|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3499 |
28.5.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(C/2024/3499)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1510 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2024/1517 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Frar 2025 , flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati, f'konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) ĠU L, 2024/1510, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1510/oj.
(4) ĠU L, 2024/1517, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1517/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3499/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)