<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600494501.case.xml"><NO.CASE>C-259/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0259</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4967</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4984</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070621">21.6.2007</DATE> — KAWŻA C-259/05</LEFT><RIGHT>OMNI METAL SERVICE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070621">21 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża 0259/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mir-Rechtbank te Rotterdam (l-Olanda), permezz ta' Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20050608">8 ta' Ġunju 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20050620">20 ta' Ġunju 2005</DATE>, fil-proċedimenti kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><DEFENDANTS><P>Omni Metal Service,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, J. N. Cunha Rodrigues, K. Schiemann (Relatur), M. Ilesiċ u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: J. Swedenborg, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-4968"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Omni Metal Service, minn R. Sinke u B. Veldhoven, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u M. de Mol, kif ukoll minn P. van Ginneken, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Fernandes u M. Ribes, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. Konstantinidis, bħala aġent, assistit minn P. Kugel, T. Ormond u P. Kuypers, avukati,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20070215">15 ta Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal domada preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-<DATE ISO="19930201">1 ta' Frar 1993</DATE> dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="1">ĠU L 30, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-<DATE ISO="20011228">28 ta' Diċembru 2001</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" DATE.PUB="2001" PAGE.FIRST="1">ĠU L 349, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Regolament Nru 259/93<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4969"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' proċedura kriminali mibdija kontra Omni Metal Service talli esportat skart ta' kejbils ta' l-elettriku minn Spanja lejn iċ-Ċina, permezz ta' tranżitu mit-territorju ta' l-Olanda, mingħajr ma tat notifika ta' dan it-trasferiment minn qabel lill-awtoritajiet Olandiżi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 259/93 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal vjaġġi bil-baħar ta' skart fil-, 'il ġewwa lejn u 1 barra mill-Komunità.</TXT><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Vjaġġi bil-baħar ta' skart iddestinati għal irkupru biss u mniżżel fl-Anness II għandu wkoll ikunu eskluż mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ħlief kif hemm ipprovdut dwar dan fis-sub-paragrafi (b), (ċ), (d) u (e), fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 17(1), (2) u (3) [...]<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4970"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond it-termini ta' l-Anness II tar-Regolament Nru 259/93, intitolat <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Lista Ħadra ta' Skart<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Indipendentament mill-inklużjoni tagħhom f'din il-lista, l-iskart ma jistax jiġi trasferit bħala skart suġġett għall kontrolli tal-lista ħadra jekk jirriżulta li jkun ikkontaminat minn sustanzi oħra b'mod li a) il-perikli relatati ma' l-iskart jiżdiedu tant li jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-lista ambra jew ħamra, jew b) ma jkunx possibbli li dan l-iskart ikun irkuprat b'mod ekoloġikament razzjonali.</P><DLIST TYPE="TBL"><DLIST.ITEM><TERM>A.</TERM><DEFINITION>Skart tal-metal u lega tal-metal f'għamliet metalliċi, mhux dispersibbli</DEFINITION></DLIST.ITEM></DLIST><P>[...]</P><P>L-iskart li ġej minn u fdalijiet ta' metalli mhux tal-ħadid u l-legi tagħhom:</P><DLIST TYPE="TBL"><DLIST.ITEM><TERM>GA 120</TERM><DEFINITION><FT TYPE="CN">740400</FT> Skart u fdalijiet tar-ramm</DEFINITION></DLIST.ITEM></DLIST><P>[...]</P><DLIST TYPE="TBL"><DLIST.ITEM><TERM>GC.</TERM><DEFINITION>Skart ieħor li jkun fih il-metall</DEFINITION></DLIST.ITEM><DLIST.ITEM><TERM>GC 010</TERM><DEFINITION>Muntaturi elettriċi li jikkonsistu biss f'metalli jew ligi.</DEFINITION></DLIST.ITEM><?PAGE NO="I-4971"?><DLIST.ITEM><TERM>GC 020</TERM><DEFINITION>Ruttam ta' l-elettronika (eż. bord taċ-ċirkuwitu stampati, komponenti elettroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi li jerġgħu jinġabru adattati għall-bażi u ġbir mill-ġdid ta' metall prezzjuż</DEFINITION></DLIST.ITEM></DLIST><P>[...]</P><DLIST TYPE="TBL"><DLIST.ITEM><TERM>GK</TERM><DEFINITION>Solid Plastik Skart</DEFINITION></DLIST.ITEM></DLIST><P>Li jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal:</P><DLIST TYPE="TBL"><DLIST.ITEM><TERM>GH 010</TERM><DEFINITION>3915 Skart, ċana u trufljiet tal-plastik:</DEFINITION></DLIST.ITEM></DLIST><P>[...]</P><DLIST TYPE="TBL"><DLIST.ITEM><TERM>GH 013</TERM><DEFINITION><FT TYPE="CN">ex391530</FT> - Ta' polymers tal-vinyl chloride</DEFINITION></DLIST.ITEM></DLIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 259/93:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>F'dak li għandu x'jaqsam ma skart imniżżel fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tinnotifika qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lil kull pajjiż li għalih id-Deċiżjoni ta' l-OECD ma tkunx tapplika l-lista ta' skart inkluża f'dak l-Anness u titlob konferma bil-miktub li skart bħal dak ma jkunx suġġett għal kontroll<?PAGE NO="I-4972"?> fil-pajjiż tad-destinazzjoni u li dan ta' l-aħħar jaċċetta kategoriji ta' skart bħal dak li jkun ikkonsenjat mingħajr rikors għal proċeduri ta' kontroll li japplikaw għall-Anness III jew IV jew li dan jindika meta dan l-iskart għandu jkun suġġett għal xi waħda mill-proċeduri provduti fl-Artikolu 15.</TXT><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta l-iskart imniżżel fl-Anness II jkun esportat, dan għandu jkun iddestinat għal ħidmiet ta' rkupru ġewwa faċilità li taħt il-liġi domestika tkun topera jew li tkun awtorizzata li topera fil-pajjiż li jimporta. [...]</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Meta l-iskart għal irkupru mniżżel fl-Anness III u IV u skart għal irkupru li jkun għandu ma ġiex assenjat lill-Annessi II, III jew IV jkun esportat lil u ġewwa pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni ta' l-OECD ma tkunx tapplika:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-Artikolu 15, ħlief għall-paragrafu 3, għandu jkun applikabbli b'analoġija,</P></ITEM><ITEM><P>oġġezzjonijiet raġjonevoli jistgħu jitqajmu skond l-Artikolu 7(4) biss,<?PAGE NO="I-4973"?> ħlief fejn hemm provdut mod ieħor fi ftehim bilaterali jew multilaterali li jkun sar skond l-Artikolu 16(l)(b) u fuq il-bażi ta' proċedura ta' kontroll jew tal-paragrafu 4 jew 6 ta' dan l-Artikolu jew ta' l-Artikolu 15.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></ITEM></LIST></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 259/93 jiddetermina l-proċedura applikabbli flesportazzjoni ta' skart iddestinat għar-rimi. Din il-proċedura timplika b'mod partikolari notifika lill-awtorità kompetenti ta' tranżitu.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(l)(a) ta' dan ir-Regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Kull konsenja ta' skart magħmula:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompteneti konċernati kollha bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>għandhom ikunu meqjusa bħala traffiku illegali.</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-<DATE ISO="19990712">12 ta' Lulju 1999</DATE>, li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li għandhom japplikaw għat-trasport ta' ċertu tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni finali ta' l-OECD C(92)39 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" DATE.PUB="1999" PAGE.FIRST="1">ĠU L 185, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2118/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="318" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="5">ĠU L 318, p. 5</REF.DOC.OJ>), jipprovdi, kif ukoll jirriżulta mill-Anness D tiegħu, li ċ-Ċina taċċetta, mingħajr ma jkun hemm bżonn tal-proċeduri ta' kontroll previsti mir-Regolament Nru 259/93, iżda wara li ssir spezzjoni obbligatorja minn qabel miċ-China National<?PAGE NO="I-4974"?> Import and Export Commodities Inspection Corporation, trasferimenti ta' skart li jidhru taħt l-intestatura GA 120 740400, GC 020, kif ukoll taħt is-sezzjoni GH ta' l-Anness II tar-Regolament Nru 259/93.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-kumpannija Omni Metal Service, stabbilita fi Franza, tressqet quddiem ir-Rechtbank te Rotterdam fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet magħquda ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10.60 tal-liġi dwar il-ġestjoni ta' l-ambjent (Wet milieubeheer) u ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 259/93.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Hija qed tiġi akkużata bil-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 259/93 billi esportat, bejn wieħed u ieħor fil-<DATE ISO="20040315">15 ta' Marzu 2004</DATE>, minn Spanja lejn iċ-Ċina, bi tranżitu minn Rotterdam, 17-il kontenitur li kien fih fdalijiet ta' kejbils elettroniċi (li jikkonsistu f'nukleu miksi bil-PVC b'dijametri varji b'wiesgħa ta' mhux iktar minn 15-il ċentimetru) iddestinati għall-irkupru sabiex jintużaw mill-ġdid, mingħajr ma tat notifika ta' dan it-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skond l-Openbaar Ministerie (il-prosekuzzjoni), tali skart ma jikkostitwix wajers u kejbils għal użu domestiku iżda kejbils għal użu taħt l-art u ta' dijametru kbir intiżi għat-trasport ta' l-elettriku, u għaldaqstant ma jikkostitwixxix skart ta' tagħmir elettroniku fis-sens ta' l-intestatura GC 020 tal-Lista Ħadra ta' Skart. L-għaqda mhux separata ta' ramm u PVC ma tidhirx bħala tali fuq din il-lista u lanqas fil-listi previsti fl-Annessi III u IV tar-Regolament Nru 259/93, u peress li t-trasferiment tagħhom kellu jseħħ lejn Stat li mhuwiex membru ta' l-OCDE, kien hemm il-ħtieġa ta' notifika, b'mod partikolari lejn l-awtorità Olandiża, fil-kwalità tagħha ta' awtorità ta tranżitu, kif ukoll jirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda ta' l-Artikoli 15 u 17(8) ta l-imsemmi Regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4975"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-opinjoni ta' l-Openbaar Ministerie, l-interpretazzjoni proposta hija neċessarja fiddawl, minn naħa, tal-bżonn ta' l-interpretazzjoni tal-kategoriji ta' skart li ttrasferiment tagħhom mhuwiex irregolat mir-Regolament Nru 259/93 biss, u min-naħa l-oħra, tad-duttrina li tirriżulta mis-sentenza tal-<DATE ISO="19980625">25 ta' Ġunju 1998</DATE>, Beside u Besselsen, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-192/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-4029">C-192/96, Ġabra p. I-4029, punti 32 u 34</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Omni Metal Service tqis li l-iskart in kwistjoni fil-kawża prinċipali ċertament jaqa' taħt l-intestatura GC 020, imsemmija iktar 'il fuq, peress li l-kompożizzjoni tal-kejbils hija l-uniku fattur determinanti għall-finijiet ta' tali kwalifika, mhux id-djametru jew il-provenjenza tagħhom. Barra minn hekk, ilprattika segwita minn Spanja, il-pajjiż minn fejn intbagħtu, tikkonsisti, fil-preżenza ta taħlita ta' skart differenti li jidhru fil-lista ħadra, fli jitqiesu li jaqgħu taħt din il-lista, u konsegwentement li ssegwi l-proċedura rilevanti għaliha. Il-politika taċ-Ċina hija analoga, peress li dan l-Istat terz, fir-rigward ta' kombinazzjoni ta' ramm u PVC, sempliċement jissuġġetta l-importazzjoni għal spezzjoni miċ-China National Import and Export Commodities Inspection Corporation, fl-Istat minn fejn tintbagħat</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank te Rotterdam iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Jistgħu fdalijiet ta' kejbils bħal dawk in kwistjoni (x'uħud minnhom b'dijametru ta 15-il ċentimetru) jitqiesu bħala <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="2018"/>fdal elettroniku (eż. [...] wajer, etc.)<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="2019"/>il fis-sens ta l-intestatura GC 020 tal-lista l-ħadra?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4976"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb fin-negattiv għall-ewwel domanda, tista' jew għandha kombinazzjoni ta' sustanzi tal-lista l-ħadra, li ma tinsabx bħala tali flimsemmija lista, tiġi kkunsidrata bħala sustanza tal-lista l-ħadra u tista din it-taħlita ta' sustanzi tiġi ttrasportata għal finijiet ta' rkupru, mingħajr ma tkun applikabli l-proċedura ta' notifika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, huwa neċessarju li l-materjali ta' skart jiġu offruti jew ittrasportati separatament?<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi mfakkar li meta l-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha rinviju għal deċiżjoni preliminari, ir-rwol tagħha huwa li tagħti kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-portata tar-regoli Komunitarji sabiex tippermettilha twettaq applikazzjoni korretta ta' dawn ir-regoli għall-fatti mressqa quddiemha, sabiex ma tipproċedix hija stess għal tali evalwazzjoni, iktar milli tikklassifikom hi stess, speċjalment meta l-Qorti tal-Ġustizzja mhux neċessarjament ikollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi indispensabbli kollha f'dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 234 KE tistabbilixxi kooperazzjoni stretta bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, ibbażata fuq it-tqassim ta' funzjonijiet bejniethom u tikkostitwixxi strument li<?PAGE NO="I-4977"?> permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-qrati nazzjonali interpretazzjoni tal-partijiet tad-dritt Komunitarju li jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu l-kawżi mressqa quddiemhom (sentenza tas-<DATE ISO="20021107">7 ta' Novembru 2002</DATE>, Lohmann u Medi Bayreuth, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/00—C-263/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-10045">C 260/00 sa C 263/00, Ġabra p. I-10045, punt 27</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Bil-kontra, il-Qorti tal-Ġustizzja m'għandhiex il-kompetenza tiddeċiedi dwar il-fatti tal-kawża prinċipali, jew tapplika r-regoli Komunitarji li hija tkun interpretat għal miżuri jew għal sitwazzjonijiet nazzjonali, peress li dan jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-qorti nazzjonali (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19991005">5 ta' Ottubru 1999</DATE>, Lirussi u Bizzaro, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-175/98+C-177/98" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-6881">C 175/98 u C 177/98, Ġabra p. I-6881, punt 38</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20000622">22 ta Ġunju 2000</DATE>, Fornasar <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-318/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4785">C 318/98, Ġabra p. I-4785, punt 32</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel domanda għandha tinftiehem fis-sens li hija intiża li jsir magħruf jekk l-intestatura GC 020 tal-Lista Ħadra ta' Skart għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tkopri, u jekk dan huwa l-każ fliema kundizzjonijiet, il-wajers tal-kejbils elettriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jirriżulta mill-kliem ta' l-imsemmija intestatura li l-iskart li jkopri huwa l-iskart ta' tagħmir elettriku kif ukoll il-komponenti elettroniċi rkuprati li minnhom huwa possibbli li jiġi estratt il-metal. Kif ukoll enfasizza l-Gvern Olandiż, il-wajers tal-kejbil huma msemmija minn naħa tagħhom bħala eżempju ta' skart ta tagħmir elettroniku.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4978"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Isegwi, kif ukoll l-imsemmi Gvern u l-Kummissjoni sostnew ġustament, u kontra dak li ssostni Omni Metal Service, li l-intestatura GC 020 tipprevedi esklużivament il-wajers tal-kejbil meħuda mit-tagħmir elettroniku. Min-naħa l-oħra, din l-intestatura ma tapplikax fil-preżenza ta' tipi oħra ta' kejbil, b'mod partikolari dawk meħuda mill-apparat jew tagħmir elettroniku, peress li l-intestatura GC 010 tal-Lista Ħadra ta' Skart tispeċifika barra minn hekk fir-rigward ta' l-iskart meħud minn tali apparat li ma jaqax taħt din l-intestatura ħlief meta jikkonsisti f'metall jew legi biss.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Anki jekk id-deskrizzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju li tirrigwarda l-kejbils in kwistjoni fil-kawża prinċipali tidher ta' natura li tissuġġerixxi li ma tirrigwardax wajers tal-kejbil li kienu parti minn tagħmir elettroniku, Omni Metal Service sostniet, waqt is-seduta, li l-kejbils ma kienu bl-ebda mod iddestinati għat-trasport taħt l-art ta' l-elettriku, hekk kif sostna l-Gvern Olandiż, iżda kienu fil-fatt ġejjin minn tali tagħmir elettroniku.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Kif ukoll ġie mfakkar fil-punti 15 sa 17 tal-kawża preżenti, il-konstatazzjoni tal-fatti meħtieġa f'dan ir-rigward taqa madankollu taħt il-kompetenza tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-intestatura GC 020 tal-Lista Ħadra ta' Skart li tidher fl-Anness II tar-Regolament Nru 259/93 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix il-wajers tal-kejbil ħlief meta dawn jiġu minn tagħmir elettroniku.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4979"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni u t-tielet domandi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li l-kawża prinċipali tirrigwarda l-esportazzjoni talkejbils elettroniċi magħmula minn nukleu tar-ramm miksi bil-PVC u mhux ramm u PVC li ġew isseparati minn qabel</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi t-tieni u t-tielet domandi tal-qorti tar-rinviju għandhom jinftiehmu bħala intiżi essenzjalment sabiex isir magħruf jekk ir-Regolament Nru 259/93 għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sistema ta' trasferiment stabbilit skond dan ir-Regolament f'dak li jirrigwarda l-iskart li jidher fil-Lista Ħadra ta' Skart japplikax fir-rigward ta' tip ta' skart kompost li, anki jekk mhux imsemmi f'din il-lista, ikun kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li t-tnejn jidhru fuq l-istess lista.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skond il-Gvern Olandiż u l-Gvern Portugiż, din id-domanda għandha tingħata risposta negattiva. Bil-kontra, Omni Metal Service żżomm l-argument żviluppat minnha quddiem il-qorti tar-rinviju li jgħid li tali skart kompost għandu jaqa' taħt is-sistema applikabbli fil-Lista Ħadra ta' Skart.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-kwistjoni sabiex isir magħruf jekk kombinazzjoni ta' sustanzi li jidhru fil-Lista Ħadra ta' Skart tista' tiġi ttrasferita mingħajr notifika minn qabel jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ. Fl-opinjoni tagħha, nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligu ta' notifika jkun partikolarment ammissibbli fil-każ fejn il-pajjiż destinatarju jaċċetta l-iskart fid-dawl ta' l-irkupru tagħhom, safejn is-sustanzi kkonċernati jidhru fil-Lista Ħadra ta' Skart u li l-grad ta' kontaminazzjoni ta l-iskart in kwistjoni ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4980"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>B'mod kuntrarju, għandu jiġi dedott mill-introduzzjoni ta' l-Anness II tar-Regolament Nru 259/93 li l-issuġġettar għas-sistema tal-Lista Ħadra ta' Skart jiġi eskluż kull darba li jinstab riskju qawwi għall-ambjent jew impossibbiltà ta' rkupru razzjonali tas-sustanzi diversi kkonċernati. Fil-kawża preżenti, il-Kummissjoni għandha tal-fehma li notifika hija meħtieġa fil-każ fejn il-PVC ma jkunx dejjem bla perikolu għall-ambjent</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif sostniet qabel il-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta b'mod partikolari mis-sitt u d-disa' premessi tar-Regolament Nru 259/93 li s-sistema implementata għas-sorveljanza u l-kontroll tat-trasferimenti ta' skart bejn Stati Membri stabbilita mill-imsemmi Regolament tissodisfa l-bżonn ta' preżervazzjoni, protezzjoni u titjib tal-kwalità ta' l-ambjent u hija intiża sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19940628">28 ta' Ġunju 1994</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-187/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-2857">C-187/93, Ġabra p. I-2857, punt 18</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-ħdax u t-tnax-il premessa tar-Regolament Nru 259/93, jikkonfermaw minn naħa tagħhom li l-kontroll u s-sorveljanza stabbiliti minn dan ir-Regolament huma intiżi għall-protezzjoni ta' l-ambjent mhux biss fil-Komunità, iżda wkoll fil-pajjiżi terzi li lejhom jiġi esportat l-iskart mibgħut minn din ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li t-trasferiment ta' l-iskart intiż għall-irkupru u li jidher fil-Lista Ħadra ta' Skart huwa, bħala eċċezzjoni, ġeneralment eskluż mill-proċeduri ta' kontroll stabbiliti mir-Regolament Nru 259/93 permezz ta' l-Artikolu l(3)(a) tiegħu, dan jiġi spjegat, kif tenfasizza ukoll l-erbatax-il premessa ta' l-imsemmi Regolament, miċ-ċirkustanza fejn l-iskart normalment ma jippreżentax riskji għall-ambjent jekk l-irkupru tiegħu jsir skond ir-regoli nazzjonali tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Jirriżulta minn din il-preċiżazzjoni li l-elenkar ta' tip ta' skart fuq din il-lista u l-issuġġettar sussegwenti tiegħu għas-sistema ta' kontroll u ta' sorveljanza implementat mir-<?PAGE NO="I-4981"?>Regolament Nru 259/93 huwa r-riżultat ta' eżami minn qabel fit-terminu li fih ġie konkluż tali nuqqas ta' riskju.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' dak li ntqal qabel, hemm lok li jiġi kkunsidrat li s-sistema l-iktar flessibbli applikabbli għall-iskart li jidher fuq l-imsemmija Lista Ħadra ta' Skart, jiġifieri n-nuqqas ta' l-issuġġettar tagħhom għall-parti essenzjali tal-proċeduri ta kontroll u sorveljanza stabbiliti mir-Regolament Nru 259/93, m'għandiex, bħala prinċipju, tinftiehem li tapplika għall-iskart li ma jidhirx fuq din il-lista.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B'mod partikolari, ċirkustanza fejn tali skart ikun magħmul minn żewġ elementi li, meta intiżi b'mod separat jistgħu jikkostitwixxu skart li jidher fil-Lista Ħadra ta Skart, m'għandiex tkun konsegwenza awtomatika li tali kombinazzjoni ta' skart taqa' taħt din il-lista. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet li taħthom jista' jiġi bbażat it-trattament ta' l-iskart u r-riskji ambjentali eventwali marbuta mal-manipulazzjoni tiegħu ma tkunx neċessarjment identika skond jekk l-iskart ikkonċernat jikkonsistix f'għaqda komposta magħmula minn diversi elementi jew jekk kull wieħed mill-imsemmija elementi jikkostitwixxu skart distint</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li taħlita ta' skart li tirrileva mil-Lista Ħadra ta' Skart tista tagħmel parti mill-kategorija <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>AD 160 skart muniċipali/dimestiku<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> fis-sens tal-lista oranġjo tar-Regolament Nru 259/93, u żiedet li biss ġabra separata jew għażla korretta ta' l-imsemmi skart tippermetti li dawn jaqgħu taħt din il-lista ħadra (ara, f'dan is-sens, sentenza Beside u Besselsen, iċċitata iktar 'il fuq, punti 30 u 31).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">A fortiori,</HT> skart uniku li jirriżulta minn kombinazzjoni permanenti u mhux taħlita inċidentali sempliċi, iż-żewġ sustanzi prinċipali msemmija fil-Lista Ħadra ta' Skart ma jaqgħux taħt l-imsemmija lista, mingħajr id-dikjarazzjoni espressa tagħha stess.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4982"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda l-approċċ tal-Kummissjoni, dan ma jistax jiġi segwit</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dan l-approċċ mhuwiex kompatibbli ma' l-għanijiet li jipprova jilħaq ir-Regolament Nru 259/93 safejn jipprevedi, kif deskritt fil-punti 28 sa 33 tal-kawża preżenti, li ma jissuġġettax it-trasferimenti ta' tip ta' skart għall-proċeduri ta' kontroll u ta' sorveljanza stabbiliti minnu billi jinkludi dan it-tip ta' skart fil-Lista Ħadra ta Skart biss wara eżami preliminarju dwar ir-riskji ambjentali marbuta mat-trattament u l-manipulazzjoni ta' l-imsemmi skart</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u kif ukoll ġie enfasizzat ġustament mill-Gvern Olandiż, approċċ ta' każ b'każ kif propost mill-Kummissjoni jkun ta' natura li joħloq inċertezza legali kemm fost l-operaturi ekonomiċi li jkunu msejħa sabiex jiddeċiedu f'dan ir-rigward u li jieħdu responsabbiltà għar-riskji, kif ukoll fost l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membrt</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-inċertezzi li joħloq, tali approċċ huwa wkoll ta' natura li jinvalida l-għan tal-leġiżlatur Komunitarju li, billi rrikorra għall-forma ta' regolament sabiex joħloq leġiżlazzjoni fir-rigward tat-trasferiment ta' l-iskart, kellu speċifikament lintenzjoni li jiggarantixxi applikazzjoni simultanja u konkordanti ta' din il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri kollha, fejn tali armonizzazzjoni tirrigwarda mhux biss it-trasferimenti li jistgħu jitwettqu iżda wkoll il-proċedura applikabbli għalihom (sentenza tat-<DATE ISO="20011213">13 ta' Diċembru 2001</DATE>, Daimler Chrysler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-324/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-9897">C-324/99, Ġabra p. I-9897, punti 34 u 67</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, it-teżi li l-Kummissjoni tiddefendi ma ssib l-ebda sostenn fit-test tar-Regolament Nru 259/93. B'mod partikolari u kuntrarju għal dak li tipproponi l-<?PAGE NO="I-4983"?>Kummissjoni, l-introduzzjoni ta' l-Anness II tar-Regolament Nru 259/93 mhijiex ta natura li tkun il-bażi tal-konklużjoni li tgħid li skart li huwa kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li jidhru fil-Lista Ħadra ta' Skart għandha tiġi applikata fir-rigward tiegħu s-sistema prevista għall-iskart imsemmi f'din il-lista sakemm ma jirriżultax riskju qawwi għall-ambjent jew impossibbiltà ta' rkupru razzjonali tad-diversi sustanzi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Ma tistax issir assimilazzjoni pura u sempliċi ta' l-ipoteżi prevista fl-imsemmija sentenza introduttiva li tirrigwarda l-każ fejn skart huwa <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>ikkontaminat<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> minn materjal <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>ieħor<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> mal-każ fejn skart jikkonsisti minn żewġ materjali li t-tnejn fihom komponenti intrinsiċi essenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' dak kollu li ntqal qabel, ir-risposta għat-tieni u għall-ewwel domanda għandha tkun li r-Regolament Nru 259/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza fejn skart kompost huwa kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li huma mniżżla t-tnejn fil-Lista Ħadra ta' Skart imsemmija fl-Anness II ta' dan ir-regolament, m'għandhiex bħala konsegwenza li s-sistema stabbilita mill-imsemmi Regolament, safejn tirrigwarda l-iskart li jidher fuq din il-lista, tapplika fir-rigward ta' tali skart kompost</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4984"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-intestatura GC 020 tal-Lista Ħadra ta' Skart li tidher fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-<DATE ISO="19930201">1 ta' Frar 1993</DATE> dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat-<DATE ISO="20011228">28 ta' Diċembru 2001</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix il-wajers tal-kejbil ħlief meta dawn jiġu minn tagħmir elettronilou</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 259/93, kif emendat bir-Regolament Nru 2557/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza fejn skart kompost ikun kombinazzjoni ta' żewġ sustanzi li huma mniżżla t-tnejn fil-Lista Ħadra ta' Skart imsemmija fl-Anness II ta' dan ir-regolament, m'għandhiex bħala konsegwenza li s-sistema stabbilita mill-imsemmi regolament, safejn tirrigwarda l-iskart li jidher fuq din il-lista, tapplika fir-rigward ta' tali skart kompost,</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>