11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/51


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/383 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta' Marzu 2019

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106(a)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru mill-1 ta' Settembru 2019 'il quddiem.

(2)

Il-punt (c) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi Regolament jipprevedi li l-mandat ta' erba' mid-disa' Mħallfin addizzjonali li għandhom jinħatru mill-1 ta' Settembru 2019 għandu jintemm fil-31 ta' Awwissu 2022. Dawk l-erba' Mħallfin għandhom jintgħażlu b'tali mod li l-gvernijiet ta' erba' Stati Membri jinnominaw żewġ Imħallfin għas-sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali fl-2022.

(3)

Is-Sinjura Tuula Riitta PYNNÄ ġiet innominata għall-kariga ta' Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Tuula Riitta PYNNÄ biex taqdi d-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Tuula Riitta PYNNÄ hija b'dan maħtura Mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2019.

Il-President

L. ODOBESCU


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).