European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3492

1.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12469 – MUNICH RE / OAKTREE / PARTNERSHIP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3492)

1.   

Fl-24 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ERGO Private Capital Gesundheit GmbH (“ERGO”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Münchener Rückversicherungs-Gesellschaft Aktiengesellschaft f’München (“Munich RE”, il-Ġermanja),

—

Saturn Holdco S.A.U. (“Saturn”, Spanja), ikkontrollata minn ċerti fondi ġestiti minn Oaktree Capital Holdings, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti), li min-naħa tagħha hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Oaktree Capital Group Holdings GP, LLC (l-Istati Uniti) u Brookfield Corporation (il-Kanada),

—

Portafoll għall-akkomodazzjoni tal-proprjetà immobbli affordabbli (“Portafoll tad-Djar”, Spanja), li bħalissa huwa proprjetà ta’ Oaktree.

Munich RE u Oaktree se jakkwistaw skont it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Housing Portfolio.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

ERGO għandha u tinvesti f’ditti domestiċi u barranin ta’ ekwità privata u hija parti minn ERGO Group AG, grupp tal-assigurazzjoni Ġermaniż b’attivitajiet madwar id-dinja. Munich RE hija kumpanija internazzjonali tar-(ri)assigurazzjoni,

—

Saturn hija involuta fil-parteċipazzjoni, il-ġestjoni, il-koordinazzjoni u l-finanzjament ta’ parteċipazzjonijiet f’kumpaniji u strutturi ta’ investiment oħra primarjament fi Spanja. Oaktree hija ditta globali ta’ ġestjoni tal-investiment li tinvesti f’dejn moruż, bonds b’rendiment għoli, titoli konvertibbli u prodotti finanzjarji u ta’ proprjetà immobbli oħra. Brookfield hija ditta ta’ investiment globali b’attivitajiet fil-ġestjoni tal-assi, is-soluzzjonijiet tal-ġid, l-infrastruttura, l-enerġija, l-ekwità privata, u l-proprjetà immobbli.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Housing Portfolio se jkunu dawn li ġejjin: is-sjieda u l-kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali f’ċerti bliet Spanjoli, inkluż Madrid, Benidorm u Valenzja. Bħalissa għandha madwar 2 500 dar affordabbli fi Spanja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12469 — MUNICH RE / OAKTREE / PARTNERSHIP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3492/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)