European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2289

21.11.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2289

tat-13 ta’ Novembru 2025

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format għar-rapportar tad-data kif ukoll il-metodi ta’ valutazzjoni u l-kundizzjonijiet operattivi marbuta mal-ġbir u t-trattament tal-iskart ta’ batteriji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2023/1542 jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-data miġbura skont dak il-paragrafu, għal kull sena kalendarja, f’konformità ma’ format li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni u jirrapportaw dik id-data lill-Kummissjoni. Il-format jenħtieġ li jiżgura li d-data rrapportata tipprovdi bażi soda għall-verifika u l-monitoraġġ tal-ilħuq tal-miri minimi għall-ġbir, kif ukoll l-ilħuq tal-miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali.

(2)

L-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542 jirrikjedi li d-data magħmula disponibbli mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità.

(3)

Jeħtieġ li tiġi żgurata l-komparabbiltà tar-rapporti tad-data u tar-rapporti ta’ verifika tal-kwalità sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrieżamina d-data rrapportata f’konformità mal-Artikolu 76(4) tar-Regolament (UE) 2023/1542, inkluż l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data, il-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data.

(4)

Jenħtieġ li d-data pprovduta mill-Istati Membri tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta jekk huwiex xieraq li jiġu riveduti l-miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali, minħabba l-iżviluppi tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġiji tal-batteriji li għandhom impatt fuq it-tip ta’ materjali rkuprati u d-disponibbiltà eżistenti u mbassra tal-kobalt, tar-ram, taċ-ċomb, tal-litju jew tan-nikil jew in-nuqqas tagħhom, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik id-data tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżviluppi tas-suq li jħallu impatt fuq it-tip ta’ materjali li jistgħu jiġu rkuprati u l-progress tekniku u xjentifiku, inklużi teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġjar tal-iskart. Għalhekk, sabiex jiġi vvalutat jekk huwiex xieraq li jiġu riveduti l-Parti C tal-Anness XII tar-Regolament (UE) 2023/1542 u l-Parti B tal-Anness XII ta’ dak ir-Regolament, jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni addizzjonali dwar il-materjali għall-irkupru tal-materjali u l-kimiki tal-batteriji għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 76(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2023/1542, l-Istati Membri għandhom jużaw il-format tar-rapportar stabbilit fit-Tabelli 1 sa 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull waħda mill-kategoriji ta’ batteriji stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542 u għandha tiġi differenzjata skont il-kimika tal-batteriji.

3.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 76(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2023/1542, l-Istati Membri għandhom jużaw il-format stabbilit fit-Tabelli 6 u 7 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

4.   Id-data għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ għandha tiġi rrapportata skont il-kimika tal-batteriji msemmija fil-miri tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-Anness XII, il-Parti B, tar-Regolament (UE) 2023/1542. Id-data għall-irkupru tal-materjali għandha tiġi rrapportata skont il-materjali msemmija fil-miri tal-irkupru tal-materjali stabbiliti fl-Anness XII, il-Parti C, ta’ dak ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw data dwar il-frazzjonijiet tal-input u tal-output għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali bl-użu tal-format stabbilit fit-Tabelli 1 sa 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

6.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport ta’ verifika tal-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542, bl-użu tal-format stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 u 6 b’format elettroniku, permezz ta’ standard tal-iskambjar stabbilit mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data msemmija fil-paragrafu 5 f’forma elettronika lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1542/oj.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u t-tħassir ta’ ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/98/oj).


ANNESS I

Tabella 1

Batteriji portabbli

 

1

2

3

4

Il-kimiki tal-batteriji

Batteriji portabbli mqiegħdin fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru

Skart totali ta’ batteriji portabbli miġbur

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-iskart ta’ batteriji portabbli għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop ġdid (3)

Ir-rata ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli f’konformità mal-Anness XI tar-Regolament (UE) 2023/1542

 

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

(%) (4)

1.

Abbażi tal-litju

 

 

 

 

2.

Taċ-ċomb u l-aċidu

 

 

 

 

3.

Kadmju-nikil

 

 

 

 

4.

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (1)

 

 

 

 

5.

Totali

 

 

 

 

6.

Batteriji portabbli mhux rikarikabbli inklużi fit-total (volontarji) (2)

 

 

 

 

 

Mhux applikabbli


Tabella 2

Batteriji għal mezzi ta’ trasport ħfief (LMT, Light means of transport)

 

1

2

3

4

Il-kimiki tal-batteriji

Batteriji LMT imqiegħdin fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru

Skart totali ta’ batteriji LMT miġbur

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-iskart ta’ batteriji LMT għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop ġdid (6)

Ir-rata ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT fis-sena ta' rappurtar f’konformità mal-Anness XI tar-Regolament (UE) 2023/1542

 

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

(%) (7)

1.

Abbażi tal-litju

 

 

 

 

2.

Taċ-ċomb u l-aċidu

 

 

 

 

3.

abbażi tan-nikil

 

 

 

 

4.

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (5)

 

 

 

 

5.

Totali

 

 

 

 


Tabella 3

Batteriji tal-istartjar, tat-tidwil u tat-tqabbid (SLI, Starting, Lighting and Ignition)

 

1

2

3

Il-kimiki tal-batteriji

Batteriji SLI imqiegħdin fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru

Skart totali ta’ batteriji SLI miġbur

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-iskart ta’ batteriji SLI għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop ġdid (9)

 

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

1.

Taċ-ċomb u l-aċidu

 

 

 

2.

Abbażi tal-litju

 

 

 

3.

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (8)

 

 

 

4.

Totali

 

 

 


Tabella 4

Batteriji industrijali

 

1

2

3

4

5

Il-kimiki tal-batteriji

Batteriji industrijali mqiegħdin fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru

Skart totali ta’ batteriji industrijali miġbur

Konsenja ta’ skart tal-batteriji industrijali fil-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid (11)

Konsenja ta’ skart tal-batteriji industrijali fil-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal skop differenti (11)

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-iskart ta’ batteriji industrijali għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop differenti (12)

 

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

1.

Abbażi tal-litju

 

 

 

 

 

2.

Taċ-ċomb u l-aċidu

 

 

 

 

 

3.

Kadmju-nikil

 

 

 

 

 

4.

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (10)

 

 

 

 

 

5.

Totali

 

 

 

 

 


Tabella 5

Batteriji tal-vetturi elettriċi (EV, Electric Vehicle)

 

1

2

3

4

5

Il-kimiki tal-batteriji

Batteriji EV imqiegħdin fis-suq għall-ewwel darba fl-Istat Membru

Skart totali ta’ batteriji EV miġbur

Konsenja ta’ skart tal-batteriji EV fil-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid (14)

Konsenja ta’ skart tal-batteriji EV fil-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid (14)

Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-iskart ta’ batteriji EV għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop ġdid (15)

 

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

(tunnellati)

1.

Abbażi tal-litju

 

 

 

 

 

2.

abbażi tan-nikil

 

 

 

 

 

3.

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (13)

 

 

 

 

 

4.

Totali

 

 

 

 

 


Tabella 6

Rata ta’ effiċjenza tar-riċiklaġġ għal kull kimika tal-batterija

Il-kimiki tal-batteriji

Input totali (tunnellati)

Output totali (tunnellati)

Rata ta’ effiċjenza tar-riċiklaġġ (%)

Batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu

 

 

 

Batteriji abbażi tal-litju

 

 

 

Batteriji tan-nikil u tal-kadmju

 

 

 

Skart ieħor ta’ batteriji

 

 

 


Tabella 7

Rata ta’ rkupru ta’ materjali għal kull materjal

Materjal

Input totali (tunnellati)

Output totali (tunnellati)

Rata ta’ rkupru ta’ materjali (%)

Kobalt (Co)

 

 

 

Ram (Cu)

 

 

 

Ċomb (Pb)

 

 

 

Litju (Li)

 

 

 

Nikil (Ni)

 

 

 


(1)   “Oħrajn” tfisser kwalunkwe kimika oħra tal-batteriji li mhijiex diġà elenkata, inkluża entrata għal skart imħallat ta’ batteriji jekk applikabbli.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni fuq bażi volontarja.

(3)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji esportat f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.

(4)  Ir-rata ta’ ġbir għandha tiġi indikata b’pożizzjoni deċimali waħda.

(5)   “Oħrajn” tfisser kwalunkwe kimika oħra tal-batteriji li mhijiex diġà elenkata, inkluża entrata għal skart imħallat ta’ batteriji jekk applikabbli.

(6)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji esportat f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.

(7)  Ir-rata ta’ ġbir għandha tiġi indikata b’pożizzjoni deċimali waħda.

(8)   “Oħrajn” tfisser kwalunkwe kimika oħra tal-batteriji li mhijiex diġà elenkata, inkluża entrata għal skart imħallat ta’ batteriji jekk applikabbli.

(9)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji esportat f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.

(10)   “Oħrajn” tfisser kwalunkwe kimika oħra tal-batteriji li mhijiex diġà elenkata, inkluża entrata għal skart imħallat ta’ batteriji jekk applikabbli.

(11)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji kkonsenjat f’faċilitajiet permessi f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.

(12)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji esportat f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.

(13)   “Oħrajn” tfisser kwalunkwe kimika oħra tal-batteriji li mhijiex diġà elenkata, inkluża entrata għal skart imħallat ta’ batteriji jekk applikabbli.

(14)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji kkunsinjat f’faċilitajiet permessi f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.

(15)  L-ammont ta’ skart ta’ batteriji esportat f’sena ta’ rapportar jista’ jinkludi skart ta’ batteriji maħżun temporanjament miġbur fl-Istat Membru fis-snin ta’ rapportar preċedenti.


ANNESS II

Tabella 1

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali tal-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

Piż totali fis-sena ta’ rappurtar (tunnellati)

 

 

 

1

Skart ta’ batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu kkonsenjat għar-riċiklaġġ

 

 

 

Dħul: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala input fil-proċess ta’ riċiklaġġ

2

Ċomb (Pb)

 

 

 

3

Aċidu sulfuriku xott (H2SO4)

 

 

 

4

Plastik

 

 

 

5

Azzar

 

 

 

6

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Totali

 

 

 

 

 

 

 

2

3

4

Output: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala output tal-proċess ta’ riċiklaġġ li jqisu r-rata tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ u r-rata tal-irkupru tal-materjali

 

Frazzjoni

Output iġġenerat fl-Istati Membri (tunnellati)

Output iġġenerat f’pajjiżi terzi b’kundizzjonijiet ekwivalenti kkonfermati (tunnellati)  (2)

Output totali (tunnellati)

8

Ċomb (Pb)

 

 

 

9

Aċidu sulfuriku xott (H2SO4)

 

 

 

10

Plastik

 

 

 

11

Azzar

 

 

 

12

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Totali

 

 

 

Ringiela 7: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 2 sa 6.

Ringiela 13: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 8 sa 12.


Tabella 2

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali tal-batteriji abbażi tal-litju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

Piż totali fis-sena ta’ rappurtar (tunnellati)

 

 

 

1

Skart ta’ batteriji abbażi tal-litju kkonsenjati għar-riċiklaġġ

 

 

 

Dħul: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala input fil-proċess ta’ riċiklaġġ

2

Kobalt (Co)

 

 

 

3

Ram (Cu)

 

 

 

4

Litju (Li)

 

 

 

5

Nikil (Ni)

 

 

 

6

Manganiż (Mn)

 

 

 

7

Aluminju (Al)

 

 

 

8

Azzar

 

 

 

9

Plastik

 

 

 

10

Ossiġenu (O2)

 

 

 

11

Karbonju minn sorsi tal-karbonju fil-livell taċ-ċelluli (C)

 

 

 

12

Ħadid minn sorsi tal-ħadid fil-livell taċ-ċelluli (Fe)

 

 

 

13

Fosfru (P)

 

 

 

14

Kloru (Cl)

 

 

 

15

Kubrit (S)

 

 

 

16

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

Totali

 

 

 


 

 

 

 

2

3

4

Output: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala output tal-proċess ta’ riċiklaġġ li jqisu r-rata tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ u r-rata tal-irkupru tal-materjali

 

Frazzjoni

Output iġġenerat fl-Istati Membri (tunnellati)

Output iġġenerat f’pajjiżi terzi b’kundizzjonijiet ekwivalenti kkonfermati (tunnellati)  (4)

Output totali (tunnellati)

18

Kobalt (Co)

 

 

 

19

Ram (Cu)

 

 

 

20

Litju (Li)

 

 

 

21

Nikil (Ni)

 

 

 

22

Manganiż (Mn)

 

 

 

23

Aluminju (Al)

 

 

 

24

Azzar

 

 

 

25

Plastik

 

 

 

26

Ossiġenu (O2)

 

 

 

27

Karbonju minn sorsi tal-karbonju fil-livell taċ-ċelluli (C)

 

 

 

28

Ħadid minn sorsi tal-ħadid fil-livell taċ-ċelluli (Fe)

 

 

 

29

Fosfru (P)

 

 

 

30

Kloru (Cl)

 

 

 

31

Kubrit (S)

 

 

 

32

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

33

Totali

 

 

 

Ringiela 17: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 2 sa 16.

Ringiela 33: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 18 sa 32.


Tabella 3

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru tal-materjali tal-batteriji tan-nikil u tal-kadmju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

Piż totali fis-sena ta’ rappurtar (tunnellati)

 

 

 

1

Skart ta’ batteriji tan-nikil u l-kadmju kkonsenjat għar-riċiklaġġ

 

 

 

Dħul: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala input fil-proċess ta’ riċiklaġġ

2

Kobalt (Co)

 

 

 

3

Ram (Cu)

 

 

 

4

Ċomb (Pb)

 

 

 

5

Litju (Li)

 

 

 

6

Nikil (Ni)

 

 

 

7

Manganiż (Mn)

 

 

 

8

Aluminju (Al)

 

 

 

9

Azzar

 

 

 

10

Elettrolit (KOH)

 

 

 

11

Elettrolit (NaOH)

 

 

 

12

Plastik

 

 

 

13

Kadmju (Cd)

 

 

 

13

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

Totali

 

 

 


 

 

 

 

2

3

4

Output: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala output tal-proċess ta’ riċiklaġġ li jqisu r-rata tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ u r-rata tal-irkupru tal-materjali

 

Frazzjoni

Output iġġenerat fl-Istati Membri (tunnellati)

Output iġġenerat f’pajjiżi terzi b’kundizzjonijiet ekwivalenti kkonfermati (tunnellati)  (6)

Output totali (tunnellati)

15

Kobalt (Co)

 

 

 

16

Ram (Cu)

 

 

 

17

Ċomb (Pb)

 

 

 

18

Litju (Li)

 

 

 

19

Nikil (Ni)

 

 

 

20

Manganiż (Mn)

 

 

 

21

Aluminju (Al)

 

 

 

22

Azzar

 

 

 

23

Elettrolit (KOH)

 

 

 

24

Elettrolit (NaOH)

 

 

 

25

Plastik

 

 

 

26

Kadmju (Cd)

 

 

 

27

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

28

Totali

 

 

 

Ringiela 14: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 2 sa 13

Ringiela 28: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 15 sa 27


Tabella 4

Effiċjenza tar-riċiklaġġ u tal-irkupru ta’ materjali tar-riċiklaġġ ta’ skart ieħor ta’ batteriji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

Piż totali fis-sena ta’ rappurtar (tunnellati)

 

 

 

1

Skart ieħor ta’ batteriji kkonsenjat għar-riċiklaġġ

 

 

 

Dħul: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala input fil-proċess ta’ riċiklaġġ

2

Kobalt (Co)

 

 

 

3

Ram (Cu)

 

 

 

4

Ċomb (Pb)

 

 

 

5

Litju (Li)

 

 

 

6

Nikil (Ni)

 

 

 

7

Manganiż (Mn)

 

 

 

8

Aluminju (Al)

 

 

 

9

Azzar

 

 

 

10

Elettrolit (KOH)

 

 

 

11

Elettrolit (NaOH)

 

 

 

12

Plastik

 

 

 

13

Ossiġenu (O2)

 

 

 

14

Karbonju minn sorsi tal-karbonju fil-livell taċ-ċelluli (C)

 

 

 

15

Ħadid minn sorsi tal-ħadid fil-livell taċ-ċelluli (Fe)

 

 

 

16

Fosfru (P)

 

 

 

17

Kloru (Cl)

 

 

 

18

Kubrit (S)

 

 

 

19

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

Totali

 

 

 


 

 

 

 

2

3

4

Output: Frazzjonijiet li jingħaddu bħala output tal-proċess ta’ riċiklaġġ li jqisu r-rata tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ u r-rata tal-irkupru tal-materjali

 

Frazzjoni

Output iġġenerat fl-Istati Membri (tunnellati)

Output iġġenerat f’pajjiżi terzi b’kundizzjonijiet ekwivalenti kkonfermati (tunnellati)  (8)

Output totali (tunnellati)

21

Kobalt (Co)

 

 

 

22

Ram (Cu)

 

 

 

23

Ċomb (Pb)

 

 

 

24

Litju (Li)

 

 

 

25

Nikil (Ni)

 

 

 

26

Manganiż (Mn)

 

 

 

27

Aluminju (Al)

 

 

 

28

Azzar

 

 

 

29

Elettrolit (KOH)

 

 

 

30

Elettrolit (NaOH)

 

 

 

31

Plastik

 

 

 

32

Ossiġenu (O2)

 

 

 

33

Karbonju minn sorsi tal-karbonju fil-livell taċ-ċelluli (C)

 

 

 

34

Ħadid minn sorsi tal-ħadid fil-livell taċ-ċelluli (Fe)

 

 

 

35

Fosfru (P)

 

 

 

36

Kloru (Cl)

 

 

 

37

Kubrit (S)

 

 

 

38

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) (7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

39

Totali

 

 

 

Ringiela 20: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 2 sa 19.

Ringiela 39: Is-somma tal-valuri mir-ringieli 21 sa 38.


(1)  Jekk meħtieġ, żid ċelloli oħra biex tispeċifika elementi jew komposti oħra.

(2)  F’konformità mal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542.

(3)  Jekk meħtieġ, żid ċelloli oħra biex tispeċifika elementi jew komposti oħra.

(4)  F’konformità mal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542.

(5)  Jekk meħtieġ, żid ċelloli oħra biex tispeċifika elementi jew komposti oħra.

(6)  F’konformità mal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542

(7)  Jekk meħtieġ, żid ċelloli oħra biex tispeċifika elementi jew komposti oħra.

(8)  F’konformità mal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542.


ANNESS III

Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità mehmuż mad-data msemmija fl-Anness I

PARTI 1

Informazzjoni Ġenerali

Stat Membru

 

Titolu

Rapport ta’ verifika tal-kwalità għad-data sottomessa għall-finijiet tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2023/1542

Organizzazzjoni li tippreżenta d-data u r-rapport ta’ verifika tal-kwalità

 

Persuna ta’ kuntatt / dettalji ta’ kuntatt

 

Sena tar-rapportar

 

Data tas-sottomissjoni / verżjoni tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità

 

Talba għall-kunfidenzjalità

Dan ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità għandu jkun disponibbli

—

għall-pubbliku (fuq il-paġna web tal-Kummissjoni):

☐ Iva / ☐ Iva, bl-eċċezzjoni ta’ taqsima speċifika/taqsimiet speċifiċi għal raġunijiet speċifiċi; jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni espliċita dwar liema taqsima (jew taqsimiet) għandha tkun kunfidenzjali u l-ġustifikazzjoni (jew ġustifikazzjonijiet) għall-kunfidenzjalità:___________

—

lill-membri tal-Kumitat għall-Adattament Tekniku (TAC, Technical Adaptation Committee) u l-Grupp ta’ Esperti dwar l-iskart:

☐ Iva / ☐ Iva, bl-eċċezzjoni ta’ taqsima/taqsimiet għal raġunijiet speċifiċi; jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni espliċita dwar liema taqsima (jew taqsimiet) għandha tkun kunfidenzjali u l-ġustifikazzjoni (jew ġustifikazzjonijiet) għall-kunfidenzjalità:___________

☐ Le, la fuq il-paġna web tal-Kummissjoni, u lanqas għall-membri tat-TAC.

Jekk le, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni espliċita dwar ir-raġunijiet għall-kunfidenzjalità tar-rapport kollu: _________________________________

PARTI 2

Sorsi tad-data, proċess ta’ validazzjoni tad-data u kopertura

A.   KWANTITÀ TA’ BATTERIJI MQIEGĦDA FIS-SUQ GĦALL-EWWEL DARBA FI STAT MEMBRU U SKART TA’ BATTERIJI MIĠBUR U TTRATTAT

A.1.   Esklużjoni ta’ batteriji li jkunu telqu mit-territorju qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali mill-ammont ta’ batteriji mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru

Jekk jogħġbok iddeskrivi kif jiġi ttraċċat li l-batteriji li jkunu telqu mit-territorju tal-Istat Membru fis-sena ta’ rapportar qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali huma esklużi f’konformità mal-Artikolu 76(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1542. Jekk jogħġbok agħti dettalji dwar liema esklużjoni tal-batteriji mhix ċara, jekk hemm, u r-raġunijiet għal nuqqas possibbli ta’ esklużjoni.

A.2.   Skart ta’ batteriji miġbur

Jekk jogħġbok iddeskrivi kif issir distinzjoni bejn id-data dwar il-kimiki tal-iskart ta’ batteriji miġbur u kif jiġi żgurat li eż. il-batteriji tal-istartjar, tat-tidwil u tat-tqabbid taċ-ċomb u tal-aċidu, il-batteriji industrijali tan-nikil u tal-kadmju u l-batteriji bbażati fuq il-litju tal-vetturi elettriċi ma jitħalltux.

A.3.   Skart ta’ batteriji miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop ġdid

Jekk jogħġbok iddeskrivi jekk u kif l-ammont ta’ skart ta’ batteriji miġbur, li jinħażen temporanjament qabel ma jiġi esportat lejn pajjiżi terzi għar-riċiklaġġ, il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew il-preparazzjoni għal skop differenti huwa traċċat u kemm huwa żgurat rappurtar preċiż matul snin ta’ rappurtar differenti.

B.   TRATTAMENT, RATI TA’ EFFIĊJENZA TAR-RIĊIKLAĠĠ U RATI TAL-IRKUPRU TA’ MATERJALI

B.1.   Sistemi ta’ trattament u kundizzjonijiet operattivi

Jekk jogħġbok iddeskrivi b’mod ġenerali s-sistemi tat-trattament tal-iskart ta’ batteriji disponibbli (nazzjonalment u/jew barra mill-Istat Membru) għall-batteriji tal-Istat Membru u pprovdi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-trattament operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 70 u fl-Anness XII, il-Parti A, tar-Regolament (UE) 2023/1542.

B.2.   Frazzjonijiet tal-output iġġenerati barra l-Istat Membru

Jekk il-kwantitajiet tal-iskart ta’ batteriji jiġu ttrattati fi Stati Membri oħra u/jew f’pajjiżi terzi, jekk jogħġbok speċifika kif jiġi żgurat u ttraċċat li l-frazzjonijiet tal-output iġġenerati jiġu ddikjarati u kkunsidrati b’mod korrett għall-kalkolu tar-rati tal-irkupru tal-materjali u r-rati tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ.

B.3.   Aggregazzjoni tad-data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ

Jekk jogħġbok iddeskrivi kif id-data dwar il-frazzjonijiet tal-input u tal-output tar-riċiklaġġ tiġi aggregata biex jiġu kkalkulati r-rati tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ fuq livell nazzjonali.

B.4.   Aggregazzjoni tad-data dwar l-irkupru tal-materjali

Jekk jogħġbok iddeskrivi kif id-data dwar il-frazzjonijiet tal-input u tal-output tal-materjali tiġi aggregata biex jiġu kkalkulati r-rati tal-irkupru tal-materjali fuq livell nazzjonali.

C.   SORSI TAD-DATA

Għas-settijiet ta’ data speċifikati li ġejjin, jekk jogħġbok iddeskrivi s-sorsi tad-data (eż. data amministrattiva, statistika nazzjonali, data mill-operaturi tal-iskart u/jew produtturi/organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi (PROs, producer responsibility organisations), obbligi ta’ rapportar tan-negozju, valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi, eċċ.) li pprovdew id-data għal kull sett ta’ data

C.1.    Data dwar il-batteriji imqiegħdin fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru (għall-kategoriji kollha)

C.2.    Data dwar l-iskart ta’ batteriji miġbur (għall-kategoriji kollha)

C.3.    Data dwar l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tal-iskart ta’ batteriji għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għar-riċiklaġġ, preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għal skop ġdid (għall-kategoriji kollha)

C.4.    Data dwar l-iskart ta’ batteriji industrijali u tal-vetturi elettriċi kkonsenjat għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal skop differenti

C.5.    Data dwar l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji (għall-kimika kollha)

C.6.    Data dwar l-irkupru ta’ materjali tal-iskart ta’ batteriji (għall-materjali kollha)

D.   KWALITÀ U VALIDAZZJONI TAD-DATA

D.1.   Kwalità tas-sorsi tad-data u tal-istimi

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kwalità (jiġifieri l-preċiżjoni u l-affidabbiltà) tad-data għall-kategoriji differenti ta’ batteriji, il-kimika u t-tipi ta’ data (inkluż kif il-kwalità tad-data hija garantita, l-isfidi bil-kwalità tad-data u kif l-Istat Membru biħsiebu jtejjeb il-kwalità tad-data fil-futur).

D.2.   Proċess ta’ validazzjoni għall-preċiżjoni tad-data

Jekk jogħġbok iddeskrivi kif l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-data għall-kisba tal-miri tal-effiċjenza tal-ġbir u tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tal-materjali. Fid-deskrizzjoni, jekk jogħġbok indika kif tiġi vvalidata d-data aggregata minn produtturi u operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart differenti.

D.3.   Separazzjoni tal-batteriji fil-kategorija korretta

Jekk jogħġbok iddeskrivi liema proċessi huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-batteriji kollha jiġu sseparati fil-kategoriji korretti ta’ batteriji u li d-data għal kategorija partikolari tal-batteriji ma tinkludix batteriji ta’ kategorija oħra ta’ batteriji. Eż. kif jiġi żgurat li l-batteriji industrijali li jiżnu inqas minn 5 kg ma jiġux ikkategorizzati b’mod skorrett bħala batteriji portabbli u ma jitqisux b’mod skorrett għar-rata tal-ġbir tal-batteriji portabbli? Jekk jogħġbok iddeskrivi kif tiġi vverifikata l-kategorizzazzjoni.

E.   KOMPLETEZZA U KOPERTURA TAD-DATA

E.1.   Ġenerali

Liema perċentwal tal-batteriji miġbura u ttrattati huwa kopert jew stmat li huwa kopert mill-iskema ta’ rapportar u x’inhuma l-lakuni sistematiċi ewlenin fid-data (eż. PRO jew kumpanija speċifika ma pprovdietx sett ta’ data (komplut); il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew il-preparazzjoni għal skop differenti mhijiex koperta jew hija biss parzjalment koperta; sors ta’ data speċifiku jkun nieqes jew mhux komplut; eċċ.)? Iddeskrivi l-miżuri li qed jittieħdu biex jirrimedjaw in-nuqqas li tiġi pprovduta d-data meħtieġa.

E.2.   Diffikultajiet fil-ġbir tad-data minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz

Jekk jogħġbok indika liema diffikultajiet, jekk kien hemm, ġew esperjenzati fil-ġbir tad-data minn operaturi tat-trattament li jinsabu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. Jekk jogħġbok iddeskrivi d-diffikultajiet, inklużi r-raġunijiet possibbli tagħhom, u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet.

F.   PLAWŻIBBILTÀ TAD-DATA

Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’ hawn taħt jekk seħħitx xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin. Jekk it-tweġiba għal xi waħda jew aktar mill-mistoqsijiet hi iva, agħti aktar informazzjoni fuq l-okkorrenza u raġunijiet tagħha.

Mistoqsija

Tweġiba

F.1.

Il-kwantità ta’ batteriji minn kategorija miġbura hija ogħla mill-kwantità ta’ batteriji minn dik il-kategorija li tqiegħdet fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru.

Iva / Le

F.2.

Ir-rata tal-ġbir għall-iskart ta’ batteriji portabbli taqbeż id-90 %

Iva / Le

F.3.

Ir-rata tal-ġbir għall-iskart ta’ batteriji LMT taqbeż it-80 %

Iva / Le

F.4.

Il-kwantità ta’ batteriji minn kategorija u kimika esportati lejn pajjiżi terzi għar-riċiklaġġ, il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew il-preparazzjoni għal skop differenti hija ogħla mill-kwantità ta’ batteriji minn dik il-kategorija u l-kimika miġbura.

Iva / Le

F.5.

Il-kwantità ta’ batteriji minn kimika fornuta għar-riċiklaġġ u meqjusa fl-effiċjenza tar-riċiklaġġ hija ogħla mill-kwantità tal-batteriji kollha minn dik il-kimika miġbura.

Iva / Le

F.6.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ għall-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu taqbeż id-90 %.

Iva / Le

F.7.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ għall-batteriji bbażati fuq il-litju taqbeż it-80 %.

Iva / Le

F.8.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ għall-batteriji tan-nikil u tal-kadmju taqbeż il-95 %.

Iva / Le

F.9.

L-effiċjenza tar-riċiklaġġ għal skart ieħor ta’ batteriji taqbeż il-75 %.

Iva / Le

F.10.

Ir-rata ta’ rkupru tal-materjali għall-kobalt, ir-ram, iċ-ċomb jew il-litju taqbeż id-99 %.

Iva / Le

F.11.

Ir-rata tal-irkupru tal-materjali għal-litju taqbeż is-70 %.

Iva / Le

F.12.

Waqfa fis-serje taż-żmien (bidliet sinifikanti fl-ammonti rrappurtati tul iż-żmien)

Iva / Le

G.   DIFFERENZI JEW DEVJAZZJONIJIET OĦRA META MQABBLA MAR-RAPPORTAR FIS-SNIN TA’ QABEL

F’każ li sseħħ varjazzjoni sinifikanti mid-data sottomessa għas-sena ta’ rapportar preċedenti, jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjonijiet bid-dettalji tad-differenza fit-tunnellaġġ u l-kawżi tad-differenza għal kwalunkwe tip ta’ data (batteriji mqiegħda fis-suq, skart ta’ batteriji miġbur, effiċjenza tar-riċiklaġġ, irkupru ta’ materjali, eċċ.), kategorija ta’ batteriji, kimika tal-batteriji u/jew materjal.

H.   SITI WEB, DOKUMENTI TA’ REFERENZA U PUBBLIKAZZJONIJIET NAZZJONALI EWLENIN

Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe data jew sors ta’ data rilevanti ieħor mhux indikat fil-mistoqsijiet ta’ hawn fuq, inklużi: dokumenti ta’ referenza li jistgħu jitniżżlu għas-sorsi tad-data (eż. minn PROs, manifatturi speċifiċi, riċiklaturi, eċċ.); rapporti li jindirizzaw aspetti tal-kwalità jew tal-kopertura tad-data; rapporti dwar l-aħjar prattika f’dawk li huma l-ġbir u t-trattament tal-batteriji; rapporti dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-batteriji; rapporti li jindirizzaw l-infurzar, bħal minn PROs dwar il-kisbiet fir-rigward tal-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-batteriji; u kwalunkwe sors tad-data ieħor jew informazzjoni li għandha x’taqsam mal-batteriji għar-rappurtar nazzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2289/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)