|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 85/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punti 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE), 27 (id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 32a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE) għandu jitħassar. |
|
2. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 32fe (id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2008/98/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 196, 28.7.2011, p. 39.
(2) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.