Official Journal L 133 , 21/05/1986 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0232
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0232
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1454/86 tat-13 ta’ Mejju 1986 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-varjetajiet ta’ żerriegħa tal-kolza u tar-rapa b’kontenut ta’ glukożinolata baxxa, magħrufa bħala varjetajiet ta’ "żero doppja", jipprovdu għaġina taż-żejt aktar tajbin għall-għalf ta’ l-annimali milli minn dawk miksuba minn varjetajiet tradizzjonali; premess li l-produzzjoni ta’ żerriegħa "żero doppja" fil-Komunità għandha għalhekk tkun imħeġġa; Billi dak l-għan jista jintlaħaq bil-provvediment għall-iffissar tas-suppliment għal prezzijiet ta’ mira u ta’ intervent; billi, għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [5], għandu jkun emendat kif xieraq; Billi l-arranġamenti bħala bidu tal-garanzija għal żerriegħa tal-kolza, tar-rapa u tal-ġirasol kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 24a tar-Regolament Nru 136/66/KEE, ma ppermettewx li jiġu miksuba r-riżultati antiċipati; billi l-arranġamenti msemmija għandhom jiġu mibdula u, minn naħa l-waħda, l-ammont ta’ l-għajnuna u tal-prezz ta’ xiri ’l ġewwa u ta’ l-intervent għandu jkun imnaqqas f’ċerti limiti jekk il-kwantitajiet ikkalkolati jeċċedu l-kwantitajiet massimi stabbiliti fis-sena ta’ marketing kurrenti u, minn naħa l-oħra, il-kwantitajiet massimi tas-sena ta’ marketing segwenti għandhom ikunu aġġustati jekk il-kwantitajiet fil-fatt prodotti jirriżultaw li jkunu differenti mill-kwantitajiet ikkalkolati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament Nru 136/66/KEE hu għalhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 24a għandu jaqra: "L-Artikolu 24a 1. Għaż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa tal-varjetajiet "żero doppja"; il-prezzijiet ta’ mira u ta’ l-intervent għandhom, għas-sena ta’ marketing 1986/87 u s-snin segwenti, jiġu miżjuda b’suppliment. 2. L-ammont tas-suppliment għandu jkun iffissat b’tali mod li jtejjeb il-provvista taż-żerriegħa "żero doppja"; tal-Komunità. Dan l-ammont għandu jiġi ffissat mill-Kunsill fl-istess ħin u skond l-istess proċedura bħall-prezzijiet tal-mira u ta’ l-intervent. 3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u aktar speċjalment il-kondizzjonijiet li ż-żerriegħa trid tkun konformi magħhom biex tikkwalifika bħala varjetajiet "żero doppja";, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38."; 2. L-aħħar sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 26(1) għandha taqra: "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27a, xiri għandu jkun bil-prezz ta’ l-intervent u b’dak il-prezz biss."; 3. L-Artikolu 27(1) għandu jkun midbul b’dan li ġej: "1. Jekk il-prezz tal-mira għal tip ta’ żerriegħa huwa ogħla mill-prezz tas-suq dinji ddeterminati kif speċifikat fl-Artikolu 29, l-għajnuna għandha tingħata għal żerriegħa maħżuna u pproċessata fil-Komunità. Soġġett għall-eċċezzjonijiet deċiżi permezz tal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27a, l-għajnuna tkun id-differenza bejn dawn il-prezzijiet. L-għajnuna għandha tingħata għal żerriegħa tal-kolza u tar-rapa "żero doppja"; kif iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz tal-mira miżjud bis-suppliment li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 24(a)."; 4. L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal: "L-Artikolu 27a 1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandu jiffissa, għal kull sena ta’ marketing li tibda bl-1986/87, il-kwantitajiet massimi garantiti għaż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa tal-Komunità u għaż-żerriegħa tal-ġirasol tal-Komunità. 2. Il-kwantitajiet massimi garantiti għaż-żerriegħa tal-kolza, tar-rapa u tal-ġirasol għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-produzzjoni matul perjodu ta’ referenza u l-istima bil-quddiem tat-talba. 3. Jekk il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kolza, tar-rapa u tal-ġirasol ikkalkolata qabel il-bidu tas-sena ta’ marketing teċċedi l-kwantità massima garantita għaż-żerriegħa kkonċernata u għas-sena f’dak il-każ, l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun imnaqqas bl-effett tal-prezz tal-mira ta’ koeffiċjent miksub billi tiġi diviża l-kwantità kkalkolata li teċċedi l-kwantità massima garantita bil-kwantità kkelkolata. Dan it-tnaqqis fl-ammont ta’ l-għajnuna ma jistax jeċċedi 5 % tal-prezz tal-mira. Meta l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu għal produzzjoni attwali minflok għal produzzjoni ikkalkolata fil-bidu tas-sena ta’ marketing tkun irriżultat fi tnaqqis differenti mill-ammont ta’ l-għajnuna minn dik applikata fil-fatt, il-kwantità massima garantita għas-snin ta’ marketing segwenti għandha tkun aġġustata biex jittieħed akkont ta’ dik is-sitwazzjoni. 4. Jekk il-paragrafu 3 jkun applikat, il-prezz ta’ l-intervent ta’ xiri ’l ġewwa għandu jkun imnaqqas bl-istess ammont bħal dak li għalih l-għajnuna tkun ġiet imnaqqsa. 5. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 għandha tintuża għal l-adozzjoni tal-provvedimenti għal l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun applika: - mill-1 ta’ Lulju 1986 għal żerriegħa tal-kolza u tar-rapa, - mill-1 ta’ Awissu 1986 għal żerriegħa tal-ġirasol. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Mejju 1986. Għall-Kunsill Il-President W. F. van Eekelen [1] ĠU C 85, ta’ l-14.4.1986, p. 14. [2] L-Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ April 1986 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 118, ta’ l-20.5.1986, p. 1. [4] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [5] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8. --------------------------------------------------