|
15.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/9 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/173
tat-12 ta’ Frar 2021
li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, il-Kummissjoni tista’ tiddelega setgħat lill-aġenziji eżekuttivi biex jimplimentaw programm jew proġett tal-Unjoni kollu jew parti minnu, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha u skont l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li toħloq u, fejn xieraq, tagħlaq aġenzija eżekuttiva. |
|
(2) |
Il-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-Governanza fil-Kummissjoni Ewropea (2) tipprovdi aktar dettalji dwar il-pożizzjoni tal-aġenziji eżekuttivi fil-governanza ġenerali fil-Kummissjoni u r-relazzjoni tagħhom magħha. |
|
(3) |
L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jiġu fdati b’kompiti ta’ implimentazzjoni tal-programmi huwa li l-Kummissjoni tkun tista’ tiffoka fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet ewlenin tagħha li ma jistgħux jiġu esternalizzati, mingħajr ma ċċedi l-kontroll fuq l-attivitajiet ġestiti minn dawk l-aġenziji eżekuttivi u r-responsabbiltà aħħarija għall-istess attivitajiet. |
|
(4) |
Id-delega tal-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-programm lil aġenzija eżekuttiva teħtieġ separazzjoni ċara bejn l-istadju tal-ipprogrammar, li tinvolvi diskrezzjoni kbira fl-għażliet xprunati minn kunsiderazzjonijiet politiċi, u li għalhekk titwettaq mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programm, li l-Kummissjoni tista’ tafda f’idejn aġenzija eżekuttiva. |
|
(5) |
Għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni stabbiliet xenarju ġdid ta’ programmi tal-Unjoni. Uħud mill-programmi l-ġodda tal-Unjoni huma suċċessuri ta’ programmi eżistenti tal-Unjoni, għalkemm b’arkitettura differenti, oħrajn ġew amalgamati u xi oħrajn huma kompletament ġodda. Ix-xenarju l-ġdid jeħtieġ ir-reviżjoni tad-distribuzzjoni tal-portafolli fost l-aġenziji eżekuttivi. |
|
(6) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, filwaqt li qiesu, fost fatturi oħra, l-iffrankar possibbli fil-qafas baġitarju ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-analiżi miksuba wriet li kemm f’termini ta’ kosteffiċjenza kif ukoll f’termini kwalitattivi, huwa aktar effettiv li l-programmi jiġu ddelegati lill-aġenziji eżekuttivi milli li titwettaq l-implimentazzjoni tagħhom internament. L-aġenziji eżekuttivi jibbenefikaw mill-ispeċjalizzazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-programmi. Meta jilħqu daqs suffiċjenti, jistgħu jiksbu ekonomiji ta’ skala sinifikanti. Barra minn hekk, il-konsistenza tematika fil-portafolli tista’ tiżgura sinerġiji bejn programmi f’oqsma simili u tagħti viżibbiltà lill-prijoritajiet tal-Unjoni. |
|
(7) |
Għalhekk, fl-istabbiliment ta’ mandati ġodda, il-portafolli jenħtieġ li jkunu, kemm jista’ jkun, miġbura skont il-qasam tematiku tal-politika sabiex l-aġenziji eżekuttivi jingħataw identità koerenti. |
|
(8) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-portafolli, sa fejn ikun possibbli, tevita t-trasferiment bla bżonn bejn l-aġenziji ta’ programmi li diġà huma ddelegati, tiġbor fi gruppi diversi partijiet tal-istess programm fl-istess aġenzija, tiġbor flimkien il-programmi ta’ Direttorat Ġenerali li jiddelega f’aġenzija waħda, u programmi ta’ grupp relatati mal-istess tema fl-istess aġenzija. Tali distribuzzjoni tal-portafolli jenħtieġ li tiżgura li kull aġenzija eżekuttiva tilħaq daqs kritiku mingħajr ma żżid l-għadd ta’ aġenziji eżekuttivi. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-programmi relatati mal-klima u mal-ambjent jinġabru f’aġenzija waħda, il-programmi relatati mal-qasam tal-politika diġitali jinġabru f’aġenzija oħra, il-programmi relatati mas-saħħa jinġabru wkoll f’aġenzija oħra u li l-attivitajiet tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel jiġu ttrasferiti lil aġenziji bbażati fi Brussell b’attivitajiet tematiċi jew ta’ programmi simili. Fir-rigward tal-Orizzont Ewropa, sabiex jiġu evitati l-implimentazzjoni frammentata u d-duplikazzjoni, id-distribuzzjoni tal-portafoll jenħtieġ li tiżgura li kull raggruppament jiġi raggruppat f’aġenzija unika waħda. |
|
(10) |
L-aġenziji l-ġodda jenħtieġ li jissostitwixxu u jieħdu post l-aġenziji eżistenti stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE (3), 2013/771/UE (4), 2013/778/UE (5), 2013/779/UE (6), 2013/776/UE (7) u 2013/770/UE (8). Sabiex jinkiseb approċċ ambizzjuż u integrat għall-kwistjonijiet tas-saħħa u dawk diġitali, Aġenzija Eżekuttiva ġdida Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali se tiġbor il-programmi kollha ddedikati għas-saħħa u għall-qasam diġitali. Wara l-eżami dettaljat tal-kostijiet u l-benefiċċji, u fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2020 dwar l-allokazzjoni futura ta’ programmi fost l-aġenziji eżekuttivi (9), jenħtieġ li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel ibbażata fil-Lussemburgu tiġi stralċjata u li l-programmi ġestiti minnha attwalment jittieħdu minn aġenziji eżekuttivi bbażati fi Brussell sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni l-aktar effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni. Din l-akkwiżizzjoni tqis il-livell importanti ta’ sinerġiji u effiċjenzi li jistgħu jinkisbu billi jinġabru programmi simili fl-istess aġenzija, flimkien mal-importanza ppruvata tal-prossimità tal-korp ta’ implimentazzjoni għas-servizzi tal-Kummissjoni, li jippermetti portafolli ta’ aġenziji aktar koerenti, daqs effiċjenti tal-aġenziji kollha, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu żviluppati sinerġiji bejn l-aġenziji, kemm fil-ġestjoni tal-programmi kif ukoll fil-funzjonijiet amministrattivi. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċifiċi għall-persunal affettwat minn dan l-istralċ. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel tal-attivitajiet bejn l-aġenziji eżekuttivi u l-bidu rapidu tal-implimentazzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, li se tkun aġenzija ġdida, jenħtieġ li tiġi stabbilita qabel it-trasferiment attwali tal-persunal, tal-programmi u tal-assi lejha. Dan għandu jippermetti li l-ħidma preparatorja meħtieġa biex titwaqqaf l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, ssir f’waqtha qabel ma l-aġenzija tieħu f’idejha l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni. |
|
(12) |
L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent jenħtieġ li tiġi fdata b’portafoll li jagħtiha fokus ċar bħala aġenzija ambjentali u klimatika, jiġifieri l-programm LIFE, il-Fond għall-Innovazzjoni, l-attivitajiet infrastrutturali taħt l-FNE (Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa)-Trasport u l-FNE-Enerġija, ir-raggruppament 5 ta’ Orizzont Ewropa relatat mal-klima, l-enerġija u l-mobilità, il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura. |
|
(13) |
L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali jenħtieġ li tkun iddedikata għall-attivitajiet kollha marbuta mas-saħħa, inkluż il-programm il-ġdid l-UE għas-Saħħa, il-parti tar-riċerka dwar is-saħħa tal-programm Orizzont Ewropa, u l-komponenti tas-saħħa tal-Programm tas-Suq Uniku. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali jenħtieġ li tiġbor ukoll il-programmi diġitali inklużi dawk li jimmiraw l-industrija u l-ispazju, biex tiżgura l-introduzzjoni tal-Ewropa fl-era diġitali. |
|
(14) |
L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka jenħtieġ li tiġbor flimkien partijiet differenti tal-programm Orizzont Ewropa biex tiżgura l-konsistenza tematika fl-istruttura l-ġdida ta’ dan il-programm. L-enfasi jenħtieġ li jibqa’ fuq l-attivitajiet ta’ riċerka, biż-żieda tal-Programm ta’ Miżuri għall-Promozzjoni Agrikola. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs tiżgura enfasi ċara fuq l-innovazzjoni u s-suq uniku. Jenħtieġ li l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs toħloq sinerġiji b’saħħithom biex tappoġġa l-irkupru tal-ekonomija Ewropea, billi tgħaqqad f’aġenzija waħda l-attivitajiet kollha tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (European Innovation Council, EIC) u l-programmi marbuta ma’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-EIC u l-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni se jiżguraw il-viżibbiltà għall-innovazzjoni, li hija essenzjali biex jiġu appoġġati l-modernizzazzjoni u s-sostenibbiltà tal-ekonomija tal-UE. |
|
(16) |
Bħala struttura ddedikata għall-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jenħtieġ li żżomm l-attenzjoni tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka taħt Orizzont Ewropa. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-enfasi tematiku tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura jibqa’ fuq attivitajiet edukattivi u kreattivi kif ukoll fuq proġetti qrib iċ-ċittadini tal-Unjoni. |
|
(18) |
Sabiex jinħolqu sinerġiji u effiċjenzi, jenħtieġ li jkun possibbli għal kull aġenzija li timplimenta finanzjament ipprovdut minn programmi oħra tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, flimkien ma’ finanzjament diġà fdat lill-aġenzija, fejn tali forniment ta’ finanzjament addizzjonali huwa previst fl-atti bażiċi rispettivi tal-programmi tal-Unjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkun possibbli għal kull aġenzija li timplimenta finanzjament trasferit minn fondi taħt ġestjoni kondiviża, fejn dan ikun previst fl-att bażiku. L-implimentazzjoni ta’ tali fondi jenħtieġ li ssir abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istrumenti ta’ delega. |
|
(19) |
Barra minn hekk, l-aġenziji jenħtieġ li jitħallew jimplimentaw proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji skont it-tifsira tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istrumenti ta’ delega. |
|
(20) |
L-aġenziji huma mħeġġa jkomplu jiffaċilitaw is-sinerġiji u l-effiċjenzi permezz tal-akkomunament tar-riżorsi, il-kooperazzjoni msaħħa, l-użu estensiv ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u jistabbilizzaw in-nefqa mhux relatata mas-salarji billi jnaqqsu l-kostijiet permezz tal-implimentazzjoni ta’ modi ġodda ta’ ħidma, bħat-telexogħol. |
|
(21) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li l-kompiti speċifiċi tal-implimentazzjoni tal-programmi jinġabru flimkien għal bosta programmi f’aġenziji speċifiċi, li jaġixxu bħala servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku għall-programmi kkonċernati. |
|
(22) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-ħidma ta’ kull aġenzija sat-tlestija effettiva tal-programm(i) delegat(i) lilha, jenħtieġ li t-tul tal-ħajja tal-aġenziji stabbiliti b’din id-Deċiżjoni, jaqbeż dak tal-qafas finanzjarju pluriennali b’sena. Abbażi tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tqabbel ir-riżultati tal-analiżi ex-ante tal-ispejjeż u l-benefiċċji mwettqa skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 mal-implimentazzjoni effettiva, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta biex testendi l-ħajja ta’ aġenzija waħda jew aktar sa tliet snin biex tippermetti l-għeluq tal-programmi delegati. |
|
(23) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti ta’ din id-Deċiżjoni u tal-programmi kkonċernati, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-aġenziji jwettqu l-kompiti tagħhom marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi mid-data li fiha dawn il-programmi jidħlu fis-seħħ u soġġetti għal din id-data. |
|
(24) |
Fir-rigward tat-teħid ta’ programm minn aġenzija għal oħra, l-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi surrogata fid-drittijiet u l-obbligi tal-aġenzija li tgħaddi dan il-programm, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni kuntrattwali u baġitarja tal-programm ikkonċernat. Il-persunal responsabbli għall-programm ikkonċernat jenħtieġ li jiġi trasferit lill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni mingħajr ebda ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom. |
|
(25) |
Jenħtieġ li l-evalwazzjoni dwar l-operat ta’ kull aġenzija msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 ssir b’mod koordinat. Il-perjodu ta’ evalwazzjoni msemmi għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, u għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, jenħtieġ li jibda mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji jenħtieġ li jiġu evalwati b’mod koordinat għall-perjodu li jifdal tal-mandati tal-2014-2020 tal-aġenziji eżekuttivi li għadu ma ġiex evalwat. Jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet li jkopru l-mandati tal-2021-2027 janalizzaw, fost affarijiet oħra, il-kisba tal-iffrankar u ż-żieda fil-produttività assunti mill-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji mwettqa skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003. Jenħtieġ li dawn l-evalwazzjonijiet jiġu ppreżentati lill-Kumitati ta’ Tmexxija tal-aġenziji eżekuttivi, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. |
|
(26) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha 14/2014 (11), jenħtieġ li l-aġenziji eżekuttivi jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u japplikaw għar-reġistrazzjoni skont l-iskema tal-Unjoni ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (eco-management and audit scheme, EMAS). Skont il-politika tal-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni (13), l-aġenziji eżekuttivi huma mħeġġa jingħaqdu mal-isforzi tal-Kummissjoni biex isiru newtrali għall-klima sal-2030. |
|
(27) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
TAQSIMA I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-aġenziji eżekuttivi li jimplimentaw il-programmi tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali (“QFP”) 2021-2027, tiddetermina l-kompiti u l-portafolli tagħhom u r-regoli operattivi ġenerali u tistabbilixxi l-qafas legali għat-tranżizzjoni bejn l-aġenziji u bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku ġenerali” tfisser servizzi ta’ appoġġ relatati mal-implimentazzjoni ta’ bosta programmi, li huma ċentralizzati f’aġenzija eżekuttiva waħda jew aktar; |
|
(b) |
“legat” tfisser attivitajiet residwi li jirriżultaw mill-impenji mill-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni taħt il-QFP 2014-2020 u l-perjodi preċedenti tal-QFP. |
TAQSIMA II
STABBILIMENT, KOMPITI U PORTAFOLLI
Artikolu 3
Stabbiliment u terminu
1. L-aġenziji li ġejjin huma stabbiliti mill-1 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2028:
|
(a) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent; |
|
(b) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka; |
|
(c) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs; |
|
(d) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura; |
|
(e) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. |
2. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali hija stabbilita mis-16 ta’ Frar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Artikolu 4
Lokalità
L-aġenziji għandhom ikunu fi Brussell.
Artikolu 5
Kompiti
L-aġenziji għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti li ġejjin relatati mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi u mal-attivitajiet tal-Unjoni delegati lilhom:
|
(a) |
jiġġestixxu xi stadji tal-implimentazzjoni tal-programm, jew l-istadji kollha, u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi, jew il-fażijiet kollha, fuq il-bażi tal-programmi ta’ ħidma adottati mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
jiġġestixxu proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji skont it-tifsira tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jekk applikabbli; |
|
(c) |
jipprovdu servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku ġenerali, jekk applikabbli; |
|
(d) |
jadottaw l-istrumenti tal-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u jwettqu l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programmi u l-attivitajiet; |
|
(e) |
jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm biex jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-kompiti tagħha ta’ tfassil ta’ politika; |
|
(f) |
jimplimentaw il-finanzjament meta jkun fdat lilhom:
|
Artikolu 6
Il-programmi delegati tal-Unjoni tal-QFP tal-2021-2027
1. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni (jew partijiet minnhom) li ġejjin:
|
(a) |
Il-Fond għall-Innovazzjoni (14); |
|
(b) |
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: it-Trasport (inklużi l-mobilità militari u l-kontribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni) u l-Enerġija; |
|
(c) |
Orizzont Ewropa: Pilastru II, raggruppament 5: Klima, enerġija u mobilità; |
|
(d) |
LIFE: In-Natura u l-bijodiversità; L-ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja; Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa; |
|
(e) |
Il-mekkaniżmu ta’ Finanzjament tal-Enerġija Rinnovabbli (15); |
|
(f) |
Il-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku, taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta; |
|
(g) |
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (ġestjoni diretta) u kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (Regional Fisheries Management Organisations, RFMOs) u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. |
2. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Il-programm l-UE għas-Saħħa; |
|
(b) |
Orizzont Ewropa: Pilastru II, Raggruppament 1: is-Saħħa; |
|
(c) |
Il-Programm tas-Suq Uniku: is-sikurezza tal-ikel: is-saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari u taħriġ aħjar għal iżjed sikurezza fl-ikel; |
|
(d) |
Il-Programm Ewropa Diġitali; |
|
(e) |
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: Diġitali; |
|
(f) |
Orizzont Ewropa: Pilastru II, Raggruppament 4: Diġitali, industrijali u spazjali. |
3. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Orizzont Ewropa: Pilastru I: L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) u Infrastrutturi ta’ Riċerka; |
|
(b) |
Orizzont Ewropa: Pilastru II, Raggruppament 2: Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva; Raggruppament 3: Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà; u Raggruppament 6: Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent; |
|
(c) |
Orizzont Ewropa: Il-parti “Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”: “Tixrid tal-eċċellenza u twessigħ tal-parteċipazzjoni”; “Riforma u titjib tas-Sistema tar-Riċerka u l-Innovazzjoni Ewropea”; |
|
(d) |
Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli (16); |
|
(e) |
Il-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar (17). |
4. Barra minn hekk, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għandha tkun responsabbli għas-servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku ġenerali, b’mod partikolari:
|
(a) |
is-Servizz Ċentrali tal-Validazzjoni (SEDIA); |
|
(b) |
l-ippjanar tas-sejħiet għall-programmi u s-servizzi kollha li jipparteċipaw fl-eGrants; |
|
(c) |
il-ġestjoni esperta. |
5. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni (partijiet minnhom) li ġejjin:
|
(a) |
Orizzont Ewropa, pilastru III: il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (European Innovation Council, EIC) u l-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni; |
|
(b) |
L-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni; |
|
(c) |
Il-Programm tas-Suq Uniku: COSME; Is-suq intern; l-appoġġ għall-istandardizzazzjoni; u l-Konsumaturi. |
6. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Ewropa Kreattiva; |
|
(b) |
Erasmus; |
|
(c) |
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; |
|
(d) |
Iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; |
|
(e) |
L-istrument ta’ viċinat, ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta’ kooperazzjoni internazzjonali (Neighbourhood, development and international cooperation instrument, NDICI); |
|
(f) |
L-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA III). |
7. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-parti li ġejja ta’ Orizzont Ewropa: Orizzont Ewropa, pilastru I: il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (European Research Council, ERC).
8. Il-paragrafi minn (1) sa (7) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi u soġġetti għal din id-data.
Artikolu 7
Legat
1. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: Enerġija u Trasport (inkluża l-kontribuzzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni) (18), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE (l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks”); |
|
(b) |
Orizzont 2020: Parti III: L-isfida soċjetali 3: Enerġija sigura, nadifa u effiċjenti (19), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks, l-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE (l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji”) u mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
Orizzont 2020: Parti III: Sfida tas-soċjetà 4: Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u mill-Kummissjoni; |
|
(d) |
Orizzont 2020: Parti III: Sfida tas-soċjetà 5: Azzjoni klimatika, Ambjent, effiċjenza fir-riżorsi u materja prima, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
LIFE: L-Azzjoni Klimatika u l-Ambjent (20), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji; |
|
(f) |
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (21), li taħt il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji. |
2. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Orizzont 2020: Parti III: Sfida tas-Soċjetà 1: Is-saħħa, it-tibdil demografiku u l-benesseri, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: It-Telekomunikazzjoni (22), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
Orizzont 2020: Parti II: l-objettiv speċifiku “Tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali (LEIT)” - ICT, NMBP, spazju (23), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, l-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE (l-“Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka”) u mill-Kummissjoni; |
|
(d) |
Orizzont 2020: Parti III: Sfida tas-soċjetà 5: Azzjoni klimatika, Ambjent, effiċjenza fir-riżorsi u materja prima, li skont il-QFP 2014–2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
FP7: It-tema “spazju” tal-programm speċifiku kooperazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru (24), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka; |
|
(f) |
il-Qafas finanzjarju komuni fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf inkluż Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel (25), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE (26) (l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel); |
|
(g) |
it-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) (27), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel ,u mill-Kummissjoni. |
3. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Orizzont 2020: Parti I: l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-Infrastrutturi tar-Riċerka (28), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
Orizzont 2020: Parti III: Sfida tas-Soċjetà 2: Is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura u l-forestrija sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar, dik marittima u tal-ilmijiet interni u l-bijoekonomija; Sfida tas-Soċjetà 5: L-azzjoni klimatika, l-Ambjent, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-materja prima; Sfida tas-Soċjetà 6: L-Ewropa f’dinja dejjem tinbidel - Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi; Sfida tas-Soċjetà 7: Soċjetatjiet Siguri - il-Protezzjoni tal-libertà u tas-sigurtà tal-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka , l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
Orizzont 2020: Parti IV: It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u mill-Kummissjoni; |
|
(d) |
Orizzont 2020: Parti V: Ix-xjenza mas-soċjetà u għas-soċjetà, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
FP7: l-azzjonijiet “Riċerka għall-SMEs” u “riċerka għall-assoċjazzjonijiet tal-SMEs tal-Kapaċitajiet tal-Programm Speċifiku” (29), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka; |
|
(f) |
FP7: it-tema “Sigurtà” tal-programm speċifiku kooperazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru (30), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka; |
|
(g) |
Il-Programm Speċifiku FP7 “Nies” (31), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka; |
|
(h) |
Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli (32), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel; |
|
(i) |
Il-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar (33), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Kummissjoni. |
4. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Orizzont 2020: Parti I: Teknoloġiji futuri u emerġenti TFE-Miftuħa u TFE-Proattivi (inkluż meta ttikkettjati bħala pilota EIC) (34), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u mill-Kummissjoni; |
|
(b) |
Orizzont 2020: Parti II: L-Aċċess għall-Finanzjament ta’ Riskju (inkluż il-Premji ta’ inċentiv tal-EIC) u l-Innovazzjoni fl-SMEs, li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
Orizzont 2020: Parti II u III: Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni (FTI), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(d) |
Orizzont 2020: Parti II u III: L-istrument għall-SMEs , li taħt il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
premjijiet oħrajn relatati mal-EIC, bħall-iCapital (H2020 SC 6 WP) u l-Premju għall-innovaturi nisa (H2020 SWAFs WP), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Kummissjoni; |
|
(f) |
kwalunkwe attività oħra koperta mill-2018 taħt il-parti pilota tal-EIC tal-Programm ta’ Ħidma Orizzont 2020 dwar l-SMEs Innovattivi, li taħt il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u mill-Kummissjoni; |
|
(g) |
COSME u l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Competitiveness and Innovation Framework Programme, CIP) (35), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji; |
|
(h) |
Is-Suq Intern u l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ Standardizzazzjoni (36), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġew implimentati mill-Kummissjoni; |
|
(i) |
Il-programm tal-Konsumatur (37), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel. |
5. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi (partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Ewropa Kreattiva (38), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE (“Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura”); |
|
(b) |
Erasmus + (39), li taħt il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura; |
|
(c) |
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (40), li taħt il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura; |
|
(d) |
L-Ewropa għaċ-Ċittadini (41), li taħt il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura; |
|
(e) |
Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (42), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u mill-Kummissjoni; |
|
(f) |
l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (43) ,,, li minnu l-kontribuzzjoni għall-Erasmus+ skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u mill-Kummissjoni; |
|
(g) |
l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (44), li minnu l-kontribuzzjoni għal Erasmus+ skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u mill-Kummissjoni; |
|
(h) |
l-Istrument għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (45), li minnu l-kontribuzzjoni għal Erasmus+ skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u mill-Kummissjoni; |
|
(i) |
l-Istrument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (46), li minnu l-kontribuzzjoni għal Erasmus+ skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u mill-Kummissjoni; |
|
(j) |
l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (47), li minnhom il-kontribuzzjoni għal Erasmus+ skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura; |
|
(k) |
il-programmi li ġejjin li qabel kienu fdati lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura fil-perjodu 2000-2013:
|
6. L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi (jew partijiet minnhom) tal-Unjoni li ġejjin:
|
(a) |
Orizzont 2020: Parti I: it-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (62), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġiet implimentata mill-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE (“dik li kienet l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka”); |
|
(b) |
FP7: il-programm speċifiku “Ideat” (63), li skont il-QFP tal-2014-2020 ġie implimentat minn dik li kienet l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka. |
TAQSIMA III
REGOLI OPERATTIVI
Artikolu 8
Membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija u Direttur
1. Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ kull aġenzija għandhom, fil-prinċipju, jinħatru għal sentejn.
2. Id-Direttur ta’ kull aġenzija għandu, fil-prinċipju, jinħatar għal erba’ snin.
Artikolu 9
Is-sekondar tal-uffiċjali
1. L-uffiċjali għandhom jiġu ssekondati lill-Aġenzija wara li jimlew il-kariga parallela fil-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni tal-karigi relatati u l-għażla, jew l-assenjar mill-ġdid fl-interessi tas-servizz imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (“CEOS”) (64).
2. Meta l-Aġenzija taċċetta s-sekondar, l-uffiċjal għandu jiġi offrut il-possibbiltà li jiġi ssekondat fl-interessi tas-servizz għall-kariga ta’ responsabbiltà kkonċernata fl-aġenzija f’konformità mal-Artikoli 37, il-punt (a), u 38 tar-Regolamenti tal-Persunal (65). L-uffiċjal għandu jinstema’ skont l-Artikolu 38, il-punt (a), tar-Regolamenti tal-Persunal.
3. L-uffiċjal għandu jiġi offrut kuntratt skont l-Artikolu 2a tas-CEOS.
4. Soġġett għal-limiti tal-karigi disponibbli fil-pjan ta’ stabbiliment tal-aġenzija, l-aġenzija għandha toffri l-kuntratt lill-uffiċjal sekondat fl-istess grad, skala u anzjanità fil-grad u skala kif għandu l-uffiċjal fil-Kummissjoni. Tali kuntratt għandu jiġi emendat biex jirrifletti kwalunkwe bidla fil-karriera tal-uffiċjal fil-Kummissjoni.
Artikolu 10
Persunal temporanju u bil-kuntratt
L-Aġenzija għandha tingaġġa direttament lill-persunal temporanju skont l-Artikolu 2f tas-CEOS u lill-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tas-CEOS.
Artikolu 11
Rekwiżiti ta’ superviżjoni u ta’ rappurtaġġ
L-aġenziji għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandhom jirrapportaw regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li għalihom huma responsabbli skont l-arranġamenti u fl-intervalli stabbiliti fid-Deċiżjonijiet li jiddelegaw il-poteri lill-aġenziji stabbiliti b’din id-Deċiżjoni u adottati f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003.
Artikolu 12
Evalwazzjonijiet
1. L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għandhom jiġu evalwati b’mod ikkoordinat skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003. Dawn l-evalwazzjoni għandhom ikopru l-perjodu li jifdal tal-mandat tal-2014-2020 tal-aġenziji eżekuttivi li għadu ma ġiex evalwat. Il-perjodu evalwat għandu jintemm fil-jum ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 għall-aġenziji stabbiliti bid-Deċiżjoni għandhom jibdew mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. L-aġenziji għandhom jiġu evalwati b’mod koordinat.
3. F’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, l-evalwazzjonijiet li jkopru l-mandati 2021-2027 tal-aġenziji għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitati ta’ Tmexxija tal-aġenziji eżekuttivi, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 13
Parteċipazzjoni fis-sistema EMAS tal-Kummissjoni
1. L-aġenziji għandhom jimplimentaw u jirreġistraw skont l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (Eco-Management and Audit Scheme, EMAS). Huma jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fir-reġistrazzjoni korporattiva tal-EMAS tal-Kummissjoni, fejn ikunu ospitati f’binjiet li huma ġestiti mill-Kummissjoni.
2. Ir-reġistrazzjoni tal-aġenziji għas-sistema EMAS tal-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal impenn bil-miktub bejn il-President tal-Kumitat tat-Tmexxija EMAS tal-Kummissjoni, imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)7708 (66), u l-aġenziji, u soġġetta għall-approvazzjoni mill-Korp Kompetenti tal-EMAS fil-Belġju.
Artikolu 14
Implimentazzjoni tal-baġit operattiv
L-aġenziji għandhom jimplimentaw il-baġit operattiv rispettiv tagħhom skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (67).
TAQSIMA IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 15
Suċċessjoni ġenerali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 16 sa 20, l-aġenziji stabbiliti b’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu s-suċċessuri legali u universali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kuntratti kollha u tal-ftehimiet ta’ għotja, tal-passivi u l-proprjetà akkwistata, tal-aġenziji rispettivi li se jkunu s-suċċessuri tagħhom u li se jissostitwixxu bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1:
|
(a) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent għandha tkun is-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks, u tissostitwixxiha; |
|
(b) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għandha tkun is-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, u tissostitwixxiha; |
|
(c) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għandha tkun is-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, u tissostitwixxiha; |
|
(d) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura għandha tkun is-suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, u tissostitwixxiha; |
|
(e) |
l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għandha tkun is-suċċessur ta’ dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, u tissostitwixxiha. |
Artikolu 16
Trasferiment ta’ attivitajiet ta’ legat bejn l-aġenziji u bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji
1. Meta l-attivitajiet ta’ legat jiġu trasferiti bejn l-aġenziji jew mill-Kummissjoni lil aġenzija skont l-Artikolu 7, il-fajls u l-impenji legali kollha għandhom jittieħdu awtomatikament, bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni, mill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni. Dik l-aġenzija għandha tkun surrogata fid-drittijiet u l-obbligi rispettivi kollha.
2. Meta l-programmi tal-Unjoni jiġu ddelegati mill-Kummissjoni lil aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha żżomm id-drittijiet li ġejjin:
|
(a) |
li tapprova ċ-ċertifikat dwar il-metodoloġija; |
|
(b) |
li twettaq kontrolli, reviżjonijiet jew verifiki; |
|
(c) |
li twettaq evalwazzjonijiet interim u finali tal-impatt tal-azzjoni mkejjel skont l-objettivi tal-programmi; |
|
(d) |
li tagħmel disponibbli informazzjoni dwar ir-riżultati lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni kif ukoll lil Stati Membri jew pajjiżi assoċjati; |
|
(e) |
li tuża l-materjali, id-dokumenti jew l-informazzjoni tal-benefiċjarji skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-għotja; |
|
(f) |
li tpaċi skont l-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(g) |
li tadotta deċiżjoni infurzabbli għat-talbiet tal-aġenzija, skont l-Artikolu 299 tat-Trattat. |
Artikolu 17
Trasferiment ta’ uffiċjali ssekondati bejn l-aġenziji
1. Meta aġenzija tkun is-suċċessur u tissostitwixxi l-aġenzija ta’ qabilha skont l-Artikolu 15, l-uffiċjali tal-Kummissjoni li jiġu ssekondati fl-interessi tas-servizz lill-aġenzija li ma baqgħetx teżisti, għandhom ikomplu jiġu ssekondati fl-interessi tas-servizz għall-kariga ta’ responsabbiltà korrispondenti fl-aġenzija li tieħu f’idejha l-kompiti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ attivitajiet ta’ legat bejn l-aġenziji skont l-Artikolu 16, l-uffiċjali ssekondati mal-aġenzija li ma baqgħetx teżisti, u li l-kompiti tagħha ttieħdu minn aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ssekondati fl-interessi tas-servizz għall-kariga ta’ responsabbiltà korrispondenti fl-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikoli 37, il-punt (a), u l-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-uffiċjal għandu jinstema’ skont l-Artikolu 38, il-punt (a), tar-Regolament tal-Persunal.
3. L-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni għandha taċċetta s-sekondar mingħajr ebda proċedura ta’ pubblikazzjoni u ta’ għażla.
4. L-uffiċjal ikkonċernat għandu jiġi offrut kuntratt skont l-Artikolu 2a tas-CEOS.
5. Soġġett għal-limiti tal-karigi disponibbli fil-pjan ta’ stabbiliment tal-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni, dik l-aġenzija għandha toffri l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 4 fl-istess grad, skala u anzjanità fil-grad u skala bħal dik li l-uffiċjal għandu fil-Kummissjoni. Tali kuntratt għandu jiġi emendat fejn meħtieġ biex jirrifletti kull bidla fil-karriera tal-uffiċjal fil-Kummissjoni.
6. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta t-trasferiment ta’ kompiti skont l-Artikoli 15 u 16 jirriżulta fis-sekondar ta’ żewġ uffiċjali jew aktar fuq l-istess kariga ta’ responsabbiltà korrispondenti fl-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni, wara proposta tad-Direttorat Ġenerali prinċipali, jew meta jkun hemm aktar Direttorati Ġenerali prinċipali, id-Direttorat Ġenerali prinċipali anzjan ta’ dik l-aġenzija għandu jiddeċiedi liema uffiċjal imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi ssekondat lil dik l-aġenzija. Il-Kummissjoni tista’ ttemm is-sekondar ta’ uffiċjali oħra kkonċernati.
7. Id-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għandu jiġi integrat mill-ġdid mal-Kummissjoni.
Artikolu 18
Trasferiment tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2f tas-CEOS u tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tas-CEOS bejn l-aġenziji
1. Meta aġenzija tkun is-suċċessur u tissostitwixxi lil dik ta’ qabilha skont l-Artikolu 15, il-kuntratti tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2f tas-CEOS u l-kuntratti tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tas-CEOS għandhom ikomplu jibqgħu jeżistu fl-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni mingħajr ebda tibdil.
2. Meta jkun hemm trasferiment ta’ attivitajiet ta’ legat bejn l-aġenziji u bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji skont l-Artikolu 16, il-persunal temporanju skont l-Artikolu 2f tas-CEOS u l-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tas-CEOS, impjegati mill-aġenzija li ma baqgħetx teżisti u li ġew identifikati bħala li jwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni ta’ programmi li jittieħdu mill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni li għaliha huma assenjati l-kompiti tagħhom, għandhom jiġu trasferiti lil dik l-aġenzija.
3. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi trasferit lill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni mingħajr l-ebda modifika tal-kuntratti tagħhom. Il-bidla tal-aġenzija m’għandhiex titqies bħala dħul ġdid fis-servizz u l-kontinwità tal-karriera għandha tiġi żgurata f’kull rigward.
4. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jintalab jiddeċiedi, fi żmien 15-il jum tax-xogħol min-notifika formali tat-trasferiment, jekk iridux jiġu trasferiti lill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni biex ikomplu jwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-programm meħud minn dik l-aġenzija. Meta membru tal-persunal ikkonċernat jesprimi r-rifjut tiegħu jew tagħha bil-miktub matul dan il-perjodu, il-kuntratt ta’ dan il-membru tal-persunal, għandu jintemm mill-Aġenzija skont il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47 tas-CEOS.
5. Fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun ta’ xahrejn.
Artikolu 19
Trasferiment bejn l-aġenziji tal-persunal ta’ appoġġ li mhuwiex marbut ma’ programm speċifiku
1. L-Artikolu 17(2) sa (6) u l-Artikolu 18(2) sa (5) għandu japplika għall-persunal ta’ appoġġ tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel li mhuwiex marbut ma’ programm speċifiku. Dawn għandhom jiġu ttrasferiti lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs jew lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, abbażi tal-għażla tagħhom u soġġetti għan-numru ta’ karigi assenjati lil dawn l-aġenziji.
2. Soġġetti għan-numru ta’ karigi assenjati lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Artikolu 17(2) sa (6) u l-Artikolu 18(2) sa (4) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u ta’ dik li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka identifikati bħala li jwettqu kompiti ta’ appoġġ fir-rigward ta’ programmi li ttieħdu mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali.
3. Soġġetti għall-għadd ta’ karigi assenjati lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, l-Artikolu 17(2) sa (6) u l-Artikolu 18(2) sa (4) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji identifikati bħala li jwettqu kompiti ta’ appoġġ fir-rigward ta’ programmi li ttieħdu mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent.
Artikolu 20
Trasferiment ta’ uffiċjali ssekondati, persunal bil-kuntratt u persunal temporanju mill-Kummissjoni għall-aġenziji
1. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ attivitajiet ta’ legat mill-Kummissjoni lil aġenzija skont l-Artikolu 16, l-uffiċjali tal-Kummissjoni li l-kompiti tagħhom huma trasferiti lill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu offruti mill-Kummissjoni l-possibbiltà li jiġu ssekondati fl-interessi tas-servizz, fit-tip ta’ kariga rispettiva tagħhom, għall-kariga ta’ responsabbiltà f’din l-aġenzija skont l-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-paragrafi minn 3 sa 5 tal-Artikolu 17.
3. F’każ ta’ trasferiment ta’ attivitajiet ta’ legat mill-Kummissjoni lil aġenzija skont l-Artikolu 16, l-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni għandha toffri lill-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni l-possibbiltà, mingħajr il-proċedura ta’ pubblikazzjoni u għażla, li jikkonkludu kuntratt ġdid skont l-Artikolu 3a tas-CEOS fl-istess grupp ta’ funzjoni biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kompiti meta:
|
(a) |
l-kompiti tagħhom jiġu trasferiti mill-Kummissjoni lill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
huma jkunu ssodisfaw il-proċedura sħiħa tal-għażla tal-persunal bil-kuntratt, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jew immexxija skont ir-responsabbiltà tiegħu. |
4. Il-kondizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jiġu ddeterminati skont ir-regoli adatti applikati mill-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni. L-aċċettazzjoni ta’ kuntratt ġdid skont il-paragrafu 3 għandha ttemm il-kuntratt mal-Kummissjoni u għandha tiskatta l-bidu ta’ perjodu ta’ prova ġdid.
5. Meta membru tal-persunal imsemmi fil-paragrafu 3 jirrifjuta l-kuntratt fl-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ ttemm il-kuntratt tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 47 tas-CEOS.
6. F’każ ta’ trasferiment ta’ attivitajiet ta’ legat mill-Kummissjoni lil aġenzija skont l-Artikolu 16, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs għandha toffri lil persunal temporanju, ingaġġati mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-10 ta’ April 2019 (68) bħala maniġers tal-programmi fil-kuntest tal-proġett pilota mtejjeb tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, il-possibbiltà, mingħajr pubblikazzjoni u proċedura ta’ għażla, li jikkonkludu kuntratti skont l-Artikolu 2f tas-CEOS fl-istess grupp ta’ funzjoni u grad, biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kompiti fejn, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53 tas-CEOS:
|
(a) |
il-kompiti tagħhom jiġu ttrasferiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs; |
|
(b) |
il-karigi kkonċernati jistgħu jiġu koperti mill-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs. |
7. Il-kondizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal temporanju msemmi fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mar-regoli xierqa applikati mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs. L-aċċettazzjoni ta’ kuntratt ġdid skont il-paragrafu 6 għandha ttemm il-kuntratt mal-Kummissjoni u għandha tiskatta l-bidu ta’ perjodu ta’ prova ġdid.
8. Meta membru tal-persunal imsemmi fil-paragrafu 6 jirrifjuta l-kuntratt fl-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ ttemm il-kuntratt tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 47 tas-CEOS.
Artikolu 21
L-istralċ tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel u miżuri tranżitorji
1. L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għandha tieqaf teżisti mill-1 ta’ April 2021 u wara din id-data għandha tiġi stralċjata f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 u l-paragrafi (2) sa (5) ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għandu jiġi trasferit f’konformità mal-Artikolu 17(2) sa (7), l-Artikolu 18(2) sa (5) u l-Artikolu 19. Dak il-persunal għandu jkun intitolat għat-telework full-time fil-post ta’ residenza tiegħu mill-1 ta’ April 2021 sat-30 ta’ Settembru 2021. Il-persunal li jirrifjuta li jiċċaqlaq lejn l-aġenzija stabbilita b’din id-Deċiżjoni u li jkompli jwettaq il-kompiti tiegħu li ttieħdu minn din l-aġenzija biex iservi l-perjodu ta’ avviż msemmi fl-Artikolu 47 tas-CEOS, għandu jkun intitolat għat-telework full time fil-post ta’ residenza tagħhom mill-1 ta’ April 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ avviż.
3. Minkejja l-Artikolu 19(1), l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali għandha tieħu f’idejha mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel kwalunkwe attività ta’ appoġġ mhux marbuta ma’ programm speċifiku.
4. L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għandhom jieħdu f’idejhom l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha marbuta mal-attivitajiet meħuda mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel u l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha marbuta mal-attivitajiet ta’ appoġġ imsemmija fil-paragrafu 3.
5. Iż-żewġ likwidaturi maħtura mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 għandhom jivverifikaw u jikkonfermaw li l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel jew jintemmu jew jittieħdu, u li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jifdal ikunu ttieħdu mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs u mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka. Il-likwidaturi għandhom jistabbilixxu kwalunkwe riżultat nett tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel wara l-likwidazzjoni. Imbagħad għandhom jirrikonoxxu l-istralċ tagħha.
Artikolu 22
Perjodu tranżitorju għall-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali
1. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali sakemm l-aġenzija jkollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari għandu jaġixxi bħala Direttur interim u jeżerċita d-dmirijiet kollha assenjati lid-Direttur.
Artikolu 23
Data tal-mobilità tal-persunal
1. Il-persunal imsemmi fl-Artikoli minn17 sa 21 għandu jiġi ttrasferit lill-Aġenzija korrispondenti b’effett mill-1 ta’ April 2021.
2. Għall-finijiet tal-qadi tal-perjodu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 47 tas-CEOS, il-persunal bil-kuntratt u temporanju msemmi fl-Artikoli 18, 19 u 21, li jirrifjutaw li jiċċaqilqu għall-aġenzija korrispondenti stabbilita b’din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu trasferiti lil dik l-aġenzija u jkomplu jwettqu l-kompiti tagħhom sa tmiem il-perjodu ta’ notifika.
TAQSIMA V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 24
Tħassir
1. Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE, 2013/771/UE, 2013/778/UE, 2013/779/UE, 2013/776/UE u 2013/770/UE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ April 2021.
2. Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ April 2021. Madankollu, l-Artikoli 3(2) u 22 għandhom japplikaw mis-16 ta’ Frar 2021.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) C(2020)4240 final.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE tat-23 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/779/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69) kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 sabiex l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” tiġi ttrasformata f’“L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel”. (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183).
(9) C(2020) 2880 final.
(10) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(11) Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2014 L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif jikkalkolaw, inaqqsu u jpaċu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra?, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
(12) Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE.
(13) Il-Komunikazzjoni COM(2019)640 tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni (ĠU L 303, 17.9.2020, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
(21) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(22) Ir-Regolament (UE) 1953/2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (ĠU L 286, 1.11.2017, p. 1); Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007–2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(26) Emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/927/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 sabiex “L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, u l-Ikel” tiġi ttrasformata fl-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel”(ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183).
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(29) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Kapaċitajiet" li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299).
(30) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).
(31) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Nies” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 270).
(32) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
(33) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7).
(34) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(35) Ir-Regolament Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014-2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).
(36) L-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet hija koperta mid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament li ġejjin: C(2019)8928 tas-17/12/2019 għall-2020, C(2019)76 tas-16/01/2019 għall-2019, C(2017)7379 tad-09/11/2017 għall-2018, C(2017)204 tat-23/01/2017 għall-2017, C(2015)8547 tas-07/12/2015 għall-2016.
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-20 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42).
(38) Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE and Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).
(39) Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
(40) Ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU L 250, 04.10.2018, p. 1).
(41) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.04.2014, p. 3).
(42) Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (l-“Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (ĠU L 122, 24.04.2014, p. 1).
(43) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar ir-regoli sepċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 32).
(44) Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(45) Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(46) Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77).
(47) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp taħt il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (ĠU L 152, 13.6.2007, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1).
(48) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE li tistabbilixxi proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (2006-2013) (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 33).
(49) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE li tistabbilixxi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (2006-2013) (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 14).
(50) Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (2007-2013) (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).
(51) Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1).
(52) Id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinza Ewropea attiva (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32).
(53) Id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” (2007-2013) (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30).
(54) Id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013) (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12).
(55) Id-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta’ Azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni superjuri u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83).
(56) Id-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’ koperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2011-2013) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10).
(57) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 li jistabbilixxi proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament taħt id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja (ĠU L 52, 27.02.1992, p. 1).
(58) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi proġetti fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.07.2006, p. 82).
(59) Ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament taħt id-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 09.11.2006, p. 1).
(60) Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).
(61) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41).
(62) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(63) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Ideat” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243)
(64) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(65) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(66) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18.11.2013 dwar l-applikazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS).
(67) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
(68) Deċiżjonijiet amministrattivi u baġitarji meħuda fl-2291 laqgħa tal-10 ta’ April 2019.