23.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/26


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9304 — Tenaris/Severstal/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 142/07)

1.   

Fl-10 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Tenaris S.A. (il-Lussemburgu),

—

Pao Severstal (il-Federazzjoni Russa)

—

Joint Venture Company (Singapore)

Tenaris S.A u PAO Severstal jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Joint Venture Company.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Tenaris S.A: manifattura u provvista ta’ prodotti f’forma ta’ tubu mingħajr saldatura u wweldjati u servizzi relatati għall-industrija taż-żejt u l-gass.

—   PAO Severstal: xogħol fil-minjieri u l-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tal-azzar.

—   Joint Venture Company: il-bini u t-tħaddim ta’ impjant fil-Federazzjoni Russa għall-manifattura u l-forniment ta’ ċerti tipi ta’ prodotti f’forma ta’ tubu għall-industrija taż-żejt u l-gass fil-Federazzjoni Russa u fil-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9304 — Tenaris/Severstal/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.