31998R1009



Official Journal L 145 , 15/05/1998 P. 0008 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1009/98

ta’ l-14 ta’ Mejju 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1372/95 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-esportazzoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [2], u b’mod speċjali l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1372/95 [3], kif l-aħħar emendat mir- Regolament (KE) Nru 2370/96 [4], jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-esportazzoni fis-settur tal-laħam tat-tjur;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 604/98 [6], jistabilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq prodotti agrikoli; billi l-Artikolu 3 tiegħu jiddefinixxi l-jum ta’ l-esportazzjoni; billi t-test tar-Regolament (KE) Nru 1372/95 għandu jiġi emendat biex ikun jaqbel ma’ dik id-definizzjoni;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2448/95 ta’ l-10 ta’ Ottubru 1995 jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [7] jistabilixxi suddiviżjonijiet ġodda tal-kodiċi NM 0105 b’effett mill-1 ta’ Jannar 1996; billi l-Artikoli 1 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1372/95 għandhom għalhekk jiġu aġġustati;

Billi l-Artikoli 4 u 9 ta’ u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1372/95 fihom żbalji li għandhom jiġu rranġati;

Billi l-limitu taż-żmien biex l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-applikazzonijiet għal liċenzi ta’ l-esportazzoni "ex-posta" għandu jkun l-istess bħal dak ta’ liċenzi oħra għall-esportazzoni;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni tal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1372/95 qiegħed b’hekk jiġi emendat skond kif ġej:

1. fl-Artikoli 1 u 9 (1), "il-kodiċijiet NM 010511 u 010519" qed jinbidlu bil-"kodiċijiet NM 010511, 010512 u 010519";

2. fl-Artikolu 4(3)(a), ir-referenzi għas-Sezzonijiet 17 u 18 qed jinbidlu bir-referenzi għas-Sezzonijiet 15 u 16;

3. fl-Artikolu 9:

(a) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2:

- ir-referenza għas-Sezzoni 22 qed tinbidel bir-referenza għas-Sezzjoni 20,

- il-frażi "id-data li fiha seħħew" qed tinbidel b‘id- data ta’ l-esportazzoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87’;

(b) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-ewwel sentenza qed tinbidel b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, kull nhar ta’ Ġimgħa mis-1 p.m. ‘l quddiem, permezz tal-fax, kemm saru jew ma sarux applikazzonijiet għal-liċenzi ta’ l-esportazzoni "ex-posta", matul dik il-ġimgħa."

(ċ) fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu qed jinbidel b’dan li ġej:

"Din il-liċenza tintitola għall-ħlas ta’ rifużjoni li tgħodd fil-jum ta’ l-esportazzoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87."

4. fl-Anness II, il-Parti A, "ECU/100 kg" qed tinbidel "b’ECU/100 kg jew 100 biċċa";

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

[2] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.

[3] ĠU L 133, tas-17.6.1995, p. 26.

[4] ĠU L 323, tat-13.12.1996, p. 12.

[5] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

[6] ĠU L 80, tat-18.3.1998, p. 19.

[7] ĠU L 259, tat-30.10.1995, p. 1.

--------------------------------------------------