European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5436

20.10.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/5436)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Carne de Ávila”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-ES-0093-AM04 — 28.7.2026

1.   Isem il-prodott

“Carne de Ávila”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

3.   Settur

☑

Prodotti agrikoli

☐

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel – il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sajd u għall-Ikel

6.   Kwalifika bħala emenda standard

Din hija emenda standard skont it-tifsira tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 peress li ma tinkludix bidla fl-isem tal-prodott protett, ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta u ma tinvolvi l-ebda restrizzjoni fuq il-kummerċjalizzazzjoni.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

L-inklużjoni tal-Aberdeen Angus bħala razza possibbli għall-missirijiet fl-inkroċjar tar-razez mal-baqar tar-razza Avileña-Negra Ibérica.

Deskrizzjoni

L-introduzzjoni tal-Aberdeen Angus bħala razza possibbli għall-missirijiet fl-inkroċjar tar-razez mal-baqar tar-razza Avileña-Negra Ibérica tinvolvi l-emendi li ġejjin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

6.1.

Taħt it-Taqsima B) “Deskrizzjoni tal-prodott”:

Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima B) “Deskrizzjoni tal-prodott”, l-Aberdeen Angus żdiedet bħala razza possibbli għall-missirijiet fl-inkroċjar tar-razez mal-baqar tar-razza Avileña-Negra Ibérica.

Din l-emenda saret ukoll fl-ewwel paragrafu tal-punt 4.2 tad-dokument uniku.

6.2.

Taħt it-Taqsima D) “Prova li l-prodott oriġina miż-żona”:

Taħt il-punt 1 tat-Taqsima D) “Prova li l-prodott oriġina miż-żona”, l-Aberdeen Angus żdiedet bħala razza possibbli għall-missirijiet fl-inkroċjar tar-razez mal-baqar tar-razza Avileña-Negra Ibérica.

Raġunijiet għall-emenda proposta:

Ir-razza Aberdeen Angus ġiet introdotta fi Spanja aktar minn tliet deċennji ilu, fi żmien li matulu l-bdiewa kisbu esperjenza estensiva fit-trobbija u fit-tnissil tal-istokk u fl-immaniġġjar tal-laħam tagħha, li ppermettielha tadatta għas-sistemi ta’ produzzjoni nazzjonali.

L-inkroċjar tar-razez bejn il-baqar tar-razza Avileña-Negra Ibérica u l-missirijiet tal-Aberdeen Angus jipproduċi annimali li l-laħam tagħhom għandu karatteristiċi simili għal dawk tal-laħam tal-frat Avileña-Negra Ibérica ta’ razza pura kif ukoll tal-laħam tal-inkroċjati bejn l-istokk tal-Avileña-Negra Ibérica u l-missirijiet tar-razez Avileña u Charolais.

Din il-konklużjoni hija appoġġata mill-istudju bl-isem “Research to improve knowledge of the productivity achieved by crossing certain beef breeds and the quality of such crosses, with the aim of adapting production to market demand and improving farm productivity”, prodott mill-Istitut ta’ Madrid għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Rurali, Agrikolu u tal-Ikel (IMIDRA).

It-testijiet imwettqa fil-kuntest ta’ dak l-istudju juru li l-inkroċjati bejn l-istokk tal-Avileña-Negra Ibérica u l-missirijiet tal-Aberdeen Angus għandhom rati ta’ depożizzjoni u ta’ konverżjoni simili għal dawk tal-inkroċjati bejn l-istokk tal-Avileña-Negra Ibérica u l-missirijiet tax-Charolais.

Bl-istess mod, is-sejbiet juru li l-laħam tal-inkroċjati bejn l-istokk tal-Avileña-Negra Ibérica u l-missirijiet tal-Aberdeen Angus għandu karatteristiċi fiżikokimiċi simili għal dawk tal-inkroċjati bejn l-istokk tal-Avileña-Negra Ibérica u l-missirijiet tal-Avileña u tax-Charolais. Speċifikament, il-laħam tal-inkroċjati huwa sod meta jintmess u kemxejn umdu, b’konsistenza tarija. Għandu kulur vivaċi, li jvarja minn aħmar ċar għal aħmar jagħti fil-vjola, b’xaħam abjad għal lewn il-krema.

Barra minn hekk, il-laħam ta’ dawn l-annimali ġeneralment huwa apprezzat ħafna minħabba li huwa tari u l-intensità u l-kwalità tal-benna tiegħu, li jagħmluh popolari ferm mal-konsumaturi.

L-introduzzjoni tal-Aberdeen Angus bħala razza possibbli għall-missirijiet fl-inkroċjar tar-razez twieġeb għall-ħtieġa li l-produzzjoni tiġi adattata għall-preferenzi kurrenti tas-suq. Ir-razza Aberdeen Angus hija rikonoxxuta fil-livell internazzjonali għall-kwalità tal-laħam tagħha, li żiedet id-domanda għal dawn l-inkroċjati u qanqlet l-interess tal-konsumaturi, li japprezzaw it-togħma tiegħu u kemm huwa tari.

L-introduzzjoni ta’ din ir-razza tippermetti lil min irabbi l-bhejjem jiddiversifika u jespandi l-provvista tiegħu f’konformità mal-istandards tal-IĠP, u hekk jiġu żgurati l-kontinwità u l-kompetittività tal-IĠP “Carne de Ávila” mingħajr ma jinbidlu l-parametri tal-kwalità u tal-awtentiċità tagħha. Kif xieraq, l-inkroċjati mal-Aberdeen Angus għandhom produzzjoni u rendiment tal-karkassa simili bħall-inkroċjati max-Charolais, iżda jattiraw interess akbar tal-konsumatur.

Fil-qosor, l-inklużjoni tar-razza Aberdeen Angus toffri mod ta’ rispons għad-domandi tal-konsumatur u mod kif tinżamm il-kwalità rinomata tal-laħam tal-IĠP “Carne de Ávila” fis-suq kurrenti.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli

“Carne de Ávila”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-ES-0093-AM04 — 28.7.2026

1.   Isem/Ismijiet

“Carne de Ávila”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Spanja

4.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu

4.1.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

02 — LAĦAM U ĠEWWIENI TAL-LAĦAM LI JITTIEKEL

4.2.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat

Il-frat adattati biex jipprovdu l-laħam kopert b’din l-IĠP iridu jkunu jew stokk tal-Avileña-Negra Ibérica jew stokk tal-ewwel inkroċjata mnissel bejn baqar tal-Avileña-Negra Ibérica u missirijiet tax-Charolais, tal-Limousin jew tal-Aberdeen Angus.

Il-frat huma kkategorizzati skont l-età:

Ternera: għandhom jiġu skarnati f’età massima ta’ 12-il xahar, wara li jkunu qattgħu mill-anqas 5 xhur mal-omm;

Añojo: miftuma f’età minima ta’ 5 xhur, għandhom jiġu skarnati f’età ta’ bejn 12-il xahar u 24 xahar;

Novillo: għandhom jiġu skarnati f’età ta’ bejn 24 u 48 xahar.

L-IĠP tista’ tintuża biss għall-karkassa jekk, abbażi tas-sistema ta’ klassifikazzjoni Ewropea tal-karkassi, il-konformazzjoni tagħha tkun bejn U+ u O u l-kopertura tax-xaħam tagħha tkun bejn tnejn u erbgħa.

 

 

Klassi tal-kopertura ta’ xaħam

 

 

1

1+

2-

2

2+

3-

3

3+

4-

4

4+

5-

5

Konformazzjoni

S

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

E

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

U+

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

U

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

U-

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

R+

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

R

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

R-

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

O+

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

O

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

O-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

P+

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

P-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iċ-ċanga minn dawn l-annimali hija soda meta tintmess u kemxejn umda, b’konsistenza tarija. Għandu kulur vivaċi, li jvarja minn aħmar ċar għal aħmar jagħti fil-vjola, b’xaħam abjad għal lewn il-krema.

Il-“Carne de Ávila” trid tiġi mmaturata għal mill-anqas 4 ijiem.

4.3.   Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali ddeżinjati b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati deżinjati minn indikazzjoni ġeografika protetta biss)

Il-frat jitrabbew b’mod estensiv u/jew bl-użu tal-prattika tat-transumanza, bl-użu tar-riżorsi lokali tar-ragħa u tal-forestrija (il-veġetazzjoni żgħira u l-ġandar). It-transumanza hija sistema ta’ trobbija li ġejja mill-antenati li fiha dawk li jrabbu l-merħliet jisfruttaw ir-riżorsi li toffri n-natura billi jċaqalqu l-bhejjem tagħhom bejn postijiet differenti u komplementari fi żminijiet differenti tas-sena: il-mergħat tal-muntanji fis-sajf u fil-ħarifa, u d-dehesas (sistema agrosilvopastorali tradizzjonali li fiha l-bhejjem jitrabbew b’mod estensiv fuq art fqira jew mhux agrikola) popolati bil-ballut (tal-ilċi u tas-sufra) fix-xitwa u fir-rebbiegħa. Tintuża sistema ta’ trobbija estensiva, b’rata baxxa ta’ stokk – b’medja ta’ bejn 0,2 u 0,4 ta’ unità ta’ bhejjem għal kull ettaru – fiż-żoni tar-ragħa tradizzjonali ta’ din ir-razza: żoni ta’ art li kieku probabbilment kienu jkunu moħlija. Fi żminijiet ta’ skarsità, il-frat jintemgħu supplementi li jikkonsistu miċ-ċereali, minn sorsi tal-proteini u minn materja prima oħra, dejjem li joriġinaw mill-pjanti, flimkien mal-minerali u mal-vitamini neċessarji.

4.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita

Iż-żona ġeografika deskritta fit-Taqsima 4 hija l-post fejn l-annimali maħsubin għall-iskarnar jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu, fl-istess azjendi agrikoli estensivi fejn jitrabbew ommijiethom.

4.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

—

4.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Kull karkassa koperta b’din l-IĠP għandha sett ta’ tikketti sabiex il-karkassa, il-qatgħat u l-porzjonijiet ikunu jistgħu jiġu identifikati u traċċati. Is-sistema ta’ tikkettar hija kif ġej:

1)

tikketti tal-karkassa li jkollhom l-informazzjoni ta’ hawn taħt, ħlief għat-tip ta’ qatgħa;

2)

tikketti tal-qatgħa li jkollhom l-informazzjoni speċifikata u t-tip ta’ qatgħa (ix-xikel, it-taħrika ta’ ġewwa/il-parti ta’ fuq ix-xikel ta’ wara, eċċ.);

3)

meta l-qatgħat jintbagħtu f’porzjonijiet, jiġu ttikkettati b’tikketti sekondarji numerati maħruġa mill-Bord Regolatorju, li jippermettu li tiġi vverifikata t-traċċabbiltà;

4)

minbarra l-informazzjoni obbligatorja, it-tikketti tal-“Carne de Ávila” jrid ikollhom mill-anqas dawn li ġejjin: in-numru ta’ referenza, l-identifikatur tal-Bord Regolatorju, l-identifikatur uffiċjali, deskrizzjoni tal-qatgħa, id-data tal-iskarnar, l-oriġini, in-numru tal-awtorizzazzjoni, il-post fejn saret it-tlestija, in-numru tal-karkassa, il-logo tal-Bord Regolatorju tal-“Carne de Ávila”, il-logo tal-IĠP tal-UE, il-barcode u l-isem li bih tiġi kkummerċjalizzata ċ-ċanga (“ternera” [vitella], “añojo” [ċanga ta’ annimali ta’ sena] jew “novillo” [ċanga ta’ annimali ta’ età żgħira]).

Image 1

5.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn jitrabbew il-frat tal-Avileña-Negra Ibérica u fejn tiġi prodotta ċ-ċanga koperta bl-IĠP tinfirex fuq id-distretti tal-biedja li ġejjin (raggruppati skont il-provinċja u l-Komunità Awtonoma): Il-Komunità Awtonoma tal-Andalusija: Córdoba: id-distretti ta’ Pedroches, ta’ La Sierra u ta’ Campiña Baja. Huelva: Sierra. Jaén: Sierra Morena. Seville: Sierra Norte. Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona: Teruel: Serranía de Albarracín, Maestrazgo. Il-Komunità Awtonoma ta’ Castile-La Mancha: Ciudad Real: Montes Norte, Campo de Calatrava, Montes Sur, Pastos. Guadalajara: id-distretti kollha. Toledo: Talavera, Torrijos, Sagra Toledo, La Jara, Montes de Navahermosa, Montes de los Yébenes. Il-Komunità Awtonoma ta’ Castile u Leon: Ávila: id-distretti kollha. Burgos: Demanda. León: La Montaña de Riaño, Sahagún. Palencia: Guardo, Cervera. Salamanca: id-distretti kollha. Segovia: id-distretti kollha. Soria: Pinares. Valladolid: Centro, Sur, Sureste. Zamora: Sayago, Duero Bajo. Il-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura: Cáceres: id-distretti kollha. Badajoz: id-distretti kollha. Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja: id-distretti kollha. Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid: Lozoya-Somosierra, Guadarrama, Área Metropolitana de Madrid, Sur Occidental.”

6.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq

☐

Reputazzjoni

☑

Kwalità partikolari

☐

Karatteristiċi oħra

Sommarju tar-rabta

Karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika

Pajsaġġ

Iż-żoni tal-muntanji għandhom terren imħarbat u topografija kumplessa b’widien għoljin, b’widien dojoq bejn l-irdumijiet, b’għoljiet weqfin u meded tal-art wesgħin li xi drabi jistgħu jkunu esposti għal irwiefen u b’tempesti qawwija tas-silġ. Iż-żoni tad-dehesa huma pjanuri espansivi bi tlajja’ u nżul irpużati f’altitudnijiet ta’ bejn 300 u 1 200 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar.

Klima

Hemm varjazzjonijiet imdaqqsa fil-klima, minħabba d-distribuzzjoni mifruxa tar-razza, iż-żoni fejn stabbiliet ruħha, u kif il-frat jitmexxew fil-prattika tat-transumanza. Il-frat jirgħu fid-dehesas, fil-widien u fil-muntanji. Fuq l-għoljiet, is-sjuf huma friski u x-xtiewi kesħin ħafna, bi ġlati severi. Għall-kuntrarju, ġeneralment id-dehesas ikollhom sjuf sħan ħafna u xotti u xtiewi moderati.

Flora

Il-prattiki tat-trobbija tal-Avileña-Negra Ibérica huma marbuta mas-sistema tad-dehesa, bi predominanza ta’ art tal-mergħa, ta’ żoni kkultivati, ta’ thicket u ta’ msaġar. Hemm dehesas għar-ragħa biss, dehesas imħalltin (jiġifieri kkultivati u tal-mergħat), u żoni bl-arbuxelli. L-imsaġar tal-ballut, tas-savina, tal-ballut Ġermaniż u tal-ġnibru huma preżenza notevoli fid-dehesas għar-ragħa biss, bi ftit siġar imma b’art tal-mergħa estensiva. Id-dehesas imħalltin ikkultivati u tal-mergħat huma popolati bil-ballut, bil-ballut Ġermaniż u bil-mergħat, u l-frat jistgħu jieklu minn dak li jipprovdu s-siġar (il-ġandar u l-veġetazzjoni żgħira) u l-għelieqi qasbija. L-artijiet bil-ħaxix fiż-żoni għoljin huma ddominati mill-imsaġar tal-arżnu, li jkunu miksija bil-borra għal parti mis-sena, u dan jeħtieġ il-prattika tat-transumanza.

Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott

Iċ-ċanga tal-IĠP “Carne de Ávila” għandha l-karatteristiċi li ġejjin: Iċ-ċanga minn dawn l-annimali hija soda meta tintmess u kemxejn umda, b’konsistenza tarija. Għandha kulur vivaċi, li jvarja minn aħmar ċar għal aħmar jagħti fil-vjola, b’xaħam minn abjad għal lewn il-krema, u b’mod ġenerali hija apprezzata ħafna minħabba li hija tarija u l-intensità u l-kwalità tal-benna tagħha.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP)

Il-baqar għat-tnissil jappartjenu għar-razza indiġena Avileña-Negra Ibérica, li ilha preżenti minn żmien il-qedem u saret adattata perfettament għat-trobbija fiż-żona ġeografika inkwistjoni. Il-preżenza ta’ din ir-razza fil-popolazzjoni tal-bhejjem ġenerali qed tiżdied. Il-frat minn din ir-razza, li inizjalment kienu jintużaw bħala annimali tat-tagħbija, bdew jitrabbew għaċ-ċanga meta l-kultivazzjoni tal-għelejjel saret mekkanizzata. B’riżultat ta’ dan, ġew introdotti razez oħrajn taċ-ċanga bħala missirijiet, u l-aktar li jintużaw huma x-Charolais u l-Limousin. It-trobbija ta’ din ir-razza indiġena ta’ frat, li adattat tant tajjeb għall-ambjent lokali, hija l-mezz prinċipali kif jistgħu jiġu sfruttati r-riżorsi naturali, bħall-flora, il-mergħat, il-foraġġ, il-veġetazzjoni żgħira li tittiekel u l-ġandar. Id-dieti varjati tal-ommijiet u l-karatteristiċi partikolari tal-Avileña-Negra Ibérica u tal-istokk tal-ewwel inkroċjata mnissel ma’ razez b’konformazzjoni aħjar jipproduċu ċanga unika ħafna. Hija fost l-aktar laħmijiet b’reputazzjoni għolja minħabba li hija tarija, l-intensità u l-kwalità tal-benna tagħha u l-kulur vivaċi tagħha, li jvarja minn aħmar ċar għal aħmar jagħti fil-vjola. Il-karatteristiċi ta’ din iċ-ċanga huma essenzjalment ir-riżultat tal-ambjent ġeografiku, tal-għalf disponibbli għall-frat – li saru possibbli minħabba li r-razza adattat perfettament għas-sistema tat-trobbija użata fiż-żona ġeografika – u tal-fattur tar-razza.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/igp-carne-de-avila-modific-mayor


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5436/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)