IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.7.2021
COM(2021) 460 final
2021/0226(BUD)
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 5
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2021
Appoġġ umanitarju għar-refuġjati fit-Turkija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.7.2021
COM(2021) 460 final
2021/0226(BUD)
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 5
TAL-BAĠIT ĠENERALI 2021
Appoġġ umanitarju għar-refuġjati fit-Turkija
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
–Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, kif adottat fit-18 ta’ Diċembru 2020 3 ,
–baġit emendatorju Nru 1/2021 4 , adottat fit-18 ta’ Mejju 2021,
–baġit emendatorju Nru 1/2021 5 , adottat fit-22 ta’ Jannar 2021,
–baġit emendatorju Nru 3/2021 6 , adottat fil-15 ta’ April 2021,
–baġit emendatorju Nru 4/2021 7 , adottat fit-2 ta’ Lulju 2021,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 5/2021 tal-baġit tal-2021.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL SKONT IT-TAQSIMA
It-tibdil fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).
Werrej
1. Introduzzjoni
2. Appoġġ umanitarju għar-refuġjati fit-Turkija
3. Finanzjament
4. Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1. Introduzzjoni
L-għan tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 5 għas-sena 2021 huwa li jipprovdi appoġġ kontinwu lil dawk l-aktar vulnerabbli mill-madwar 3,7 miljun refuġjat fit-Turkija bħala konsegwenza tal-kriżi tas-Sirja. Dan l-ABE jirrappreżenta l-ewwel komponent tal-proposti formali tal-Kummissjoni għall-kontinwazzjoni tal-finanzjament għar-refuġjati Sirjani u l-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, il-Ġordan, il-Libanu u partijiet oħra tar-reġjun fil-kuntest tal-politika ġenerali tal-UE dwar il-migrazzjoni. Taħt l-intestatura 6 tal-QFP “Viċinat u d-Dinja”, qed jintalbu EUR 149,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-appoġġ umanitarju lir-refuġjati fit-Turkija. L-ebda approprjazzjoni ta’ pagament addizzjonali ma hija mitluba għal dan il-għan fl-2021.
2. Appoġġ umanitarju għar-refuġjati fit-Turkija
It-Turkija bħalissa tospita l-akbar popolazzjoni ta’ refuġjati fid-dinja — kważi 4,1 miljun ruħ. Madwar 3,7 miljun minnhom huma Sirjani li ħarbu mill-kunflitt li għaddej li ilu jolqot lil pajjiżhom għal aktar minn 10 snin. Is-sitwazzjoni tista’ tiggrava skont l-iżviluppi fl-Afganistan. Il-maġġoranza l-kbira tar-refuġjati fit-Turkija jgħixu barra mill-kampijiet, b’aċċess dejjem jikber iżda limitat għas-servizzi bażiċi. L-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Torok, kienet qed tassisti lill-persuni l-aktar vulnerabbli abbażi tal-ħtiġijiet umanitarji.
Wara d-Dikjarazzjoni UE-Turkija ffirmata mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE u l-kontroparti Torka tagħhom fit-18 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom f’żewġ porzjonijiet ta’ EUR 6 biljun f’assistenza mill-UE lir-refuġjati fit-Turkija għall-2016–2019, mogħtija permezz tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija. Il-pakkett operattiv ta’ dan il-finanzjament ġie impenjat u kkuntrattat b’mod sħiħ. L-iżborżi laħqu EUR 4,2 biljun sal-aħħar ta’ Mejju 2021 f’konformità mal-ippjanar.
Il-pubblikazzjoni tal-ħames rapport annwali dwar il-Faċilità tal-UE għar-refuġjati fit-Turkija 8 tagħti evidenza tar-riżultati miksuba s’issa, u kemm il-Faċilità hija vitali fl-appoġġ għar-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti fit-Turkija.
Fl-2020, EUR 485 miljun mill-baġit tal-UE (mill-marġni taħt l-intestatura tan-nefqa tal-Intestatura 4 “Ewropa Globali” u l-Marġni ta’ Kontinġenza) ġew allokati fil-baġit emendatorju 5/2020 9 biex ikunu jistgħu jitkomplew iż-żewġ programmi ewlenin umanitarji ewlenin — is-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza (ESSN) u t-Trasferiment Kondizzjonali tal-Flus għall-Edukazzjoni (CCTE).
Il-Kummissjoni se tressaq proposti għall-kontinwazzjoni tal-finanzjament għar-refuġjati Sirjani u l-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, il-Ġordan, il-Libanu u partijiet oħra tar-reġjun. Dan l-ABE jipproponi t-tisħiħ meħtieġ biex jiġi stabbilit il-komponent umanitarju ta’ dan il-pakkett ta’ appoġġ għar-refuġjati fit-Turkija.
Bħala parti mill-istrateġija ta’ tranżizzjoni minn assistenza umanitarja għal assistenza għall-iżvilupp u l-istrateġija ta’ transizzjoni għall-perijodu aktar fit-tul mal-awtoritajiet Torok, it-Trasferiment Kondizzjonali ta’ Flus Kontanti għall-Edukazzjoni (CCTE) ser transizzjoni għal assistenza għall-iżvilupp fi tmiem is-sena skolastika 2021/2022 sa nofs l-2022. Madankollu, it-tranżizzjoni tas-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza (ESSN) għall-assistenza għall-iżvilupp hija ppjanata li sseħħ fil-bidu tal-2023, jiġifieri lil hinn mill-iskadenza tal-ftehim attwali f’Marzu 2022. Għalhekk, madwar EUR 325 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn huma meħtieġa biex tiġi estiża l-kopertura tal-appoġġ tal-ESSN — li jipprovdi trasferimenti ta’ flus kontanti kull xahar għal aktar minn 1,8 miljun refuġjat — minn Marzu 2022 sal-bidu tal-2023.
Il-Kummissjoni tipproponi li tiffinanzja l-estensjoni ta’ dan l-appoġġ billi tuża l-marġni tal-Intestatura 6 li jifdal fl-2021, bil-bilanċ jiġi mill-pakkett tal-Għajnuna Umanitarja fl-2021 u l-2022.
|
Linja baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta’ impenn |
Approprjazzjonijiet ta’ pagament |
|
14 03 01 |
Għajnuna Umanitarja |
149 643 796 |
|
|
Total |
149 643 796 |
||
3. Finanzjament
Minbarra l-użu tal-pakkett ta’ Għajnuna Umanitarja eżistenti, attwalment ma hemm l-ebda possibbiltà oħra ta’ riallokazzjoni taħt l-Intestatura 6 tal-QFP. Minbarra l-EUR 100,4 miljun li għandhom jiġu impenjati taħt il-pakkett ta’ Għajnuna umanitarja din is-sena, il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-marġni sħiħ mhux allokat taħt din l-intestatura ta’ EUR 149,6 miljun biex tiffinanzja l-appoġġ umanitarju urġenti għar-refuġjati fit-Turkija. Il-bilanċ meħtieġ — attwalment stmat għal EUR 75 miljun — se jiġi impenjat mil-linja baġitarja tal-Għajnuna Umanitarja fl-2022.
L-ebda approprjazzjoni ta’ pagament addizzjonali ma hija mitluba taħt il-baġit tal-2021. Madankollu, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament biex ikopru t-tisħiħ propost tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2021 se jkunu meħtieġa fl-2022 u l-2023. L-impatt fuq il-pagamenti tal-2022 se jiġi inkorporat fl-ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit tal-2022 f’Ottubru 2021.
4. Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
F’EUR
|
|
Baġit 2021 (inkl. BE 1/2021, ABE 1-3-4/2021) |
Abbozz ta' Baġit Emendatorju 5/2021 |
Baġit 2021 (inkl. BE 1/2021, ABE 1-3-4-5/2021) |
||||
|
AI |
AP |
AI |
AP |
AI |
AP |
||
|
1. |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
20 816 559 767 |
17 191 887 232 |
|
|
20 816 559 767 |
17 191 887 232 |
|
|
Limitu massimu |
20 919 000 000 |
|
|
|
20 919 000 000 |
|
|
|
Marġini |
102 440 233 |
|
|
|
102 440 233 |
|
|
2. |
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri |
53 077 938 534 |
66 361 525 904 |
|
|
53 077 938 534 |
66 361 525 904 |
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
292 422 534 |
|
|
|
292 422 534 |
|
|
|
Limitu massimu |
52 786 000 000 |
|
|
|
52 786 000 000 |
|
|
|
Marġini |
484 000 |
|
|
|
484 000 |
|
|
2a. |
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
48 190 516 000 |
61 867 897 545 |
|
|
48 190 516 000 |
61 867 897 545 |
|
|
Limitu massimu |
48 191 000 000 |
|
|
|
48 191 000 000 |
|
|
|
Marġini |
484 000 |
|
|
|
484 000 |
|
|
2b. |
Reżiljenza u valuri |
4 887 422 534 |
4 493 628 359 |
|
|
4 887 422 534 |
4 493 628 359 |
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
292 422 534 |
|
|
|
292 422 534 |
|
|
|
Limitu massimu |
4 595 000 000 |
|
|
|
4 595 000 000 |
|
|
|
Marġini |
|
|
|
|
|
|
|
3. |
Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent |
58 570 566 908 |
56 806 203 452 |
|
|
58 570 566 908 |
56 806 203 452 |
|
|
Limitu massimu |
58 624 000 000 |
|
|
|
58 624 000 000 |
|
|
|
Marġini |
53 433 092 |
|
|
|
53 433 092 |
|
|
|
Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti |
40 367 954 000 |
40 353 742 883 |
|
|
40 367 954 000 |
40 353 742 883 |
|
|
Sottolimitu massimu tal-FAEG |
40 925 000 000 |
|
|
|
40 925 000 000 |
|
|
|
Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġini |
|
|
|
|
|
|
|
|
Trasferimenti nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR |
557 046 000 |
|
|
|
557 046 000 |
|
|
|
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sottolimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR) |
40 367 954 000 |
|
|
|
40 367 954 000 |
|
|
|
Sottomarġini tal-FAEG |
|
|
|
|
|
|
|
4. |
Il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri |
2 278 829 759 |
2 686 245 978 |
|
|
2 278 829 759 |
2 686 245 978 |
|
|
Limitu massimu |
2 467 000 000 |
|
|
|
2 467 000 000 |
|
|
|
Marġini |
188 170 241 |
|
|
|
188 170 241 |
|
|
5. |
Sigurtà u Difiża |
1 709 261 441 |
670 628 243 |
|
|
1 709 261 441 |
670 628 243 |
|
|
Limitu massimu |
1 805 000 000 |
|
|
|
1 805 000 000 |
|
|
|
Marġini |
95 738 559 |
|
|
|
95 738 559 |
|
|
6. |
Il-Viċinat u d-Dinja |
16 097 356 204 |
10 811 039 356 |
149 643 796 |
|
16 247 000 000 |
10 811 039 356 |
|
|
Limitu massimu |
16 247 000 000 |
|
|
|
16 247 000 000 |
|
|
|
Marġini |
149 643 796 |
|
|
|
0 |
|
|
7. |
L-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
10 442 813 002 |
10 444 088 091 |
|
|
10 442 813 002 |
10 444 088 091 |
|
|
Limitu massimu |
10 635 000 000 |
|
|
|
10 635 000 000 |
|
|
|
Marġini |
192 186 998 |
|
|
|
192 186 998 |
|
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
8 030 324 720 |
8 031 599 809 |
|
|
8 030 324 720 |
8 031 599 809 |
|
|
Sottolimitu |
8 216 000 000 |
|
|
|
8 216 000 000 |
|
|
|
Sottomarġini |
185 675 280 |
|
|
|
185 675 280 |
|
|
Approprjazzjonijiet għall-intestaturi |
162 993 325 615 |
164 971 618 256 |
149 643 796 |
|
163 142 969 411 |
164 971 618 256 |
|
|
|
Limitu massimu |
163 483 000 000 |
166 140 000 000 |
|
|
163 483 000 000 |
166 140 000 000 |
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
292 422 534 |
836 562 086 |
|
|
292 422 534 |
836 562 086 |
|
|
Marġini |
782 096 919 |
2 004 943 830 |
|
|
632 453 123 |
2 004 943 830 |
|
|
Strumenti tematiki speċjali |
3 216 749 598 |
3 039 364 598 |
|
|
3 216 749 598 |
3 039 364 598 |
|
Total tal-approprjazzjonijiet |
166 210 075 213 |
168 010 982 854 |
149 643 796 |
0 |
166 359 719 009 |
168 010 982 854 |
|