|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7491 |
30.12.2024 |
Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(C/2024/7491)
Stedina pubblika għal offerti għal konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Koło”
TAQSIMA I: BAŻI LEGALI
|
1. |
L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2024, il-punt 1290) |
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171) |
|
3. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262) |
TAQSIMA II: ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI
Isem: Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent]
Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa
Tel. +48 223692449; Faks: +48 223691100
Sit web: www.gov.pl/web/klimat
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
1) Tip ta’ attività li għaliha trid tingħata l-konċessjoni:
Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Koło”, partijiet mill-blokok ta’ konċessjoni Nri 189, 190, 209, 210 u 230.
2) Żona li fiha jridu jitwettqu l-attivitajiet:
Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti mal-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:
|
Punt Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
1 |
529 967,77 |
466 172,40 |
|
2 |
488 641,34 |
498 789,16 |
|
3 |
486 438,55 |
496 164,37 |
|
4 |
489 957,06 |
493 014,61 |
|
5 |
487 890,95 |
490 706,30 |
|
6 |
484 446,05 |
493 790,15 |
|
7 |
480 134,00 |
488 652,00 |
|
8 |
470 399,21 |
496 820,43 |
|
9 |
470 399,21 |
484 545,58 |
|
10 |
505 767,09 |
460 565,18 |
|
11 |
530 004,01 |
460 948,02 |
bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 12 sa 37 li ġejjin:
|
Punt Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
12 |
511 761,56 |
470 471,74 |
|
13 |
510 890,57 |
470 321,23 |
|
14 |
510 548,30 |
470 289,27 |
|
15 |
510 275,58 |
469 386,68 |
|
16 |
508 585,79 |
470 240,02 |
|
17 |
507 227,64 |
467 937,05 |
|
18 |
508 438,78 |
468 164,41 |
|
19 |
508 686,68 |
468 071,55 |
|
20 |
508 552,29 |
467 753,83 |
|
21 |
509 029,12 |
467 425,48 |
|
22 |
509 000,98 |
466 860,16 |
|
23 |
509 786,65 |
466 458,84 |
|
24 |
510 712,28 |
466 533,66 |
|
25 |
510 863,68 |
466 135,08 |
|
26 |
511 413,87 |
466 119,07 |
|
27 |
512 301,03 |
464 657,54 |
|
28 |
512 945,40 |
465 015,52 |
|
29 |
514 274,41 |
464 099,56 |
|
30 |
514 887,48 |
464 919,13 |
|
31 |
515 164,02 |
464 836,89 |
|
32 |
515 654,00 |
465 231,28 |
|
33 |
515 464,92 |
465 948,84 |
|
34 |
515 240,12 |
467 390,59 |
|
35 |
513 488,00 |
467 015,12 |
|
36 |
511 733,89 |
468 344,28 |
|
37 |
511 927,13 |
469 427,80 |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura ta’ offerti hija ta’ 1 035,32 km2. Il-limitu inferjuri taż-żona jinsab f’fond ta’ 5 000 m taħt il-livell tal-art (BGL).
L-għan tax-xogħlijiet li jridu jitwettqu f’formazzjonijiet Mesożojċi huwa li jiġu dokumentati ż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq u li jiġu estratti ż-żejt u l-gass naturali.
3) Limitu ta’ żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u post għas-sottomissjoni tal-offerti:
L-offerti jridu jiġu sottomessi lill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4) Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inkluż il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jiġu ssodisfati:
L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti jew, jekk diversi entitajiet qed japplikaw b’mod konġunt għall-konċessjoni, bħala l-operatur.
L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
|
30 % - l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi proposti, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni; |
|
|
20 % - l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inkluż il-mases ċilindriċi; |
|
|
20 % - il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu l-attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi għall-finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern; |
|
|
20 % - it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet tal-estrazzjoni, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett; |
|
|
5 % - il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani; |
|
|
5 % - l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-protezzjoni tal-ambjent. |
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni dovuta matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.
5) Ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:
Meta tiġi sottomessa offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit biex jintwera d-dritt li tintuża informazzjoni ġeoloġika.
Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża hija obbligata tipprovdi evidenza tal-eżistenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.
6) Id-data tal-bidu tal-attivitajiet:
L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14 il-jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.
7) Ambitu minimu tax-xogħlijiet, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni:
Stħarriġ ġeofiżiku ta’ 100 km (tul tal-linja ta’ eċċitazzjoni) b’testijiet sismiċi 2D jew ta’ 50 km2 (żona ta’ estrazzjoni) b’testijiet sismiċi 3D.
Tħaffir ta’ spiera sa fond massimu ta’ 5 000 m (fond vertikali veru – TVD, true vertical depth), bit-tħaffir għal mases ċilindriċi obbligatorju ta’ intervalli prospettivi.
8) Il-perjodu li għalih trid tingħata l-konċessjoni:
Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, inkluż:
|
1) |
fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni b’durata ta’ 5 snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni; |
|
2) |
fażi ta’ estrazzjoni b’durata ta’ 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni ta’ investiment. |
9) Kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:
L-istħarriġ ġeofiżiku jibda fi żmien 24 xahar mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.
L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ spieri) jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.
L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra stipulati fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-protezzjoni tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart, u dwar l-iżgurar tas-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika.
Il-Kategorija C hija l-kategorija minima ta’ esplorazzjoni għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali.
10) Mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni:
Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk.
11) Informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni:
L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għaż-żona “Koło” matul il-perjodu bażi ta’ 5 snin huwa PLN 293 451,10 (fi kliem: mitejn u tlieta u disgħin elf, erba’ mija u wieħed u ħamsin zloty, għaxar grosz) fis-sena.
It-termini dettaljati tal-ħlas jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10.
12) Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti:
|
1. |
L-offerti għandhom jispeċifikaw:
|
|
2. |
L-offerti sottomessi fi proċedura ta’ offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-avviż li jniedi dik il-proċedura ta’ offerti. |
|
3. |
Id-dokumenti li ġejjin iridu jiġu mehmuża mal-offerti:
|
|
4. |
Fuq inizjattiva tagħhom stess, l-offerenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom. |
|
5. |
Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li jridu jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni. |
|
6. |
Id-dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma’ traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat. |
|
7. |
L-offerti jridu jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li juri l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti. |
|
8. |
L-offerti sottomessi wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti jintbagħtu lura lill-offerenti mhux miftuħa. |
13) Informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:
L-offerenti huma meħtieġa jagħmlu depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel ma jiskadi t-terminu għas-sottomissjoni tal-offerti.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1. Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti
Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità tal-konċessjoni bl-iskop li titwettaq il-proċedura tal-offerti u tintagħżel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar proċeduri ta’ offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura ta’ offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.
2. Kjarifiki addizzjonali
Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin ta’ Informazzjoni Pubblika), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.
3. Informazzjoni addizzjonali
L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura ta’ offerti ġiet miġbura mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Koło” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Koło’ ”), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fuq l-indirizz li ġej: https://bip.mos.gov.pl/koncesje-geologiczne/przetargi-na-koncesje-na-poszukiwanie-rozpoznawanie-i-wydobywanie-weglowodorow/szosta-runda-przetargow-2022/
u mingħand:
|
Departament Geologii [id-Dipartiment għall-Ġeoloġija] |
|
Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent] |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Warszawa, POLSKA |
Tel. +48 223692449; faks: +48 223691100
ANNESS
FTEHIM
li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-esplorazzjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Koło” minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”
konkluż f’Varsavja fi … bejn:
it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent,…, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor” ,
u
(isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi …, irreġistrata fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Esplorazzjoni” ,
minn hawn ’il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b’mod konġunt bħala “il-Partijiet”,
u jiddikjara kif ġej:
Taqsima 1
|
1. |
It-Teżor, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-qoxra tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet rurali ta’ Bytoń, Radziejów u Topólka, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Kruszwica, Piotrków Kujawski, Izbica Kujawska u Lubraniec, u l-belt ta’ Radziejów fil-Provinċja ta’ Kujawsko-Pomorskie; il-muniċipalità rurali ta’ Grabów fil-Provinċja ta’ Łódzkie; u l-muniċipalitajiet rurali ta’ Babiak, Chodów, Grzegorzew, Koło, Olszówka, Osiek Mały u Wierzbinek, il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Dąbie, Kłodawa, Przedecz u Sompolno, u l-belt ta’ Koło fil-Provinċja ta’ Wielkopolskie, li l-konfini tagħhom huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (11) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:
bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 12 sa 37 li ġejjin:
b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata ’l fuq mil-limitu inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5 000 m, dment li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Koło” fi żmien sena mid-data tal-konklużjoni tal-Ftehim. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jekk il-kundizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu. |
|
3. |
Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’:
|
|
4. |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 1 035,32 km2. |
|
5. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-iskop f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi fuq il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2023, il-punt 633, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan. |
Taqsima 2
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.
Taqsima 3
|
1. |
Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni. |
|
2. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inkluż 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10. |
|
3. |
Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni. |
Taqsima 4
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li twassal għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta’ organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew il-bidu ta’ proċeduri ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jeħtieġ li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f’każijiet bħal dawn. In-notifika għandha sseħħ fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.
Taqsima 5
Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.
Taqsima 6
It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni bl-iskop li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni.
Taqsima 7
|
1. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt tal-estrazzjoni (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):
|
|
2. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt tal-estrazzjoni tinzerta bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi. |
|
3. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Istatistika tal-Polonja fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena. |
|
4. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun tinzerta fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha jkun ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċjata. |
|
5. |
Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha tinzerta d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim. |
|
6. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti fil-Ftehim qabel jiskadi l-limitu taż-żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta’ użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użfrutt tal-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti. |
|
7. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, u jinkludi l-komunikazzjoni li ġejja fuq l-ordni tat-trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Koło’” (“Stabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni b’rabta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ta’ ‘Kolo’”).
Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor. |
|
8. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b’tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett tal-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b’tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta. |
|
9. |
It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7. |
|
10. |
It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandha titħallas lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet. |
|
11. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-ħlas, kopji tal-provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. |
Taqsima 8
|
1. |
Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum tal-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-użufrutt tal-estrazzjoni matul il-fażi tal-estrazzjoni. |
|
2. |
Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu. |
Taqsima 9
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor.
Taqsima 10
|
1. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jkun intitolat għal kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure. |
|
2. |
Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt tal-estrazzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata f’konformità mat-Taqsima 7(3). |
|
3. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jdewwem il-ħlas tat-tariffa b’aktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallas it-tariffa pendenti fi żmien 7 ijiem mill-wasla tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan il-Ftehim jiġi tterminat b’effett immedjat. |
|
4. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni tal-użufrutt tal-estrazzjoni għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju. |
|
5. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, tal-irtirar jew tal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim. |
|
6. |
Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni għandha tkun invalida. |
|
7. |
Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rimborżata. |
|
8. |
It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali f’termini ġenerali jekk l-ammont ta’ ħsara mġarrab mit-Teżor jeċċedi l-penali kuntrattwali. |
Taqsima 11
|
1. |
Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt għall-korrispondenza:
|
|
2. |
Il-Partijiet huma obbligati jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum tal-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta’ kuntatt ta’ xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra. |
|
3. |
Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b’korrispondenza personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti. |
|
4. |
Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta’ Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta’ kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin se jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b’mod validu ladarba jkunu għaddew 14-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja. |
Taqsima 12
|
1. |
Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista’ jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat b’mod sħiħ, parzjalment, jew b’mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żbalji jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu. |
|
2. |
F’każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x’azzjoni għandhom jieħdu. |
Taqsima 13
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.
Taqsima 14
Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux ikun intitolat li jagħmel xi talba kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.
Taqsima 15
Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor.
Taqsima 16
Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat skont il-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.
Taqsima 17
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jġarrab il-kostijiet tal-konklużjoni tal-Ftehim.
Taqsima 18
L-emendi tal-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx għandhom ikunu invalidi.
Taqsima 19
Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni u żewġ kopji għat-Teżor).
It-Teżor
Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7491/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)