<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-415/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0415</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:306">EU:C:2022:306</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220428">28.4.2022</DATE> – Kawżi magħquda C‑415/20, C‑419/20 u C‑427/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20220428">28 ta’ April 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet għar-rimbors jew għall-ħlas ta’ somom ta’ flus miġbura jew irrifjutati minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dazji antidumping, dazji fuq l-importazzjoni, ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u sanzjonijiet pekunjarji</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ksur tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni jew applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt</KEYWORD><KEYWORD>Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur tal-imsemmi dritt minn qorti tal-Unjoni jew minn qorti nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-ħlas ta’ interessi</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu kopert minn dan il-ħlas ta’ interessi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑415/20, C‑419/20 u C‑427/20,</P><P>li għandhom bħala suġġett tliet talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20200820">20 ta’ Awwissu 2020</DATE> u tal‑<DATE ISO="20200901">1 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7, it‑8 u l‑<DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH</HT> (C‑415/20),</P><P><HT TYPE="BOLD">F. Reyher Nchfg. GmbH &amp; Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg. mbH</HT> (C‑419/20)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hamburg</HT> (C‑415/20 u C‑419/20)</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Flexi Montagetechnik GmbH &amp; Co. KG</HT></P><P>vs</P><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Kiel</HT> (C‑427/20),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, J. Passer (Relatur), F. Biltgen, N. Wahl u M. L. Arastey Sahún, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH, minn M. Niestedt u K. Göcke, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal F. Reyher Nchfg. GmbH &amp; Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg. mbH, minn S. Pohl u J. Sparr, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Flexi Montagetechnik GmbH &amp; Co. KG, minn H. Bleier, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, inizjalment minn K. Bulterman, L. Noort u J. M. Hoogveld, sussegwentement minn K. Bulterman u M. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Pethke u M. Salyková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali fis-seduta tat‑<DATE ISO="20220113">13 ta’ Jannar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar ir-rimbors ta’ somom ta’ flus irċevuti mill-Istati Membri bi ksur ta’ dan id-dritt kif ukoll għall-ħlas tal-interessi korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tliet kawżi bejn, l-ewwel waħda, Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Gräfendorfer<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Hauptzollamt Hamburg (il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), it-tieni waħda, F. Reyher Nchfg. GmbH &amp; Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Reyher<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kontra dan il-post tad-dwana prinċipali u, it-tielet, Flexi Montagetechnik GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Flexi Montagetechnik<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-Hauptzollamt Kiel (il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Kiel, il-Ġermanja), dwar talbiet intiżi, minn naħa, għar-rimbors ta’ somom ta’ flus imħallsa minn dawn id-diversi kumpanniji, għal raġunijiet differenti, lil dawn iż-żewġ postijiet tad-dwana prinċipali u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas tal-interessi korrispondenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tad-dwana</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kodiċi Doganali tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kodiċi Doganali tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kien jipprevedi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut […].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 241 ta’ dan il-kodiċi kien jistipula b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ħlas lura mill-awtoritajiet kompetenti ta’ ammonti ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni jew ta’ imgħax ta’ kreditu jew imgħax fuq arretrati miġbura fuq il-ħlas ta’ dawk id-dazji m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax minn dawk l-awtoritajiet. Iżda, l-imgħax għandu jitħallas:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fejn deċiżjoni li tilqa’ talba għall-ħlas lura ma tiġix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni,</P></ITEM><ITEM><P>fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jistipulaw hekk.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 116 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Provvedimenti ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="116.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, l-ammonti tad-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jinħafru għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mitluba żejda;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>żball mill-awtoritajiet kompetenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="116.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlas lura m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax mill-awtoritajiet doganali kkonċernati.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, għandu jitħallas imgħax fejn deċiżjoni li tagħti ħlas lura mhix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha dik id-deċiżjoni ttieħdet, sakemm in-nuqqas li tiġi sodisfatta l-iskadenza kien barra mill-kontroll tal-awtoritajiet doganali.</ALINEA><ALINEA>F’tali każijiet, l-imgħax għandu jitħallas mid-data meta jiskadi l-perijodu ta’ tliet xhur sad-data tal-ħlas lura. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni dwar ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal‑<DATE ISO="19990415">15 ta’ April 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129), li tagħmel riferiment għalih il-qorti tar-rinviju, tħassar u ġie ssostitwit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas‑<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="186" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 186, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 800/1999 kien jistipula, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Meta jinstab li l-esportatur bil-ħsieb li jakkwista għotja ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jkun applika għal rifużjonijiet li jeċċedu lil dawk applikabbli, ir-rifużjonijiet dovuti għall-esportazzjoni relevanti għandhom ikunu dawk applikabbli għall-prodotti attwalment esportati, imnaqqsa b’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>nofs id-differenza bejn ir-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni u dawk applikabbli għall-esportazzjoni attwali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-doppju tad-differenza bejn ir-rifużjonijiet li tkun saret applikazzjoni għalihom u dawk applikabbli meta l-esportatur intenzjonalment jipprovdi informazzjoni falza.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 48(1) tar-Regolament Nru 612/2009 jirriproduċi d-dispożizzjonijiet li kienu jinsabu qabel fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 800/1999.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Fiskali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L’Abgabenordnung (il-Kodiċi Fiskali) (BGBl. 2002 I, p. 3866), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kodiċi Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jistipula, fl-Artikolu 1 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-kodiċi japplika għat-taxxi kollha, inkluż ir-rimbors tat-taxxa, previsti mid-dritt federali jew mid-dritt tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu amministrati mill-amministrazzjoni federali<?PAGE NO="5"?> tal-finanzi jew mill-amministrazzjoni tal-finanzi tal-Land. Dan il-kodiċi japplika biss bla ħsara għad-dritt tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi għandhom japplikaw, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-ħlasijiet fiskali anċillari, bla ħsara għad-dritt tal-Unjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan il-kodiċi, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Taxxa u ħlasijiet fiskali anċillari<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-taxxa hija provvista ta’ flus li ma tikkostitwixxi l-korrispettiv għall-ebda provvista partikolari u li hija imposta minn kollettività rregolata mid-dritt pubbliku, sabiex tiġġenera dħul, fuq kull persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet li magħhom il-liġi torbot l-obbligu li tipprovdi dan is-servizz; […]</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 5(20) u (21) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandhom ikunu taxxi fis-sens ta’ dan il-Kodiċi. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>‘Il-ħlasijiet fiskali anċillari’ huma</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>interessi skont l-Artikoli 233 sa 237 ta’ dan il-kodiċi […],</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>l-interessi fuq id-dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 5(20) u (21) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 37 tal-imsemmi kodiċi, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Drittijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għat-taxxa jinkludu l-ġbir tat-taxxa mingħand il-persuna taxxabbli, ir-rimbors tat-taxxa, […] il-ħlasijiet fiskali anċillari, ir-rimbors previst fil-paragrafu 2 kif ukoll il-ħlas lura tat-taxxa prevista fil-liġijiet fiskali speċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li f’isimha jkun sar il-ħlas jew ir-rimbors, mingħajr bażi legali, ta’ taxxa dovuta mill-persuna taxxabbli, ta’ rimbors tat-taxxa, […] jew ta’ ħlas fiskali anċillari għandha, fil-konfront tal-benefiċjarju tal-pagament, dritt għar-rimbors tal-ammont imħallas jew irrimborsat. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 233 tal-istess kodiċi, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Id-drittijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għat-taxxa (Artikolu 37) ikollhom interessi biss sa fejn dan huwa previst bil-liġi. […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Fiskali, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Interessi ġudizzjarji fuq l-ammonti dovuti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="236.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ tnaqqis jew ta’ rimbors tat-taxxa permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> jew wara tali deċiżjoni, għandhom jakkumulaw interessi fuq l-ammont dovut, bla ħsara għall-paragrafu (3), mid-data li tiġi adita l-qorti u sar-rimbors tiegħu. Jekk l-ammont li r-rimbors tiegħu huwa dovut tħallas biss wara li ġiet adita l-qorti, l-interessi għandhom jibdew jiddekorru mid-data tal-ħlas.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Gesetz zur Durchführung der gemeinsamen Marktorganisationen und der Direktzahlungen (Marktorganisationsgesetz) (il-Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti) tas‑<DATE ISO="20171107">7 ta’ Novembru 2017</DATE> (BGBl. 2017 I, p. 3746), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑415/20 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tipprevedi, fl-Artikolu 6 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Benefiċċji<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Bundesministerium für Ernährung und Landwirtschaft [(il-Ministeru Federali għall-Ikel u l-Agrikoltura, il-Ġermanja)] huwa awtorizzat jadotta […] permezz ta’ regolamenti li ma humiex suġġetti għall-approvazzjoni tal-Bundesrat [(il-Kunsill Federali, il-Ġermanja)], sa fejn dan ikun neċessarju għall-implimentazzjoni</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>tad-dispożizzjonijiet u tal-atti […] dwar il-prodotti li huma s-suġġett ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq […] f’dak li jirrigwarda</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjonijiet</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>dispożizzjonijiet proċedurali kif ukoll dispożizzjonijiet li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji, sakemm ikunu ddeterminati, determinabbli jew limitati […]</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ din il-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Interessi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammonti dovuti għall-ħlas mill-ġdid ta’ benefiċċju jew il-ksur ta’ kwalunkwe obbligu ieħor għandhom jagħtu interessi skont ir-rata bażika biż-żieda ta’ ħames punti perċentwali mill-ġurnata li fiha jkunu dovuti. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammonti dovuti fir-rigward ta’ benefiċċju jew intervent għandhom jagħtu interessi mid-data tar-rinviju lill-qorti, skont l-Artikoli 236, 238 u 239 tal-[Kodiċi Fiskali]. Mill-bqija ma għandhomx jirriżultaw fi ħlas ta’ interessi.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kawża C‑415/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Gräfendorfer hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, li tesporta karkassi tat-tjur lejn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg irrifjuta li jagħtiha ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fuq karkassi ta’ tjur li hija kienet esportat lejn pajjiżi terzi bejn ix-xhur ta’ Jannar u ta’ Ġunju 2012, għar-raġuni li dawn kellhom jitqiesu li ma kinux ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kwalità li tista’ tiġi kkummerċjalizzata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, peress li dawn ma kinux kompletament imnittfa, minn naħa, u li kienu jinkludu wisq ġewwieni, min-naħa l-oħra. Huwa imponielha wkoll sanzjoni pekunjarja, għar-raġuni li hija kienet talbet ħlas lura fuq l-esportazzjoni ogħla mill-ħlas lura applikabbli. Gräfendorfer ippreżentat appell intern kontra dan ir-rifjut, imbagħad ieħor kontra din is-sanzjoni pekunjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja) iddeċidiet sussegwentement, fil-kuntest ta’ rikorsi ġudizzjarji ppreżentati minn żewġ kumpanniji li ma humiex Gräfendorfer, li l-preżenza ta’ numru żgħir ta’ rix u ta’ ċertu numru ta’ ġewwieni fuq karkassi tat-tjur kellha tiġi kklassifikata, fid-dawl tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Gebr. Stolle u Doux Geflügel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑323/10 sa C‑326/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:774">EU:C:2011:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), bħala element li ma jipprekludix l-għoti ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din is-sentenza, il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg iddeċieda li jagħti lil Gräfendorfer il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mitluba minnha u li jirrimborsah is-sanzjoni pekunjarja li kienet ġiet imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, Gräfendorfer talbet lil dan il-Post tad-Dwana Prinċipali l-ħlas ta’ interessi kemm fuq dawn il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni kif ukoll fuq din is-sanzjoni pekunjarja, għall-perijodi kollha li matulhom hija kienet ġiet illegalment imċaħħda mill-possibbiltà li tuża s-somom ta’ flus korrispondenti. L-imsemmi post tad-dwana prinċipali suċċessivament ċaħad din it-talba, u sussegwentement l-appell intern ippreżentat minn Gräfendorfer kontra ċ-ċaħda tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180523">23 ta’ Mejju 2018</DATE>, Gräfendorfer ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, li insostenn tiegħu hija ssostni, essenzjalment, li d-dritt tal-Unjoni jagħti, lil kull persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li lilha l-ħlas ta’ somma flus kwalunkwe ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali bi ksur ta’ dan id-dritt, id-dritt li jinkiseb, flimkien mal-ħlas jew mar-rimbors ta’ din is-somma flus, il-ħlas ta’ interessi għall-perijodu kollu li matulu l-imsemmija somma flus ma kinitx disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) tesponi, fl-ewwel lok, li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt intern applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali ma tippermetti li tintlaqa’ t-talba għall-ħlas ta’ interessi mressqa minn Gräfendorfer u li l-eżitu ta’ dan l-aspett tat-tilwima jiddependi għalhekk mill-kwistjoni dwar jekk din it-talba tistax tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-ġurisprudenza tagħha dwar ir-rimbors, mill-awtoritajiet nazzjonali, ta’ somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuq persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni jagħti lill-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi d-dritt li jiksbu, mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mhux biss ir-rimbors ta’ kull taxxa, ta’ kull kontribuzzjoni jew ta’ kull dritt li huma ħallsu bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll il-kumpens, fil-forma ta’ ħlas ta’ interessi, tat-telf ikkostitwit mill-indisponibbiltà tal-ammont ta’ din it-taxxa, ta’ din il-kontribuzzjoni jew ta’ dan id-dritt, għall-perijodu kollu li matulu dan l-ammont kien indisponibbli (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Zuckerfabrik Jülich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑113/10, C‑147/10 u C‑234/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:591">EU:C:2012:591</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Irimie,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑565/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:250">EU:C:2013:250</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Madankollu, din il-qorti tirrileva li waħda mis-somom ta’ flus inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix taxxa, kontribuzzjoni jew dritt, iżda sanzjoni pekunjarja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Käserei Champignon Hofmeister,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑210/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:440">EU:C:2002:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, jista’ jkun hemm dubju raġonevoli dwar jekk tali sanzjoni pekunjarja għandhiex titqies li tħallset bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza. Fil-fatt, ir-rimbors tal-ammont korrispondenti mill-awtorità nazzjonali kkonċernata ma seħħx wara l-annullament minn qorti nazzjonali jew l-invalidazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, tad-dritt intern jew tal-atti tad-dritt tal-Unjoni li abbażi tiegħu jew tagħhom ġiet imposta din is-sanzjoni pekunjarja, iżda wara sentenza li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat, fi proċedura preliminari, id-dritt tal-Unjoni b’mod li ma jikkorrispondix għall-interpretazzjoni li kienet ingħatat preċedentement minn din l-awtorità u li din tal-aħħar kienet ibbażat ruħha fuqha sabiex timponi l-imsemmija sanzjoni pekunjarja. Il-qorti tar-rinviju tqis konsegwentement li huwa neċessarju li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan is-suġġett, filwaqt li tiddikjara ruħha inklinata li tikkunsidra li, fil-każ fejn awtorità nazzjonali timponi sanzjoni pekunjarja fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi billi tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, din is-sanzjoni pekunjarja għandha titqies li seħħet bi ksur ta’ dan id-dritt u, konsegwentement, li r-rimbors tal-ammont korrispondenti għandu jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi li jkopru l-perijodu kollu li matulu dan l-ammont ma kienx disponibbli għal din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) tindika li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippreċiża l-modalitajiet li bihom il-ħlas tardiv ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u r-rimbors ta’ sanzjoni pekunjarja bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jagħtu lok għall-ħlas ta’ interessi, din il-kwistjoni għandha titqies li taqa’ taħt id-dritt intern ta’ kull Stat Membru. Issa, id-dritt Ġermaniż ma jistabbilixxix il-ħlas ta’ interessi bħala prinċipju ġenerali, iżda jipprevedih biss f’każijiet iddefiniti b’mod preċiż, li t-tilwima fil-kawża prinċipali ma taqax taħthom. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fih, b’mod partikolari dawk tal-Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti, jistabbilixxu, minn naħa, li persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi għandha d-dritt li tikseb il-ħlas ta’ interessi fuq ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-każ fejn hija tkun ippreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità nazzjonali kompetenti illegalment irrifjutat li tagħtihom, iżda mhux f’dak fejn din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi tkun limitat ruħha li tippreżenta appell intern kontra tali deċiżjoni, bħal Gräfendorfer. Lanqas ma huma previsti interessi fil-każ ta’ rimbors ta’ sanzjoni pekunjarja mhux iġġustifikata. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, anki fil-każ fejn l-imsemmija persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi tkun ippreżentat azzjoni ġudizzjarja, il-ħlas ta’ interessi jkun previst biss mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors u mhux minn dik li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dawn id-dispożizzjonijiet, li għandhom bħala konsegwenza li jċaħħdu lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li lilha ngħataw ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tard, wara li dawn ikunu ġew irrifjutati lilha illegalment, u li lilha ġiet imposta sanzjoni pekunjarja b’mod żbaljat, mill-kumpens kollu jew parti minnu li hija tista’ titlob minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ammonti korrispondenti, fil-forma ta’ ħlas ta’ interessi, humiex konformi mar-rekwiżit ta’ effettività li jirregola l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja ż-żewġ domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-obbligu impost fuq l-Istati Membri, skont id-dritt tal-Unjoni, li jħallsu lura, flimkien mal-interessi, id-dazji miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni japplika wkoll fejn ir-raġuni għall-ħlas lura ma tkunx deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda l-interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ (sub)intestatura tan-Nomenklatura Magħquda [li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382)]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-prinċipji li jirregolaw, skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt għall-ħlas tal-interessi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha japplikaw ukoll għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li l-awtorità nazzjonali rrifjutat li tħallas, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kawża C‑419/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Reyher hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, li importat fl-Unjoni, matul is-snin 2010 u 2011, qfieli minn kumpannija stabbilita fl-Indoneżja, li tikkostitwixxi s-sussidjarja ta’ kumpannija oħra li hija stabbilita fiċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg qies li dawn il-qfieli kellhom jitqiesu li joriġinaw miċ-Ċina u li kellhom, bħala tali, ikunu suġġetti, fil-każ ta’ importazzjoni fl-Unjoni, għad-dazji antidumping stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas‑<DATE ISO="20090126">26 ta’ Jannar 2009</DATE> li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 29, p. 1</REF.DOC.OJ>). Konsegwentement, huwa ddeċieda li jimponi l-ħlas ta’ dawn id-dazji antidumping fuq Reyher.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Filwaqt li ħallset l-imsemmija dazji antidumping, Reyher ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, din il-qorti qieset li d-dazji antidumping imposti fuq Reyher ma kinux legalment dovuti, peress li l-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg ma stabbilixxiex li l-qfieli importati fl-Unjoni minnha kienu joriġinaw miċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Mejju 2019, dan il-post tad-dwana prinċipali rrimborsa lil Reyher l-ammont tad-dazji antidumping ikkonċernati. Min-naħa l-oħra, huwa rrifjuta li jħallasha interessi fuq dan l-ammont, għall-perijodu bejn id-data tal-ħlas ta’ dawn id-dazji u d-data tar-rimbors tagħhom, u sussegwentement ċaħad l-appell intern ippreżentat kontra dan ir-rifjut mill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200210">10 ta’ Frar 2020</DATE>, Reyher ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg), li insostenn tiegħu hija ssostni, essenzjalment, li mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li l-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li fir-rigward tagħha awtorità nazzjonali imponiet dazji antidumping bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha dritt mhux biss għar-rimbors tal-ammont ta’ dawn id-dazji antidumping, iżda wkoll għall-ħlas ta’ interessi fuq dan l-ammont, għall-perijodu kollu mid-data li fiha dan tħallas sa dik meta ġie rrimborsat. Barra minn hekk, Reyher issostni li l-ħlas ta’ dazji antidumping għandu jitqies li sar bi ksur tad-dritt tal-Unjoni mhux biss fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinvalida r-regolament li impona dawn id-dazji, kif għamlet f’din is-sentenza, iżda wkoll fil-każ fejn qorti nazzjonali tikkonstata li awtorità nazzjonali tkun għamlet applikazzjoni żbaljata ta’ dan ir-regolament, billi imponiet b’mod żbaljat dazji antidumping fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi abbażi tiegħu, bħal f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, fl-ewwel lok, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) tesponi, qabel kollox, li mill-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Fiskali jirriżulta li persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tkun ppreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra deċiżjoni li timponilha li tħallas dazji antidumping għandha d-dritt, fil-każ fejn jirriżulta li dan il-ħlas ma kienx legalment dovut, li tikseb il-ħlas ta’ interessi fuq l-ammont tad-dazji kkonċernati għall-perijodu mid-data li fiha tiġi adita l-qorti sa dik tar-rimbors ta’ dan l-ammont. Sussegwentement, hija tosserva li l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-Kodiċi Fiskali. Fl-aħħar nett, hija tqis li l-Artikolu 116 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li ssostitwixxa l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u li huwa fformulat f’termini differenti minnu, ma huwiex applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tindika li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt intern applikabbli għal din il-kawża ma tippermetti li tintlaqa’ t-talba għall-ħlas ta’ interessi mressqa minn Reyher għall-perijodu mid-data li fiha l-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg iddeċieda li jimponilha l-ħlas ta’ dazji antidumping sad-data li fiha hija ppreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippermettix li tintlaqa’ din it-talba għall-perijodu kkonċernat. F’dan ir-rigward, hija tosserva, b’mod partikolari, li mis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jidher li jirriżulta li, fil-każ fejn awtorità nazzjonali tkun imponiet il-ħlas ta’ dazju lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi billi tagħmel applikazzjoni żbaljata ta’ att jew ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni u fejn qorti nazzjonali tkun ikkonstatat l-eżistenza ta’ tali ksur tad-dritt tal-Unjoni, din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi għandha d-dritt li tikseb mhux biss ir-rimbors tal-ammont tad-dazju mħallas indebitament, iżda wkoll l-ħlas ta’ interessi fuq dan l-ammont, għall-perijodu kollu mid-data tal-ħlas tiegħu sa dik tar-rimbors tiegħu. Barra minn hekk, hija tirrileva li r-raġuni wara din is-sentenza u l-ġurisprudenza li fil-kuntest tagħha tinsab tidher li hija li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha tali persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi fl-assenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, billi jippermettilha tirkupra s-somma kollha li kien ikollha kieku din l-illegalità ma seħħitx.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt għall-ħlas tal-interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, jirriżulta wkoll meta awtorità nazzjonali timponi dazji skont id-dritt tal-Unjoni iżda qorti nazzjonali tikkonstata sussegwentement li l-kundizzjonijiet konkreti għall-impożizzjoni ta’ dawn id-dazji ma jkunux issodisfatti?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kawża C‑427/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Flexi Montagetechnik hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, li importat fl-Unjoni bolt hooks li jintużaw fil-produzzjoni ta’ ċineg tal-klieb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Kiel qies li dawn il-bolt hooks kienu jaqgħu taħt intestatura tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 differenti minn dik iddikjarata minn Flexi Montagetechnik u li, minħabba f’hekk, kellhom jiġu applikati dazji fuq l-importazzjoni ta’ ammont ogħla minn dawk imħallsa minnha. Konsegwentement, huwa ddeċieda li jemenda, f’dan ir-rigward, l-ammont ta’ dawn id-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Filwaqt li ħallset id-differenza bejn l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa inizjalment u l-ammont tagħhom kif jirriżulta minn din l-emenda, Flexi Montagetechnik bdiet, matul ix-xahar ta’ Settembru 2014, proċedura ġudizzjarja li, fl-aħħar mill-aħħar, wasslet lill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) sabiex tagħti, fl‑<DATE ISO="20170620">20 ta’ Ġunju 2017</DATE>, sentenza li permezz tagħha hija ddeċidiet li l-bolt hooks ikkonċernati kienu jaqgħu taħt l-intestatura ddikjarata minnha u annullat, konsegwentement, l-atti li permezz tagħhom il-Post tad-Dwana Prinċipali kien emenda l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan il-Post tad-Dwana Prinċipali għalhekk irrimborsa lil Flexi Montagetechnik id-differenza bejn l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa inizjalment minnha u l-ammont tagħhom kif sussegwentement emendat. Min-naħa l-oħra, huwa rrifjuta li jħallasha interessi fuq din id-differenza għall-perijodu mid-data tal-ħlas ta’ dawn id-dazji sa dik tar-rimbors parzjali tagħhom, u sussegwentement ċaħad l-appell intern ippreżentat kontra dan ir-rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Flexi Montagetechnik ippreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra l-imsemmi rifjut, li warajha l-imsemmi Post tad-Dwana Prinċipali ħallasha interessi għall-perijodu mid-data li fiha hija kienet ippreżentat il-proċedura ġudizzjarja msemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza sad-data li fiha huwa kien irrimborsa d-differenza bejn l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni inizjalment imħallsa minnha u l-ammont tagħhom kif sussegwentement emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg), li hija adita b’din l-azzjoni ġudizzjarja, tistaqsi dwar jekk Flexi Montagetechnik tistax, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt sekondarju tal-Unjoni jew tad-dritt intern f’dan ir-rigward, tislet mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dritt għall-ħlas ta’ interessi fuq is-somma li l-amministrazzjoni doganali talbitha bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għall-perijodu bejn id-data tal-ħlas ta’ din is-somma u d-data li fiha l-persuna kkonċernata ppreżentat l-imsemmija proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet li din il-qorti tiżviluppa dwar dan is-suġġett jikkorrispondu, essenzjalment, għal dawk li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tar-rinviju tagħha fil-Kawża C‑419/20, kif miġbura fil-qosor fil-punti 35 sa 37 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt għall-ħlas tal-interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, jirriżulta wkoll meta awtorità nazzjonali timponi dazji bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni validi u meta dan il-ksur ikun ikkonstatat minn qorti nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑<DATE ISO="20201009">9 ta’ Ottubru 2020</DATE>, il-kawżi C‑415/20, C‑419/20 u C‑427/20 ġew magħquda għall-finijiet tal-fażi bil-miktub tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<DATE ISO="20210427">27 ta’ April 2021</DATE>, dawn ingħaqdu wkoll għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tas-sentenza sussegwenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Bħalma jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjonijiet tar-rinviju li taw lok għat-tliet kawżi magħquda, kif miġbura fil-qosor fil-punti 23 sa 27, 31 sa 37 u 41 sa 45 ta’ din is-sentenza, id-diversi domandi indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja jikkoinċidu fuq diversi punti u jeħtieġu, għal din ir-raġuni, eżami globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-formulazzjoni rispettiva ta’ dawn id-diversi domandi u tal-mistoqsijiet li jsostnuhom, kif jirriżultaw minn dawn il-punti, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-imsemmija domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhomx jiġu interpretati fis-sens:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel, li huma japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni, li huma japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni, skont il-każ, ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, u</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet, li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas ta’<?PAGE NO="13"?> interessi, minn naħa, huwa dovut biss jekk tkun ġiet ippreżentata azzjoni ġudizzjarja sabiex jinkiseb il-ħlas jew ir-rimbors tas-somma flus inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata ta’ din l-azzjoni sad-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi, qabel xejn, li kull persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li lilha awtorità nazzjonali tkun imponiet il-ħlas ta’ taxxa, ta’ dazju jew ta’ soprataxxa oħra bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikollha, skont dan tal-aħħar, id-dritt li tikseb mill-Istat Membru kkonċernat ir-rimbors tas-somma flus korrispondenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>San Giorgio</NAME.CASE>, <NO.CASE>199/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:318">EU:C:1983:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/98 u C‑410/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:134">EU:C:2001:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:716">EU:C:2021:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi għandha d-dritt, ukoll skont id-dritt tal-Unjoni, li tikseb mingħand dan l-Istat Membru mhux biss ir-rimbors tas-somma flus miġbura indebitament, iżda wkoll il-ħlas ta’ interessi sabiex tiġi kkumpensata l-indisponibbiltà ta’ din tal-aħħar (ara s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:716">EU:C:2021:716</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Tali drittijiet għar-rimbors tas-somom ta’ flus li Stat Membru impona l-ħlas tagħhom lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u għall-ħlas tal-interessi fuq dawn is-somom jikkostitwixxu l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ rkupru ta’ pagament mhux dovut (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:540">EU:C:2011:540</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura ġenerali tal-prinċipju li huma jikkostitwixxu l-espressjoni tiegħu, għandu jiġi kkunsidrat, minn naħa, li dawn iż-żewġ drittijiet japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somma flus li Stat Membru impona fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tħallas tikkostitwixxi sanzjoni pekunjarja imposta b’mod żbaljat b’applikazzjoni ta’ att tad-dritt tal-Unjoni jew ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati minn dan l-Istat Membru sabiex jeżegwixxi tali att, li jittrasponih jew jiżgura l-osservanza tiegħu. Bħal taxxa, dazju jew kull soprataxxa oħra imħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tali sanzjoni pekunjarja għandha konsegwentement tiġi rrimborsata lill-persuna kkonċernata, li lilha huma wkoll dovuti interessi intiżi sabiex jikkumpensaw l-indisponibbiltà tas-somma flus korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-imsemmija drittijiet japplikaw, b’mod partikolari, għal sanzjoni pekunjarja bħal dik inkwistjoni fil-Kawża C‑415/20, li hija intiża sabiex tippermetti lill-Istati Membri jiżguraw l-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li għaliha tagħmel riferiment il-qorti tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Käserei Champignon Hofmeister</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:440">EU:C:2002:440</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-kwistjoni dwar jekk id-dritt li jinkiseb il-ħlas ta’ interessi għandux, barra minn hekk, jiġi applikat fil-każ fejn tali ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tħallsu tard lill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tkun talbet li jingħatawlha, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha mill-awtorità nazzjonali kompetenti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi rrilevat li tali ipoteżi hija kkaratterizzata miċ-ċirkustanza li l-persuna li tkun suġġetta għal miżuri<?PAGE NO="14"?> amministrattivi ġiet imċaħħda, għal perijodu ta’ żmien partikolari, mis-somma flus li tikkorrispondi għal dawn il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, minħabba dan id-dewmien, li huwa nnifsu huwa l-konsegwenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, din is-sitwazzjoni hija paragunabbli ma’ dik ta’ persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tkun ġiet imċaħħda, għal perijodu ta’ żmien partikolari, mis-somma flus li tikkorrispondi għal taxxa, għal dazju jew għal soprataxxa oħra li Stat Membru jkun talab il-ħlas tagħha, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, u li għandha dritt, għal dan l-għan, għall-ħlas ta’ interessi intiżi sabiex jikkumpensaw l-indisponibbiltà ta’ din is-somma flus, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 52 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ammess, b’analoġija, li, fil-każ fejn ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tħallsu tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, din tal-aħħar għandha d-dritt li tikseb il-ħlas ta’ interessi intiżi sabiex jikkumpensaw l-indisponibbiltà tas-somma flus korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk mill-punti 51 sa 58 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw fil-każ li s-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punti 51 u 52 ta’ din is-sentenza jirriżulta li hija ċ-ċirkustanza li l-ħlas ta’ taxxa, ta’ dazju, jew ta’ soprataxxa oħra ġiet imposta minn awtorità nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>bi ksur tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li hija l-bażi tad-dritt u tiġġustifikah, għall-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jkunu ħallsu indebitament is-somma flus korrispondenti, li jiksbu r-rimbors tagħha mill-Istat Membru li jkun ġabarha kif ukoll il-ħlas tal-interessi min-naħa ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li tali ksur jista’ jirrigwarda kwalunkwe regola tad-dritt tal-Unjoni, kemm jekk tirrigwarda dispożizzjoni tad-dritt primarju jew tad-dritt sekondarju (ara s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>San Giorgio</NAME.CASE>, <NO.CASE>199/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:318">EU:C:1983:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:716">EU:C:2021:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakulattiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:716">EU:C:2021:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward, sussegwentement, tan-natura ta’ dan il-ksur, mill-punti 53 sa 59 ta’ din is-sentenza jirriżulta li d-drittijiet għar-rimbors u għall-ħlas ta’ interessi li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni jikkostitwixxu l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali, li l-applikazzjoni tiegħu ma hijiex limitata għal ċertu ksur ta’ dan id-dritt jew eskluża fil-preżenza ta’ oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dawn id-drittijiet jistgħu jiġu invokati mhux biss fil-każ li awtorità nazzjonali tkun imponiet fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi l-obbligu li tħallas somma flus, f’forma bħal imposta, taxxa jew dazju antidumping, abbażi ta’ att tal-Unjoni li jirriżulta li<?PAGE NO="15"?> huwa vvizzjat b’illegalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Zuckerfabrik Jülich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑113/10, C‑147/10 u C‑234/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:591">EU:C:2012:591</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda wkoll f’sitwazzjonijiet oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk, jistgħu jiġu invokati, b’mod partikolari, fil-każ li l-ħlas ta’ taxxa jkun ġie impost fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżulta li hija kuntrarja għal dispożizzjoni tad-dritt primarju jew tad-dritt sekondarju tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/98 u C‑410/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:134">EU:C:2001:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nicula</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2285">EU:C:2014:2285</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew anki f’dak fejn jirriżulta li huwa billi saret applikazzjoni żbaljata, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, ta’ att tal-Unjoni jew ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tiżgura l-eżekuzzjoni jew it-traspożizzjoni ta’ tali att, li awtorità nazzjonali imponiet il-ħlas ta’ taxxa fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hauptzollamt B (Tnaqqis fiskali fakultattiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:716">EU:C:2021:716</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Issa, mid-dikjarazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li t-tliet sitwazzjonijiet legali u fattwali li dwarhom din tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jaqgħu taħt dan l-aħħar każ. Fil-fatt, dawn id-dikjarazzjonijiet juru li, fir-rigward tal-Kawża C‑415/20, huwa billi wettqet applikazzjoni skorretta tad-dritt tal-Unjoni, li toriġina minn interpretazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, li l-awtorità nazzjonali kkonċernata rrifjutat li tagħti ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi u imponiet fuqha sanzjoni pekunjarja. Bl-istess mod, fil-Kawżi C‑419/20 u C‑427/20, huwa billi wettqu applikazzjoni skorretta tad-dritt tal-Unjoni, li toriġina minn żball ta’ liġi jew minn żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, li l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati imponew, rispettivament, dazji antidumping u dazji fuq l-importazzjoni fuq persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, li jagħti dritt għal rimbors kif ukoll għall-ħlas ta’ interessi għall-benefiċċju tal-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata u li timponi konsegwenzjalment fuq l-Istat Membru inkwistjoni li jagħmel dan ir-rimbors u dan il-ħlas ta’ interessi, tista’ tiġi stabbilita mhux biss mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li hija biss għandha kompetenza sabiex tannulla att tal-Unjoni jew sabiex tikkonstata l-invalidità tiegħu (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19871022">22 ta’ Ottubru 1987</DATE>, <NAME.CASE>Foto-Frost</NAME.CASE>, <NO.CASE>314/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:452">EU:C:1987:452</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda wkoll minn qorti nazzjonali, kemm jekk tkun imsejħa tislet il-konsegwenzi ta’ konstatazzjoni ta’ illegalità jew ta’ invalidità magħmula minn qabel mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew sabiex tikkonstata li att adottat minn awtorità nazzjonali huwa vvizzjat minn implimentazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 19 TUE jagħti r-responsabbiltà li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u l-protezzjoni ġudizzjarja li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu minn dan id-dritt mhux biss lill-qorti tal-Unjoni nnifisha, iżda wkoll lill-qrati nazzjonali, li għandhom għalhekk il-kompitu, b’kollaborazzjoni magħha, li jiżguraw l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati, hekk kif l-Avukata Ġenerali fakkret fil-punti 82 u 83 tal-konklużjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ ta’ dubju dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’każ partikolari, dawn il-qrati nazzjonali għandhom, skont il-każ, il-fakultà jew l-obbligu li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, konformement mal-Artikolu 267 TFUE, u huwa mfakkar li s-sentenzi preliminari għal interpretazzjoni mogħtija minn din tal-aħħar jiċċaraw u jippreċiżaw, meta jkun meħtieġ dan, it-tifsira u l-portata tar-regoli tad-dritt li jiġu interpretati fihom, hekk kif dawn għandhom jew kellhom jinftiehmu u jiġu applikati mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hochtief</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:635">EU:C:2018:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-punti 59 sa 68 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma għandhom, b’mod ġenerali u bla ħsara għall-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet f’każ partikolari, japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, id-dritt għall-ħlas tal-interessi msemmi fil-punt 52 ta’ din is-sentenza għandu bħala għan, bħalma jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata f’dan il-punt, li jikkumpensa l-indisponibbiltà tas-somma flus li l-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata ġiet indebitament miċħuda minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Dan il-kumpens jista’ jsir, skont il-każ, skont il-modalitajiet li huma previsti mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew, fl-assenza ta’ tali leġiżlazzjoni, skont dawk li japplikaw skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bħalma tirrileva l-qorti tar-rinviju, il-kawżi prinċipali fil-Kawżi C‑419/20 u C‑427/20 jirrigwardaw somom ta’ flus li jikkorrispondu għal dazji doganali mhux dovuti. Issa, ir-rimbors ta’ dawn id-dazji huwa rregolat, sa ċertu punt, minn leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni, jiġifieri dik applikabbli fil-qasam doganali, bħalma jirriżulta mill-punti 3 sa 6 ta’ din is-sentenza. Min-naħa l-oħra, il-kawża prinċipali fil-Kawża C‑415/20 tirrigwarda somom ta’ flus li jikkorrispondu għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli mħallsa tard kif ukoll għal sanzjoni pekunjarja imposta b’mod żbaljat. Issa, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li hija applikabbli f’dan il-qasam, iċċitati fil-punti 7 sa 9 ta’ din is-sentenza, ma jipprevedux arranġamenti komparabbli għal dak li ġie stabbilit għad-dazji doganali mhux dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din id-differenza fis-sitwazzjoni, għandu jiġi osservat, qabel xejn, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rimbors tad-dazji doganali mhux dovuti, kif previst fl-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> skont il-qorti tar-rinviju, għandu jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-eċċezzjoni għal dan il-prinċipju ġenerali, imsemmija fl-Artikolu 241 ta’ dan il-kodiċi, ma hijiex applikabbli fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, ir-raġuni għalfejn dawn id-dazji ma humiex dovuti hija li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Wortmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:19">EU:C:2017:19</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Kif l-Avukata Ġenerali rrilevat fil-punti 103 u 109 tal-konklużjonijiet tagħha, l-istess japplika għall-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 116(6) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li issa jirriproduċi, essenzjalment, il-kontenut tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat, sussegwentement, fir-rigward kemm tad-dazji doganali inkwistjoni fil-Kawżi C‑419/20 u C‑427/20 kif ukoll tas-sanzjoni pekunjarja inkwistjoni fil-Kawża C‑415/20, li, bħalma jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jipprevedi l-modalitajiet li bihom għandhom jitħallsu interessi fil-każ ta’ rimbors ta’ somom ta’ flus miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-modalitajiet għandhom josservaw il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, rekwiżit li l-osservanza tiegħu timplika, b’mod partikolari, li dawn ma jiġux żviluppati b’mod li jagħmlu eċċessivament diffiċli jew prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-dritt għall-ħlas ta’ interessi ggarantit mid-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Târşia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Rekwiżiti analogi japplikaw ukoll fil-każ ta’ ħlas tardiv ta’ somma flus dovuta skont id-dritt tal-Unjoni, bħal dik li tikkorrispondi għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni inkwistjoni fil-Kawża C‑415/20.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>B’mod partikolari, tali modalitajiet ta’ ħlas ta’ interessi ma għandhomx iwasslu sabiex iċaħħdu lill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata minn kumpens xieraq għat-telf li jkun ġie kkawżat lilha, li jippreżumi, b’mod partikolari, li l-interessi mħallsa lilha jkunu jkopru l-perijodu kollu, skont il-każ, mid-data li fiha hija ħallset jew kellha titħallas is-somma flus inkwistjoni sad-data li fiha din tiġi rrimborsata jew imħallsa lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Irimie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:250">EU:C:2013:250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Sole-Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑13/18 u C‑126/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:292">EU:C:2020:292</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi arranġament ġuridiku li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit u li, konsegwentement, ma jippermettix l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet għar-rimbors u għall-ħlas ta’ interessi ggarantiti minn dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Irimie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑565/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:250">EU:C:2013:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nicula</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2285">EU:C:2014:2285</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-imsemmi dritt jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema l-ħlas ta’ interessi relatati ma’ somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie, skont il-każ, impost jew irrifjutat lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors jew l-għoti ta’ dawn is-somom ta’ flus sad-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti, bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Tali interessi għandhom, fil-fatt, ikunu jistgħu jintalbu u jinkisbu wkoll mill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata għall-perijodu bejn id-data li fiha s-somma flus inkwistjoni tħallset lill-Istat Membru kkonċernat jew kellha tingħata minnha lilu sad-data li fiha tiġi ppreżentata tali azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-mistoqsijiet tal-qorti tar-rinviju dwar jekk huwiex possibbli għal leġiżlatur nazzjonali li jipprevedi li l-ħlas ta’ interessi jista’, fi kwalunkwe każ, jibbenefika biss lill-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jkunu ppreżentaw azzjoni ġudizzjarja sabiex jiksbu r-rimbors jew l-għoti ta’ somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ikun ġie impost fuqhom jew irrifjutat lilhom bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, bl-esklużjoni tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jkunu sempliċement ippreżentaw appell intern jew ilment amministrattiv minn qabel quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti, li jkun ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni espliċita jew impliċita ta’ din tal-aħħar, għandu jiġi speċifikat li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni ma jeħtieġx, bħala prinċipju, li l-awtoritajiet<?PAGE NO="18"?> nazzjonali jipproċedu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għar-rimbors jew għall-ħlas ta’ tali somom u għal tali ħlas ta’ interessi, fl-assenza ta’ kwalunkwe inizjattiva kontenzjuża tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi intiża sabiex jiġu rrispettati dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Bħalma ġie espost fil-punt 74 ta’ din is-sentenza, il-marġni ta’ manuvra li l-Istati Membri għandhom, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex jispeċifikaw il-modalitajiet ta’ ħlas ta’ interessi fuq is-somom ta’ flus li tħallsu indebitament lilhom jew li inżammu indebitament għandu jiġi eżerċitat fl-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività u, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, ma għandux iwassal sabiex l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jsir eċċessivament diffiċli jew prattikament impossibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni għandha hija stess tiġi analizzata, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, f’kull każ fejn tqum, il-post tad-dispożizzjoni jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kkonċernati fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura u l-karatteristiċi partikolari ta’ dawn id-dispożizzjonijiet quddiem id-diversi istanzi nazzjonali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Târşia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Peterbroeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:437">EU:C:1995:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑561/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:799">EU:C:2021:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 75 ta’ din is-sentenza, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk ir-regoli tad-dritt nazzjonali dwar l-interessi li huma inkwistjoni f’każ partikolari jwasslux sabiex iċaħħdu lill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minn kumpens xieraq għat-telf li jkun ġie kkawżat lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali f’dan il-każ tirrendix eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom mill-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li, filwaqt li ma ppreżentawx azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ somma flus li ġiet irrifjutata lilhom jew ir-rimbors ta’ somma flus li huma ħallsu, xorta waħda ħadu l-inizjattiva li jippreżentaw appell intern jew ilment amministrattiv għal dan l-għan. Fil-kuntest ta’ din l-analiżi, hija l-imsemmija qorti, b’mod partikolari, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni u, jekk ikun il-każ, li tibbilanċja l-interessi marbuta rispettivament mal-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, mal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura kif ukoll mar-rispett tad-dritt tal-Unjoni u tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi proprji għall-Kawża C‑415/20, għandu madankollu jiġi ppreċiżat, b’mod ġenerali u bħalma għamlet l-Avukata Ġenerali fil-punt 124 tal-konklużjonijiet tagħha, li d-deċiżjoni tar-rinviju u l-osservazzjonijiet bil-miktub li ġew ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludu ebda element ta’ spjegazzjoni li jistgħu jiġġustifikaw li, fi tmiem tali bbilanċjar, il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi tiġi rrifjutata d-dritt għall-ħlas tal-interessi għas-sempliċi raġuni li hija ma ppreżentatx azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex tikseb il-ħlas ta’ somma li kienet ġiet irrifjutata lilha jew ir-rimbors ta’ somma li kienet ġiet imposta fuqha bħala sanzjoni pekunjarja, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’, mingħajr ma taffettwa d-drittijiet tat-terzi, tadotta deċiżjoni li tagħti<?PAGE NO="19"?> s-somma flus li l-għoti tagħha ġie inizjalment irrifjutat jew ir-rimbors ta’ dik li l-ħlas tagħha kien ġie inizjalment impost, b’tali mod li l-ħlas ta’ interessi ma jikkontradixxix deċiżjoni amministrattiva definittiva, kif jidher li għamlet l-awtorità kompetenti f’dan il-każ, billi tmur lura fuq id-deċiżjonijiet inizjali li permezz tagħhom hija kienet irrifjutat li tagħti l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mitluba mill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, u wara imponiet sanzjoni pekunjarja fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għalhekk mill-punti 70 sa 83 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas tal-interessi għandu jsir biss għall-perijodu bejn id-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża li jinkiseb il-ħlas ta’ somma flus li ġiet irrifjutata lilhom jew ir-rimbors ta’ somma flus li huma ħallsu fid-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti. Min-naħa l-oħra, dawn ma jipprekludux, fihom infushom, li tali leġiżlazzjoni tipprevedi li l-imsemmi ħlas ikun dovut biss jekk tkun ġiet ippreżentata tali azzjoni, sakemm dan ma jwassalx sabiex jirrendi eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-individwi li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel, dawn japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni, dawn japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni, skont il-każ, ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, u</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas ta’ interessi jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb il-ħlas jew ir-rimbors tas-somma flus inkwistjoni fid-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti. Min-naħa l-oħra, dawn ma jipprekludux, fihom infushom, li tali leġiżlazzjoni tipprevedi li l-imsemmi ħlas ikun dovut biss jekk tali azzjoni tkun ġiet ippreżentata, sakemm dan ma jwassalx sabiex jirrendi eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-individwi li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">l-ewwel, dawn japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">it-tieni, dawn japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni, skont il-każ, ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">it-tielet, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas ta’ interessi jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb il-ħlas jew ir-rimbors tas-somma flus inkwistjoni fid-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti. Min-naħa l-oħra, dawn ma jipprekludux, fihom infushom, li tali leġiżlazzjoni tipprevedi li l-imsemmi ħlas ikun dovut biss jekk tali azzjoni tkun ġiet ippreżentata, sakemm dan ma jwassalx sabiex jirrendi eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni.</HT></P></ITEM></LIST></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>