11.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 416/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9635 — BNP Paribas/Ageas/Koninklijke Belgische Touring Club/Optimile)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 416/09)

1.   

Fl-4 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)..

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BNP Paribas Fortis NV/SA (“BNPPF”, il-Belġju),

—

AG Insurance NV/SA, ikkontrollata minn Ageas SA/NV (“AGI”, il-Belġju),

—

Koninklijke Belgische Touring Club VZW (“Touring”, il-Belġju),

—

Optimile NV (“Optimile”, il-Belġju).

BNPPF, AGI and Touring jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Optimile kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BNPPF: sussidjarja tal-BNP Paribas Group fil-Belġju, u toffri pakkett komprensiv ta’ servizzi bankarji u finanzjarji għal individwi privati, professjonisti, SMEs, organizzazzjonijiet pubbliċi, eċċ. Is-sussidjarja tagħha, Arval BNP, tispeċjalizza fil-kiri ta’ etturi u tipprovdi lill-klijenti tal-kumpanija b’soluzzjonijiet personalizzati biex titjieb il-mobilità tal-persunal;

—

AGI: bħala sussidjarja ta’ Ageas, hija kumpaniji tal-assigurazzjoni b’ħafna kanali li taħdem fil-Belġju u li tipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u pensjonijiet supplimentari. Hija sid ta’ Interparking, operatur tal-parkeġġ attiva f’disa’ pajjiżi Ewropej, fosthom il-Belġju;

—

Touring: provvista ta’ servizzi ta’ assistenza fit-triq u fl-ivvjaġġar, kiri għal żmien qasir, karozzi mislufa flok oħrajn (replacement) u bejgħ ta’ karozzi, tiswija u tibdil ta’ ħġieġ tal-karozzi u assigurazzjoni tal-ivvjaġġar. Hija toffri wkoll l-app B2B2C għall-mobilità multimodali, easy Way;

—

Optimile: prinċipalment attiva fil-Belġju, u tiżviluppa u tbigħ software relatat mal-mobilità, inkluża app B2B multimodali white label, app B2C għall-mobilità multimodali (Mobiflow) u pjattaforma ta’ ġestjoni ta’ software bħala servizz (SaaS) white label għal operaturi tal-mobilità bħalma huma l-operaturi tal-postijiet fejn jiċċarġjaw il-karozzi u l-operaturi tat-taxis.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9635 — BNP Paribas/Ageas/Koninklijke Belgische Touring Club/Optimile

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.