European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3486

1.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12425 — VOLKSWAGEN / RHEINMETALL / KS HUAYU ALUTECH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3486)

1.   

Fit-24 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Dr. Ing. h. c. F. Porsche AG (“Porsche”, Germany), sussidjarja indiretta ta’ Volkswagen Aktiengesellschaft (“Volkswagen Group”, il-Ġermanja), hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Porsche Automobil Holding SE (“Porsche SE”, il-Ġermanja),

—

Rheinmetall AG (“Rheinmetall”, il-Ġermanja),

—

KS Huayu AluTech GmbH (“KS Huayu AluTech”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Rheinmetall u Huayu Automotive Systems (Shanghai) Co., Ltd. (iċ-Ċina).

Porsche u Rheinmetall se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ KS Huayu AluTech.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Porsche hija manifattur tal-karozzi li tispeċjalizza fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi sportivi ta’ prestazzjoni għolja, vetturi utilitarji sportivi u sedans. Volkswagen Group huwa attiv madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, xarabanks, kowċis, xażi għal xarabanks u magni diżil, u muturi, li kull wieħed minnhom jinkludi spare parts u aċċessorji. Porsche SE hija kumpanija azzjonarja b’investimenti fl-oqsma tal-mobbiltà u t-teknoloġija industrijali,

—

Rheinmetall hija kumpanija tat-teknoloġija u d-difiża li tiffoka fuq l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vetturi militari, armi u munizzjon, sensuri, sistemi elettroniċi, u teknoloġiji tad-difiża relatati għall-forzi armati madwar id-dinja, filwaqt li storikament iżżomm ukoll attivitajiet fit-teknoloġiji tal-karozzi u tal-mobbiltà,

—

KS Huayu AluTech hija fornitur tal-karozzi li jispeċjalizza fl-ikkastjar tal-aluminju ta’ livell għoli għal komponenti ħfief għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12425 — VOLKSWAGEN / RHEINMETALL / KS HUAYU ALUTECH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3486/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)