|
29.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11064 – MACQUARIE / IVANHOE / RHP PARTNERS MANAGER GP / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 114/07)
1.
Fil-21 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie Real Estate Investments Holdings (l-Amerka ta’ Fuq), Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Macquarie”), parti minn Macquarie Group, |
|
— |
RHP Partners-Manager GP, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka, “RHP”), |
|
— |
IC USA LP (USA, “Ivanhoe”), ikkontrollata minn Caisse des dépôts et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada), |
|
— |
RHP Partners III, LP (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Impriża Konġunta”). |
Macquarie, RHP u Ivanhoe se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta stabbilita ġdida.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie hija attiva fl-investiment fil-proprjetà immobbli fl-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
RHP tippossjedi u/jew topera komunitajiet ta’ djar prefabbrikati fl-Istati Uniti, |
|
— |
Ivanhoe hija attiva fl-iżvilupp ta’ proprjetajiet u proġetti ta’ proprjetà immobbli ta’ kwalità għolja fl-Amerika ta’ Fuq. L-impriża omm tagħha, Ivanhoe Cambridge, hija investitur immobiljari attiv fuq livell globali. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta se jkunu: is-sjieda u l-operat ta’ komunitajiet ta’ djar prefabbrikati, u l-kiri u l-bejgħ ta’ djar prefabbrikati f’komunitajiet bħal dawn fl-Istati Uniti.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita f’ dan l-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11064 – MACQUARIE / IVANHOE / RHP PARTNERS MANAGER GP / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).