|
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/48 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Lulju 2011
li tadotta linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4947)
(2011/453/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi lill-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Awwissu 2011 rapport dwar l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali tagħhom dwar l-oqsma ta’ prijorità. |
|
(2) |
L-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi lill-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Awwissu 2012 b’informazzjoni dwar l-azzjonijiet nazzjonali tas-STI [Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti] previsti tul il-ħames snin segwenti. |
|
(3) |
L-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi lill-Istati Membri jirrappurtaw kull tliet snin wara r-rapport inizjali dwar il-progress li jkun sar fil-varar [l-iskjerament] tal-azzjonijiet imsemmijafl-Artikolu 17(1). |
|
(4) |
L-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrkjedi wkoll li jiġu adottati l-linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-STI stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2010/40/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-linji gwida għar-rappuratar mill-Istati Membri, kif stipulati fl-Anness, huma b’dan adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
ANNESS
LINJI GWIDA GĦAR-RAPPURTAR MILL-ISTATI MEMBRI SKONT ID-DIRETTIVA 2010/40/UE
1. Rapport inizjali
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2010/40/UE, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala “ir-rapport inizjali”, għandu jippreżenta l-istat attwali tal-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali fl-oqsma ta’ prijorità msemmijin fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/40/UE u fl-Anness I għal din id-Direttiva.
Ir-rapport inizjali għandu jinkludi introduzzjoni li tagħti sfond ġenerali tal-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali u l-informazzjoni dwar kuntatti rilevanti fl-Istati Membri, jiġifieri l-isem tal-organizzazzjoni, it-tip ta’ organizzazzjoni (ministeru/awtorità nazzjonali/kuntrattur/oħrajn), l-isem tal-persuna ta’ kuntatt, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon, eċċ.
Ir-rapport inizjali għandu jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali f’kull qasam ta’ prijorità, kif xieraq u meqjus bħala rilevanti mill-Istati Membri, spjegazzjoni tal-inizjattivi rilevanti, l-objettivi, l-għażla taż-żmien, stadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) interessati prinċipali, u l-istatus tagħhom.
Fejn possibbli, għandhom jiġu pprovduti ċ-ċifri sabiex il-progress jitkejjel aħjar u jiffaċilità l-valutazzjoni komparattiva possibbli fil-futur.
2. Informazzjoni dwar l-azzjonijiet nazzjonali tas-STI
L-informazzjoni dwar l-azzjonijiet nazzjonali tas-STI previsti matul il-perjodu li ġej ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2010/40/UE, għandha tikkonsisti minn rapport ġenerali dwar l-attivitajiet ippjanati fil-ħames snin li ġejjin relatati mal-użu tas-STI fl-Istat Membru. Dan ir-rapport għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni rilevanti dwar il-punti li ġejjin:
|
(a) |
Spjegazzjoni tal-approċċ u/jew l-istratġija nazzjonali dwar l-iżvilupp u l-użu tas-STI, inkluż l-objettivi prinċipali tagħha; |
|
(b) |
spjegazzjoni tal-qafas tekniku u legali applikabbli għall-iżvilupp u l-użu tas-STI; |
|
(c) |
spjegazzjoni tal-attivitajiet tal-użu tas-STI; |
|
(d) |
spjegazzjoni tal-oqsma ta’ prijorità nazzjonali għall-azzjonijiet u l-miżuri relatati, inkluż l-indikazzjoni ta’ kif dawn huma relatati mal-oqsma ta’ prijorità stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/40/UE; |
|
(e) |
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet attwali u ppjanati li jkopru:
|
3. Rapporti dwar il-progress
Ir-rapporti li għandhom jiġu pprovduti skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2010/40/UE, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ir-rapporti dwar il-progress”, għandhom isegwu l-istess struttura bħar-rapport inizjali u għandhom jenfasizzaw il-progress li sar mir-rapport preċedenti.