31987D0562



Official Journal L 341 , 03/12/1987 P. 0035 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0200
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0200


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-24 ta’ Novembru, 1987

li tagħti deroga lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati rigward it-tqattigħ ta’ laħam frisk

(87/562/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ ta’ laħam frisk [1] fil-Komunità, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 86/587/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13 ta’ din,

Billi, skond Artikolu 13 tad-Direttiva 64/433/KEE bi qbil mal-proċedura taħt Artikolu 16, derogi mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I jistgħu jingħataw, meta mitluba, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanziji simili; billi dawn id-derogi għandhom jirranġaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa li huma ta’ l-anqas daqs dawk ta’ l-imsemmi l-Anness;

Billi l-awtoritajiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bl-ittra tal-5 ta’ Ġunju, 1987, ippreżentaw lill-Kummissjoni talba għal deroga mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE għat-tqattigħ ta’ laħam frisk taċ-ċanga, tal-vitella u laħam tal-majjal; billi din it-talba tipproponi kondizzjonijiet tas-saħħa; billi huwa meħtieġ li l-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bħala alternattiva fid-deroga mitluba fuq it-tqattigħ ta’ laħam frisk ikunu ta’ l-anqas daqs dawk tal-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja huma daqs dawk stabbiliti fil-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minkejja l-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ tawtorizza t-tqattigħ ta’ laħam frisk taċ-ċanga, tal-vitella u tal-majjal taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija għall-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, 24 ta’ Novembru, 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

[2] ĠU L 339, tat-2.12.1986, p. 26.

--------------------------------------------------

ANNESS

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TQATTIGĦ TA’ KARKASSI TAL-BOVINI U TAL-MAJJAL

1. Il-karkassi, li jiġu mill-biċċerija, wara li jitkessħu fi kmamar tar-refriġerazzjoni li joperaw b’temperatura ta’ l-arja fil-ħruġ mill-evaporaturi tant li l-karkassi jistgħu jitberrdu għal temperatura interna ta’ + 7 °C fi żmien 48 siegħa għal karkassi tal-bovini u 20 siegħa għal karkassi tal-majjali, jinġarru għall-post tat-tqattigħ, li t-temperatura tiegħu ma taqbiżx + 12 °C, li jkun jinsab fl-istess grupp ta’ binjiet taċ-chillers.

2. Il-laħam ikun trasferit f’operazzjoni waħda.

3. Il-karkassi jiddaħħlu fil-kamra tat-tqattigħ u jkunu ddissussati qabel tintlaħaq temperatura interna ta’ +7 °C jekk it-tqattigħ isir fi żmien 48 siegħa mit-tmiem ta’ l-operazzjonijiet tal-qatla għal karkassi tal-bovini u 20 siegħa għal karkassi tal-majjali.

4. Il-ħin ta’ bejn li l-laħam jiddaħħal fil-kamra tat-tqattigħ u li jkun soġġett għal aktar refriġerazzjoni ma jaqbiżx is-60 minuta.

5. Hekk kif jitqatta’ u jkun ippakkjat, il-laħam jinġarr għal kmamar xierqa ta’ refriġerazzjoni.

--------------------------------------------------