Official Journal L 091 , 05/04/1997 P. 0013 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' April 1995 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-emenda għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 fuq proċedura komuni ta' transitu (97/225/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq proċedura komuni ta' transitu [1] jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit minn dik il-Konvenzjoni biex jagħmel emendi lill-Konvenzjoni; Billi l-Kumitat Konġunt irrakkomanda emenda lill-Konvenzjoni biex jippermetti l-irkupru ta' drittijiet permezz ta' l-għajnuna reċiproka bejn il-Partijiet Kontraenti; Billi dawn l-emendi jidhru fir-rakkomandazzjoni Nru 1/94 tal-Kumitat Konġunt; billi huwa xieraq li jkun approvat il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar dik ir-rakkomandazzjoni, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-emenda tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 fuq proċedura komuni ta' transitu huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex jorbot lill-Komunità. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-10 ta' April 1995. Għall-Kunsill Il-President A. Juppé [1] ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 2. --------------------------------------------------