|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6272 |
19.12.2025 |
P10_TA(2025)0117
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tad-29 ta’ Ġunju 2022
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tad-29 ta’ Ġunju 2022 (16072/2024 – C10-0226/2024 – 2024/0290(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2025/6272)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16072/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tad-29 ta’ Ġunju 2022 (10783/24), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0226/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4), u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A10-0102/2025), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukrajna. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6272/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)