<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑204/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0204</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:91">EU:T:2015:91</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150211">11.2.2015</DATE> — KAWŻA T‑204/11 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>SPANJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 15/2011</KEYWORD><KEYWORD>Metodi ta’ detezzjoni ta’ tossini lipofiliċi fil-molluski bivalvi</KEYWORD><KEYWORD>Sostituzzjoni tal-metodu tat-test bijoloġiku fuq il-ġrieden bil-metodu tal-kromatografija likwida flimkien mal-ispettrometrija tal-massa (LC‑MS/MS)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 168 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Aspettattivi leġittimi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑204/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, inizjalment irrappreżentat minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Martínez-Lage Sobredo u fl-aħħar minn A. Rubio González, abogados del Estado,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Jimeno Fernández u A. Marcoulli, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011, tal-<DATE ISO="20110110">10 ta’ Jannar 2011</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar biex jinstabu bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="006" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2011">ĠU L 6, p. 3</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Prek, President, I. Labucka u V. Kreuschitz (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140319">19 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-motivi invokati, jeħtieġ li jitfakkar li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-implementazzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, diġà ġie deċiż li dawn għandhom, fil-qasam tal-politika agrikola komuni, setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-definizzjoni tal-għanijiet segwiti u l-għażla tal-istrumenti ta’ azzjoni adatti (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20020911">11 ta’ Settembru 2002</DATE>, Pfizer Animal Health vs Il‑Kunsill, T‑13/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:209">EU:T:2002:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 166 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa timplika stħarriġ limitat min-naħa tal-Qorti tal-Unjoni. Fil-fatt, l-imsemmija setgħa diskrezzjonali twassal għall-konsegwenza li l-istħarriġ tal-qorti dwar il-mertu huwa limitat għall-eżami dwar jekk l-eżerċizzju mill-istituzzjonijiet tal-kompetenzi tagħhom huwiex ivvizzjat bi żball manifest, dwar jekk kienx hemm użu ħażin ta’ poter jew dwar jekk dawn marrux manifestament lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom [sentenzi tad-<DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, Monsanto Agricoltura Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑236/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:431">EU:C:2003:431</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 135; tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Enviro Tech (Europe), C‑425/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:635">EU:C:2009:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, u tad-<DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, T‑257/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:444">EU:T:2011:444</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 85].</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżami tal-qorti tal-Unjoni dwar l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzja att ta’ istituzzjoni, għandu jiġi ppreċiżat li, sabiex jiġi stabbilit jekk din l-istituzzjoni wettqitx żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ fatti kumplessi, li huwa ta’ natura li jiġġustifika l-annullament tal-att imsemmi, il-provi prodotti mir-rikorrenti għandhom ikunu biżżejjed sabiex l-evalwazzjoni tal-fatti sostnuti fl-att inkwistjoni jitqiesu li ma humiex plawżibbli (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19961212">12 ta’ Diċembru 1996</DATE>, AIUFFASS u AKT vs Il‑Kummissjoni, T‑380/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:195">EU:T:1996:195</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59, u tat-<DATE ISO="20120228">28 ta’ Frar 2012</DATE>, Grazer Wechselseitige Versicherung vs Il‑Kummissjoni, T‑282/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:91">EU:T:2012:91</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 158). Bla ħsara għal dan l-eżami tal-plawżibbiltà, il-Qorti Ġenerali ma għandhiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti kumplessi flok dik tal-awtur ta’ din id-deċiżjoni [sentenzi Enviro Tech (Europe), punt 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:635">EU:C:2009:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47, u tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑289/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:29">EU:T:2008:29</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 221].</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, il-limitazzjoni tal-istħarriġ mill-qorti tal-Unjoni ma taffettwax l-obbligu ta’ din il-qorti li tivverifika l-eżattezza materjali tal-provi invokati, il-kredibbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, kif ukoll li tistħarreġ jekk dawn l-elementi jikkostitwixxux id-data kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk dawn humiex tali li jsostnu l-konklużjonijiet li jirriżultaw minnha (sentenzi tat-<DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE>, Spanja vs Lenzing, C‑525/04 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:698">EU:C:2007:698</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57, u tas-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>, Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑405/07 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:613">EU:C:2008:613</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fil-każijiet fejn istituzzjoni jkollha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-istħarriġ tal-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi huwa ta’ importanza fundamentali. Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tispeċifika li, fost dawn il-garanziji, hemm inkluż b’mod partikolari fil-konfront tal-istituzzjoni kompetenti l-obbligu li teżamina, b’akkuratezza u imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami u dak li tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha (sentenzi tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, C‑269/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14; tas-<DATE ISO="19920507">7 ta’ Mejju 1992</DATE>,<?PAGE NO="3"?> Pesquerias De Bermeo u Naviera Laida vs Il‑Kummissjoni, C‑258/90 u C‑259/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:199">EU:C:1992:199</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26; Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:613">EU:C:2008:613</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56, u Franza vs Il‑Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:444">EU:T:2011:444</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 88).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-Artikolu 168 TFUE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Daħla</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-evalwazzjonijiet xjentifiċi tal-bord tal-EFSA, il-metodu bijoloġiku għandu jiġi kkunsidrat bħala inadegwat għad-detezzjoni tat-tossini lipofiliċi magħrufa. B’mod partikolari, għat-tossini OA, dan il-metodu seta’ jwassal għal riżulatati negattivi foloz (ara l-punt 38 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, iż-żamma tal-metodu bijoloġiku għad-detezzjoni tat-tossini lipofiliċi toħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, bħala entità responsabbli mill-adozzjoni ta’ miżuri sabiex jiġi ppreżervat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika, kienet obbligata li tadotta miżuri għal dan l-għan b’mod tempestiv.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-disponibbiltà tal-materjal iċċertifikat neċessarju għall-użu tal-metodu LC‑MS/MS</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Isewgi li r-Renju ta’ Spanja ma jurix sal-grad rikjest mil-liġi nuqqas ta’ affidabbiltà tal-metodu LC‑MS/MS abbażi ta’ riżultati tat-testijiet ta’ validazzjoni li jagħti lok għal riskju għas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, huwa lanqas ma juri li l-għażla tal-metodu LC‑MS/MS bħala metodu ta’ riferiment ma toħloqx riskju ikbar miż-żamma tal-metodu bijoloġiku bħala metodu ta’ riferiment.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Issa, kif ġie stabbilit mill-ġurisprudenza, il-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata skont l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt li kienu jeżistu meta ġie adottat l-att (sentenzi tas-<DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, 15/76 u 16/76, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:29">EU:C:1979:29</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 7 u 8, u tat-<DATE ISO="19961212">12 ta’ Diċembru 1996</DATE>, Altmann <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑177/94 u T‑377/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:193">EU:T:1996:193</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 119). Isegwi li huma esklużi mit-teħid inkunsiderazzjoni, waqt l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ dan l-att, elementi suċċessivi għad-data tal-adozzjoni tal-att tal-Unjoni (sentenza tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Roquette Frères vs Il‑Kummissjoni, T‑322/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:267">EU:T:2006:267</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 325).</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ir-Renju ta’ Spanja jonqos milli jipparaguna l-affidabbiltà tal-metodu LC‑MS/MS ma’ dik tal-mteodu bijoloġiku. Huwa ma jurix abbażi tal-artiklu ta’ Villar li l-metodu LC‑MS/MS kien inqas affidabbli mill-metodu bijoloġiku.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-artiklu ta’ Otero, jeħtieġ li jiġi osservat li l-evalwazzjonijiet inklużi fih ġew ikkritikati bil-qawwi minn awturi oħra fil-kummentarji ppubblikati sussegwentement fir-rivista <HT TYPE="ITALIC">Analytical Chemistry</HT>. Dawn l-awturi l-oħra kkritikaw b’mod partikolari l-kwalità xjentifika tal-evalwazzjonijiet magħmula minn Otero u mill-awturi l-oħra tal-artiklu inkwistjoni. Huma kkunsidraw b’mod partikolari dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[L-]esperjenzi u l-osservazzjonijiet deskritti f’dan id-dokument ma jiġġustifikawx il-kontestazzjoni tal-fondatezza jew tal-affidabbiltà tal-metodu [LC‑]MS/MS bħala metodu ta’ riferiment bil-ħsieb li jiġu protetti l-konsumaturi […] Nikkonkludu li, peress li l-awturi għamlu riferiment għall-metodu żbaljat, il-pubblikazzjoni sħiħa hija irrilevanti fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>preokkupazzjonijiet’ u tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>metodi ta’ riferiment proposti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>. B’xorti ħażina, dan ifisser ukoll li l-pubblikazzjoni hija bbażata fuq premessa żbaljata […] Dan<?PAGE NO="4"?> id-dokument jirrileva fehim ħażin tal-fatturi kruċjali għall-użu b’suċċess tal-metodu LC‑MS[/MS] b’mod ġenerali, kif ukoll xi problemi ta’ kompetenza speċifika fix-xogħlijiet fuq it-tliet tossini. Nuru l-eżistenza ta’ problemi dwar it-tmexxija u r-rendikont tal-esperjenzi, inkluża kontaminazzjoni trasversali possibbli dovuta għall-injettar u għan-nuqqas ta’ assigurazzjoni kwalità/kontroll kwalità. Konsegwentement, il-konklużjonijiet speċifiċi misluta mid-data tagħhom huma kkunsidrati bħala mhux validi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Il-kritiki fformulati jpoġġu f’dubju il-kwalità xjentifika tal-istudju mwettaq minn Otero u l-awturi l-oħra tal-artiklu inkwistjoni. Issa, bħalma ġie deċiż fil-kuntest tal-osservanza tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-evalwazzjoni xjentifika għandha ssir abbażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi bbażata fuq il-prinċipji ta’ eċċellenza, ta’ trasparenza u ta’ indipendenza. Fil-fatt dawn ir-rewiżiti jikkostitwixxu garanzija proċedurali importanti li hija intiża li tiżgura l-oġġettività xjentifika tal-miżuri u li jiġi evitat li jittieħdu miżuri arbitrarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pfizer Animal Health vs Il‑Kunsill, punt 30 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:209">EU:T:2002:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 172).</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kritiki u tal-fatt li l-metodu LC‑MS/MS ġie vvalidat minn studju mmexxi mil-laboratorji tal-Istati Membri u kkoordinat mil-LRUEBM għal tlettax-il sustanza inkwistjoni abbażi ta’ materjali ta’ riferiment disponibbli fil-mument meta twettaq, ir-Renju ta’ Spanja ma jurix sal-grad rikjest mil-liġi li l-għażla tal-metodu LC‑MS/MS bħala metodu ta’ riferiment iwassal għal riskju għas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Konklużjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet preċedenti, jeħtieġ li jiġi konkluż, minn naħa, li r-Renju ta’ Spanja kkunsidra b’mod żbaljat li d-deċiżjoni ta’ sostituzzjoni tal-metodu bijoloġiku bil-metodu LC‑MS/MS bħala metodu ta’ riferiment ittieħdet bl-għaġġla u, min-naħa l-oħra, li ma ġiex muri sal-grad rikjest mil-liġi li din id-deċiżjoni wasslet għal riskju għas-saħħa pubblika bi ksur tal-Artikolu 168 TFUE. Konsegwentement, hemm lok li jiġi miċħud l-ewwel motiv tar-Renju ta’ Spanja sa fejn dan huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 168 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> proporzjonalità</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-assenza tan-natura eċċessiva tal-inkonvenjenti</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika għandha importanza predominanti fil-konfront tal-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, b’mod li hija ta’ natura li tiġġustifika l-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, anki jekk kunsiderevoli, għal ċerti operaturi (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<DATE ISO="19960712">12 ta’ Lulju 1996</DATE>, Ir‑Renju Unit vs Il‑Kummissjoni, C‑180/96 R, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:308">EU:C:1996:308</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 93 u s-sentenza tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni, T‑158/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:253">EU:T:2005:253</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 134).</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li l-metodu LC‑MS/MS huwa metodu li jippermetti d-detezzjoni tat-tossini lipofiliċi magħrufa b’mod iktar affidabbli mill-metodu bijoloġiku. Fil-fatt, b’mod differenti mill-metodu LC‑MS/MS, li ġie vvalidat minn diversi laboratorji taħt il-kontroll tal-LRUEBM, il-metodu bijoloġiku ġie kkunsidrat bħala inadegwat għad-detezzjoni tat-tossini lipofiliċi magħrufa u jista’, għat-tossini OA, iwassal għal riżultati negattivi foloz (ara l-punt 40 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, anki jekk timmaterjalizza ruħha l-allegazzjoni tar-Renju ta’ Spanja li l-ispiża għal kull kampjun tal-metodu LC‑MS/MS hija għola b’tal-inqas 60 % meta pparagunata mal-ispiża tal-metodu bijoloġiku, ma jistax jiġi kkunsidrat li din l-ispiża addizzjonali hija eċċessiva fid-dawl tal-għan previst li jikkonsisti fil-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi mill-molluski bivalvi.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi osservat li ma jistax jiġi kkunsidrat li l-ispiża addizzjonali marbuta mal-metodu LC‑MS/MS meta mqabbla ma’ dik marbuta mal-metodu bijoloġiku ġiet iddeteriminata bi preċiżjoni. Fil-fatt, kif indikat fil-punt 73 iktar ’il fuq, ir-Renju ta’ Spanja ma esponiex bi preċiżjoni suffiċjenti il-metodoloġija li ġiet segwita sabiex tiġi stabbilita din l-ispiża addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Barra minn hekk, waqt id-determinazzjoni tal-ispiża addizzjonali tal-metodu LC‑MS/MS, ir-Renju ta’ Spanja ma weriex li kien ħa inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tal-ispejjeż li seta’ jirriżulta mill-imsemmi metodu għall-kummerċjanti fis-settur minħabba l-affidabbiltà msaħħa tiegħu għat-tossini magħrufa. Fil-fatt, kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-għeluq ta’ żoni ta’ produzzjoni minħabba numru ta’ riżultati pożittivi ikbar li jirriżultaw minn kontroll imwettaq bil-metodu bijoloġiku għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni f’tali kalkolu. Bl-istess mod, affidabbiltà ikbar tal-metodu LC‑MS/MS tnaqqas in-numru ta’ riżultati negattivi foloz li jirrappreżentaw ukoll spiża għall-kummerċjanti tal-molluski bivalvi ħajjin. Ir-Renju ta’ Spanja jirrikonoxxi dan kollu meta jindika li kull problema sanitarja marbuta ma’ prodott li joriġina minn Galicia tista’ tipprovoka sitwazzjonijiet ta’ skreditu ġenerali fir-rigward ta’ tali prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi preċedenti kollha, huwa b’mod żbaljat li r-Renju ta’ Spanja jallega li l-ispejjeż tal-metodu LC‑MS/MS huma eċċessivi fir-rigward tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa previst mill-isem ta’ dan il-metodu bħala metodu ta’ riferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu miċħuda l-ilmenti tar-Renju ta’ Spanja bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>