8.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9472 — Diamond Transmission Corporation/InfraRed Capital Partners/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 266/05)

1.   

Fit-2 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Diamond Transmission Corporation Limited (“DTC”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun),

—

InfraRed Capital Partners Limited (“IRCP”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn InfraRed Capital Partners (Management) LLP (ir-Renju Unit),

—

Diamond Transmission Partners Galloper (Holding) Limited (“il-Kumpanija fil-Mira”, ir-Renju Unit), bħalissa kkontrollata biss minn DTC.

DTC u IRCP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

DTC hija kumpanija azzjonarja li tintegra l-attivitajiet ta’ investiment ta’ MC fis-settur tat-trażmissjoni tal-elettriċità,

—

IRCP is an infrastructure investment management company active in financial advice and managing investments on behalf of investment funds,

—

il-Kumpanija fil-Mira hija l-kumpanija azzjonarja tas-sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha, id-Diamond Transmission Partners Galloper Limited li hija s-Sid tat-Trażmissjoni Offshore għall-park eoliku ta’ Galloper li jinsab fl-ibħra tar-Renju Unit lil hinn mill-kosta ta’ Suffolk fil-Baħar tat-Tramuntana. Hija attiva fit-trażmissjoni tal-elettriċità minn dan il-park eoliku għas-Sistema Nazzjonali tat-Trażmissjoni tal-Elettriċità fuq l-art tar-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9472 — Diamond Transmission Corporation/InfraRed Capital Partners/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  OJ C 366, 14.12.2013, p. 5.