|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/136 |
P9_TA(2022)0398
Ftehim UE/New Zealand: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (07910/2022 – C9-0296/2022 – 2022/0098(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 167/27)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07910/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (07911/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0296/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0273/2022), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand. |