|
17.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8305 — Rockwell Collins/B/E Aerospace)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 82/05)
|
1. |
Fit-8 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Rockwell Collins (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża B/E Aerospace (l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-2 ta’ Frar 2017, iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fil-15 ta’ Frar 2017. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jbagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8305 — Rockwell Collins/B/E Aerospace, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).