European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2618

24.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2618

tat-23 ta’ Novembru 2023

li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3), 36(4) u 42(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu u jistabbilixxi kif iridu jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b) tiegħu, u programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c) tiegħu, u għall-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (c) tiegħu.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard tal-annimali elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod partikolari, fl-Annessi tiegħu jelenka l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard u jelenka wkoll il-programmi ta’ eradikazzjoni eżistenti obbligatorji jew fakultattivi approvati. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) u tal-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV) f’ċerti Stati Membri tagħmilha neċessarja li jiġu emendati l-Annessi VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 biex jirriflettu s-sitwazzjoni attwali.

(4)

Għall-infezzjoni bl-ADV u għall-infezzjoni bil-BTV, ċerti Stati Membri reċentement applikaw mal-Kummissjoni biex tagħtihom status ta’ ħelsien mill-mard jew biex tapprovalhom xi programm ta’ eradikazzjoni fakultattivi għal ċerti żoni tat-territorju tagħhom. Ċerti Stati Membri nnotifikaw ukoll tifqigħat tal-infezzjoni bil-BTV. Għaldaqstant, jenħtieġ li din is-sitwazzjoni tiġi riflessa fl-Annessi VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

(5)

Għall-infezzjoni bl-ADV, il-Portugall ressaq informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bl-ADV stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fir-Reġjun Awtonomu tal-Azores. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-ADV. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi elenkata fil-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandha status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-ADV.

(6)

Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, il-Belġju u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni b’diversi tifqigħat tal-infezzjoni bil-BTV is-serotip 3 li jaffettwaw it-territorju kollu ta’ dawk l-Istati Stati Membri, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħa tal-infezzjoni bil-BTV is-serotip 3 li taffettwa l-istat ta’ Nordrhein-Westfalen u Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’diversi tifqigħat tal-infezzjoni bil-BTV is-serotip 4 fil-provinċja ta’ Ciudad Real fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, li jaffettwaw ukoll il-provinċji tal-madwar ta’ Albacete, Cuenca u Toledo. Peress li t-territorju kollu tal-Belġju, it-territorju kollu tal-Ġermanja, it-territorju kollu tan-Netherlands, u partijiet ta’ dawk il-provinċji fi Spanja huma rikonoxxuti li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, tali status ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li jiġi rtirat, u l-entrati għat-territorju kollu tal-Belġju u għat-territorju kollu tan-Netherlands jenħtieġ li jitħassru, u l-entrati għall-Ġermanja u għal Spanja f’dik il-lista jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, Spanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm ta’ eradikazzjoni fakultattiv diġà approvat għaż-żona elenkata fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 biż-żieda ta’ żona li tinkludi l-provinċji kollha ta’ Albacete, Ciudad Real u Toledo fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi elenkata fl-entrata ta’ Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala żona li għandha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-BTV.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


ANNESS

L-Annessi VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness VI, il-Parti I, l-entrata li ġejja għall-Portugall tiddaħħal bejn l-entrata għall-Polonja u l-entrata għas-Slovenja:

Stat Membru

Territorju

“Il-Portugall

Região Autónoma dos Açores”

(2)

l-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Belġju titħassar;

(ii)

l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Ġermanja

It-territorju kollu ħlief Bundesland Nordrhein-Westfalen”

(iii)

l-entrata għan-Netherlands titħassar;

(iv)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Spanja

Comunidad Autónoma de Andalucía: Il-Provinċja ta’ Almería

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Granada: Alhama de Granada (Alhama/Temple), Baza (Altiplanicie Sur), Guadix (Hoya-Altiplanicie de Guadix), Huescar (Altiplanicie Norte), Iznalloz (Montes Orientales), Loja (Vega/Montes Occ.), Orgiva (Alpujarra/Valle de Lecrin), Santa Fe (Vega de Granada)

Comunidad Autónoma de Aragón

Comunidad Autónoma de Asturias

Comunidad Autónoma de Canarias Comunidad Autónoma de Cantabria

Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha:

Il-Provinċja ta’ Guadalajara

Comunidad Autónoma de Castilla y León„ minbarra ż-żoni li ġejjin:

Il-Provinċja ta’ Salamanca

Ávila, Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebreros, El Barco de Ávila, El Barraco, Navaluenga, Navarredonda de Gredos, Piedrahíta, San Pedro del Arroyo, Sotillo de la Adrada fil-Provinċja ta’ Ávila

Alcañices, Bermillo de Sayago, Puebla de Sanabria fil-Provinċja ta’ Zamora

Comunidad Autónoma de Cataluña

Comunidad Autónoma de Galicia, minbarra ż-żoni li ġejjin:

Il-Provinċja ta’ Orense

Il-Provinċja ta’ Pontevedra

Sarria, Chantada u Terra de Lemos-Quiroga fil-Provinċja ta’ Lugo

Comunidad Autónoma de La Rioja

Comunidad Autónoma de Madrid, minbarra d-distretti li ġejjin:

Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias

Comunidad Autónoma de Murcia

Comunidad Autónoma de Navarra

Comunidad Autónoma de País Vasco

Comunidad Autónoma de Valencia”

(b)

il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI II

L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-BTV

Stat Membru

Territorju

Id-data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

Spanja

Comunidad Autónoma de Andalucía:

Il-Provinċji ta’ Cádiz, Córdoba, Huelva, Jáén, Málaga, Sevilla

Il-Provinċja ta’ Granada: Motril (Costa de Granada)

Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha, minbarra l-Provinċja ta’ Guadalajara

Comunidad Autónoma de Castilla y León:

Il-Provinċja ta’ Salamanca

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Ávila: Ávila, Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebreros, El Barco de Ávila, El Barraco, Navaluenga, Navarredonda de Gredos, Piedrahíta, San Pedro del Arroyo, Sotillo de la Adrada

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Zamora: Alcañices, Bermillo de Sayago, Puebla de Sanabria

Comunidad Autónoma de Extremadura

Comunidad Autónoma de Galicia:

Il-Provinċja ta’ Orense

Il-Provinċja ta’ Pontevedra

Sarria, Chantada u Terra de Lemos-Quiroga fil-Provinċja ta’ Lugo

Comunidad Autónoma de Islas Baleares

Id-distretti li ġejjin tal-Comunidad Autónoma de Madrid:

Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias

Il-21 ta’ Frar 2022”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2618/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)