tal-partit politiku Ewropew jew tal-partiti membri tiegħu, fejn ikun rilevanti, li huma Membri tal-Parlament Ewropew

 

16

Isem tal-President

 

17

L-ismijiet tal-persuni li jingħatawlhom setgħat ta' rappreżentanza amministrattiva, finanzjarja u ġuridika, b'indikazzjoni tas-setgħat u tal-kapaċità tagħhom, individwalment jew kollettivament, li jikkommettu l-entità vis-à-vis partijiet terzi u li jirrappreżentaw l-entità fi proċedimenti ġuridiċi (3)

 

18

Isem sħiħ u numru ta' reġistrazzjoni ta' kwalunkwe fondazzjoni politika Ewropea affiljata

 

19

Fejn l-Istat Membru tas-sede jipprevedi reġistrazzjoni parallela, l-isem, l-indirizz u s-sit web tal-awtorità ta' reġistrazzjoni rilevanti (3)

 

20

Fejn il-partit politiku Ewropew ikun inħoloq minn konverżjoni minn entità nazzjonali:

—

Isem sħiħ (3)

—

Status legali (3)

—

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali (3)

tal-entità ta' qabel

 

Għall-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

Estratt Standard mir-Reġistru ta' partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Maħruġ mill-Awtorità dwar il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej stabbilita mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014.

(indirizz postali tal-Awtorità)

Informazzjoni meħuda mir-Reġistru f'(data)

Nru.

Deskrizzjoni

Informazzjoni mir-Reġistru

(jew indikazzjoni “mhux applikabbli”)

1

Tip ta' entità

Fondazzjoni politika Ewropea

2

Numru tar-reġistrazzjoni (4)

 

3

(a)

Data tar-reġistrazzjoni

 

(b)

Data tad-dereġistrazzjoni (5)

 

4

Isem sħiħ

 

5

Akronimu

 

6

Logo

 

7

Stat Membru tas-Sede

 

8

Indirizz tas-Sede

 

9

Indirizz ta' korrispondenza jekk huwa differenti

 

10

Websajt

 

11

Indirizz elettroniku

 

12

Data tal-adozzjoni tal-istatuti

 

13

Data ta' kwalunkwe emenda tal-istatuti

 

14

Lista ta' organizzazzjonijiet membri (isem sħiħ u tip ta' sħubija)

 

15

Isem tal-President

 

16

L-ismijiet tal-persuni li jingħatawlhom setgħat ta' rappreżentanza amministrattiva, finanzjarja u ġuridika, b'indikazzjoni tas-setgħat u tal-kapaċità tagħhom, individwalment jew kollettivament, li jikkommettu l-entità vis-à-vis partijiet terzi u li jirrappreżentaw l-entità fi proċedimenti ġuridiċi (6)

 

17

Isem sħiħ u numru ta' reġistrazzjoni ta' kwalunkwe partit politiku Ewropew affiljat

 

18

Fejn l-Istat Membru tas-sede jipprevedi reġistrazzjoni parallela, l-isem, l-indirizz u s-sit web tal-awtorità ta' reġistrazzjoni rilevanti (6)

 

19

Fejn fondazzjoni politika Ewropea tkun inħolqot minn konverżjoni minn entità nazzjonali:

—

Isem sħiħ (6)

—

Status legali (6)

—

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali (6)

tal-entità ta' qabel

 


(1)  in-numru tar-reġistru jiġi allokat mill-Awtorità skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2246; fejn tapplika sistema parallela ta' reġistrazzjoni nazzjonali, in-numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali jifforma l-element finali ta' dan in-numru ta' reġistrazzjoni (dak kollu li jiġi wara l-kodiċi tal-pajjiż b'żewġ ittri) u l-awtorità kompetenti rilevanti hija murija taħt punt 19

(2)  Jekk, fiż-żmien tat-twaqqif tal-estratt preżenti, l-entità ma jkunx għad għandha l-istatus ta' partit politiku Ewropew skont ir-Regolament UE Euratom) Nru 1141/2014, l-estratt jipprovdi l-informazzjoni miżmuma mir-Reġistru f'dik id-data ta' dereġistrazzjoni.

(3)  l-Awtorità mhijiex il-korp kompetenti biex tikkonferma l-legalità jew il-kompletezza ta' dan l-element; l-informazzjoni mogħtija hija dik li bħalissa qed tinżamm fir-Reġistru

(4)  in-numru tar-reġistru jiġi allokat mill-Awtorità skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2246; fejn tapplika sistema parallela ta' reġistrazzjoni nazzjonali, in-numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali jifforma l-element finali ta' dan in-numru ta' reġistrazzjoni (dak kollu li jiġi wara l-kodiċi tal-pajjiż b'żewġ ittri) u l-awtorità kompetenti rilevanti hija murija taħt punt 18

(5)  Jekk, fiż-żmien tat-twaqqif tal-estratt preżenti, l-entità ma jkunx għad għandha l-istatus ta' fondazzjoni politika Ewropea skont ir-Regolament (EU Euratom) Nru 1141/2014, l-estratt jipprovdi l-informazzjoni miżmuma mir-Reġistru f'dik id-data ta' dereġistrazzjoni.

(6)  l-Awtorità mhijiex il-korp kompetenti biex tikkonferma l-legalità jew il-kompletezza ta' dan l-element; l-informazzjoni mogħtija hija dik li bħalissa qed tinżamm fir-Reġistru