|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 149/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/3572/UE finali tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 66hf (id-Deċiżjoni tal-Kunsill C(2010) 774 finali) fl-Anness XIII mal-Ftehim:
|
“— |
32010 D 3572: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/3572/UE finali tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (2), skont liema minn dawn tkun l-aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.