Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni - Artikolu 39
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0029 - 0029
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0026 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0167 - Consolidated version
Artikolu 39 1. Il-Kunsill għandu jikkonsulta l-Parlament Ewropew qabel jadotta xi miżuri previsti fl-Artikolu 34 (2)(b), (ċ) u (d). Il-Parlament Ewropew għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fit-terminu taż-żmien li l-Kunsill jista' jistabbilixxi, li m’għandux ikun anqas minn tlett xhur. Fin-nuqqas ta’ opinjoni fit-terminu ta' żmien, il-Kunsill jista' jaġixxi. 2. Il-Presidenza u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew regolarment bid-diskussjonijiet fl-oqsma koperti minn dan it-Titolu. 3. Il-Parlament Ewropew jista' jagħmel mistoqsijiet jew rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill. Kull sena għandu jkollu dibattitu dwar il-progress li jkun sar fl-oqsma msemmija f'dan it-Titolu. --------------------------------------------------