|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2222 |
1.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2222
tat-28 ta’ Settembru 2026
li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Awstrija,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tas-Sa Helga BERGER skada fil-31 ta’ Lulju 2026. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija pproponiet li s-Sur Gerald LOACKER jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2026 sat-30 ta’ Settembru 2032. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Gerald LOACKER huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2026 sal-30 ta’ Settembru 2032.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Opinjoni tas-16 ta’ Settembru 2026 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2222/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)