|
3.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 275/2009
tat-2 ta' April 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-4, fil-15 u fit-18 ta' Diċembru 2008, u fit-3 ta' Frar 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kumitat ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u risorsi ekonomiki. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat f’dan is-sens. |
|
(3) |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 qiegħed jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jitneħħew:
|
|
(2) |
L-annotazzjoni “Ali Kleilat (magħruf ukoll bħala (a) Ali Qoleilat, (b) Ali Koleilat Delbi). Data tat-twelid: 10.7.1970. Post tat-twelid: Bejrut. Ċittadinanza: Libaniża. Nru tal-Passaport: 0508734. Nru tar-Reġistru Nazzjonali: 2016, Mazraa. Informazzjoni oħra: Negozjant, involut f’kunsinni ta’ armi lil Charles Taylor fl-2003. Għad għandu rabtiet mal-eks President Liberjan Charles Taylor” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Ali Kleilat (magħruf ukoll bħala (a) Ali Qoleilat, (b) Ali Koleilat Delbi, (c) Ali Ramadan Kleilat Al-Delby, (d) Ali Ramadan Kleilat Al-Dilby, (e) Ali Ramadan Kleilat, (f) Ali Ramadan Kleilat Sari). Data tat-twelid: 10.7.1970 (id-data ta' twelidu hekk kif imniżżla fuq xi passaporti tiegħu hija l-1963). Post tat-twelid: Bejrut, il-Libanu. Ċittadinanza: Libaniża. Numru tal-Passaport: (a) 0508734, (b) 1432126 (il-Libanu), (c) Regular-RL0160888 (il-Libanu), (d) D00290903 (il-Liberja), (e) Z01037744 (l-Olanda), (f) Regular-B0744958 (il-Venezwela). Nru tar-Reġistru Nazzjonali: 2016, Mazraa. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.” |
|
(3) |
L-annotazzjoni Mohamed Ahmad Salame (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: Abengourou, Kosta tal-Avorju. Ċittadinanza: Libaniża. Passaporti: (a) Passaport Ordinarju Libaniż: 1622263 (validu bejn l-24/04/01 u t-23/04/06), (b) Passaport Diplomatiku tat-Togo: 004296/00409/00 (validu bejn il-21/08/02 u t-23/08/07), (c) Passaport Diplomatiku Liberjan: 000275 (validu bejn il-11/01/98 u l-10/01/00), (b) Passaport Diplomatiku Liberjan: 002414 (validu bejn l-20/06/01 u d-19/06/03, isem: Ameri Al Jawad, data tat-twelid: 18.10.1963, post tat-twelid: Ganta, Nimba County), (e) Passaport Ivorjan, (f) Passaport Diplomatiku Liberjan: D/001217. Informazzjoni oħra: Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Mohamed Ahmad Salame (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Ahmad Salami, (b) Ameri Al Jawad, (c) Jawad Al Ameri, (d) Moustapha Salami, (e) Moustapha A Salami). Data tat-twelid: (a) 22.9.1961, (b) 18.10.1963. Post tat-twelid: Abengourou, Kosta tal-Avorju. Ċittadinanza: Libaniża. Numru tal-Passaport: (a) 1622263 (Passaport Ordinarju LIbaniż, valiu bejn l-24.04.2001 u t-23.04.2006), (b) 004296/00409/00 (Passaport Diplomatiku tat-Togo, validu bejn il-21.08.2002 u t-23.08.2007), (c) 000275 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn il-11.01.1998 u l-10.01.2000), (d) 002414 (Passaport Diplomatiku Liberjan, validu bejn l-20.06.2001 u d-19.06.2003, isem: Ameri Al Jawad, data tat-twelid: 18.10.1963, post tat-twelid: Ganta, Nimba County), (e) D/001217 (Passaport Diplomatiku Liberjan:), (f) Diplomatiku-2781 (Passaport Diplomatiku Liberjan). Informazzjoni oħra: (a) Passaport Ivorjan; l-ebda dettall mhu disponibbli, (b) Proprjetarju tal-Mohamed and Company Logging Company. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 23.6.2004.” |
|
(4) |
L-annotazzjoni “Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072. Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC)” għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej: “Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-07.08.2008 u s-06.07.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.” |