European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1746

16.7.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1746

tal-14 ta’ Lulju 2026

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2026) 5033)

(Il-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa mard virali infettiv li jaffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u dan jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dak il-mard jinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu dawk l-annimali.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 (4) ġiet adottata wara tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu minn dak l-Istat Membru. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 jipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jkunu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Jipprevedi wkoll li l-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati f’dawk iż-żoni jridu jiġu applikati mqar sad-dati elenkati f’dak l-Anness.

(4)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE)2025/1160, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1408 (5), ’l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment fejn kienu jinżammu l-annimali ovini jew kaprini. Din it-tifqigħa, li ġiet irrappurtata fit-22 ta’ Ġunju, tikkonċerna r-reġjun ta’ Plovdiv.

(5)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw fihom, jenħtieġ li jiġu aġġustati biex iqisu t-tifqigħat il-ġodda. Għaldaqstant, jeħtieġ jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 jiġu emendati kif xieraq.

(7)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u tal-għadd tagħhom, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dak il-mard, iżda anke s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat minn dak il-mard kif ukoll il-livell tar-riskju li l-mard ikompli jinxtered. Barra minn hekk, id-durata tal-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni ġiet iddeterminata f’konformità mal-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) (6).

(8)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, u l-ħtieġa li dak il-mard ma jinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Bulgarija lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jsiru effettivi malajr kemm jista’ jkun.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 tal-5 ta’ Ġunju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 (ĠU L, 2025/1160, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1160/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1408 tat-22 ta’ Ġunju 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2026/1408, 24.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1408/oj).

(6)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/.


ANNESSI

“

ANNESS I

Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Region of Plovdiv

BG-CAPRIPOX-2025-00039

BG-CAPRIPOX-2025-00042

BG-CAPRIPOX-2025-00045

BG-CAPRIPOX-2025-00046

BG-CAPRIPOX-2025-00047

BG-CAPRIPOX-2025-00048

BG-CAPRIPOX-2025-00061

BG-CAPRIPOX-2025-00069

BG-CAPRIPOX-2025-00070

BG-CAPRIPOX-2025-00073

BG-CAPRIPOX-2025-00078

BG-CAPRIPOX-2025-00084

BG-CAPRIPOX-2025-00088

BG-CAPRIPOX-2025-00090

BG-CAPRIPOX-2025-00091

BG-CAPRIPOX-2025-00092

BG-CAPRIPOX-2025-00094

BG-CAPRIPOX-2025-00095

BG-CAPRIPOX-2025-00097

BG-CAPRIPOX-2025-00135

BG-CAPRIPOX-2025-00138

BG-CAPRIPOX-2025-00149

BG-CAPRIPOX-2025-00153

BG-CAPRIPOX-2026-00001

Protection zone:

Those parts of the regions of Plovdiv, Haskovo, and Stara Zagora contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates

Lat. 42.200, Long. 24.790453 (2025/39),

Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.0146, Long. 25.2956 (2025/78), , Lat. 42.3063, Long. 24.5243 (2025/84), Lat. 41.9443, Long. 25.2481 (2025/88), Lat. 41.9423, Long. 25.2434 (2025/90), Lat. 41.9449, Long. 25.2471 (2025/91), Lat. 42.267, Long. 24.554 (2025/92), Lat. 42.2848, Long. 24.5428 (2025/94), Lat. 42.2757, Long. 24.5373 (2025/95), Lat. 41.9456, Long. 25.2427 (2025/97), , Lat. 42.1483, Long. 25.0517 (2025/135), Lat. 42.1228, Long. 24.9373 (2025/138), Lat. 42.0859, Long. 24.7088 (2025/149), Lat. 42.3905, Long. 25.131 (2025/153), Lat. 42.3442, Long. 24.8236 (2026/1).

31.12.2026

Surveillance zone:

Those parts of the regions of Plovdiv, Lovech, Stara Zagora, Haskovo and Pazardzhik contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates

Lat. 42.200, Long. 24.790453 (2025/39),

Lat. 42.2829, Long. 24.9637 (2025/42), Lat. 42.2308, Long 25.0438 (2025/45), Lat. 42.2401, Long. 25.0556 (2025/46), Lat. 42.2037, Long. 25.0513 (2025/47), Lat. 42.1959, Long. 25.0566 (2025/48), Lat. 42.0248, Long. 25.096 (2025/61), Lat. 42.2883, Long. 24.6303 (2025/69), Lat. 42.3705, Long. 24.725 (2025/70), Lat. 42.3263, Long. 24.6724 (2025/73), Lat. 42.0146, Long. 25.2956 (2025/78), Lat. 42.3063, Long. 24.5243 (2025/84), Lat. 41.9443, Long. 25.2481 (2025/88), Lat. 41.9423, Long. 25.2434 (2025/90), Lat. 41.9449, Long. 25.2471 (2025/91), Lat. 42.267, Long. 24.554 (2025/92), Lat. 42.2848, Long. 24.5428 (2025/94), Lat. 42.2757, Long. 24.5373 (2025/95), Lat. 41.9456, Long. 25.2427 (2025/97), Lat. 42.1228, Long. 24.9373 (2025/138), Lat. 42.0859, Long. 24.7088 (2025/149), Lat. 42.3905, Long. 25.131 (2025/153), Lat. 42.3442, Long. 24.8236 (2026/1),

excluding the areas contained in the protection zone.

31.12.2026

Parti B: Żoni ristretti ulterjuri

Żona ristretta ulterjuri

Reġjun

Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija, kif imsemmi fl-Artikolu 2

Data sa meta applikabbli

Further restricted zone

Region of Plovdiv

The entire region of Plovdiv excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

31.12.2026

ANNESS II

Żona

Reġjun

Żoni msemmija fl-Artikolu 3

Data sa meta applikabbli

Area

Region of Plovdiv

The entire region of Plovdiv

31.12.2026

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1746/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)