Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU IV - Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni - Artikolu 65
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0068 - 0069
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0059 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0203 - Consolidated version
Artikolu 65 Il-Miżuri fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 67 u sa fejn ikun meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, għandhom jinkludu: a) it-titjib u s-simplifikazzjoni: - tas-sistema tan-notifiki f'pajjiż ieħor ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji; - tal-kooperazzjoni fil-mod kif jiġu akkwiżiti l-provi; - tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ċivili u kummerċjali, inklużi deċiżjonijiet f’każijiet exta-ġudizzjarji; b) il-promozzjoni tal-kumpatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt bejn il-liġijiet u l-ġurisdizzjonijiet; ċ) l-eliminazzjoni ta’ ostakoli għall-funzjonament tajjeb ta’ proċeduri ċivili, jekk meħtieġ bil-promozzjoni tal-kumpatibilità tar-regoli tal-proċeduri ċivili applikabbli fl-Istati Membri. --------------------------------------------------