Brussell, 4.2.2025

COM(2025) 28 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2022 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2022 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)

1.Introduzzjoni

Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol ta’ standby (Nru 495/77) u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jirrikjedu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Kunsill dwar l-għadd ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħrajn f’kull kategorija li jirċievu l-allowances msemmija fir-Regolamenti rispettivi kif ukoll dwar in-nefqa totali relatata magħhom.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-aħħar ċifri annwali kompluti li kienu disponibbli fi żmien it-tħejjija tiegħu u jirreferi għas-sena 2022. Ikopri l-istituzzjonijiet kollha 1 . Biex ikun komplut, dan ir-rapport fih ukoll l-istess tip ta’ informazzjoni dwar l-użu tax-xogħol bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

2.Allowance għax-xogħol ta’ standby

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-allowance huma l-Artikoli 55 u 56b tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977, kif emendat.

Il-ħlas tal-allowance hu limitat għal uffiċjali u aġenti oħrajn

-imħallsin mill-approprjazzjonijiet operattivi u li jaħdmu:

–fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Joint Research Centre, JRC), jew

–f’azzjoni indiretta, jew

-imħallsin mill-approprjazzjonijiet operattivi u li jaħdmu:

–fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi,

–f’dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà,

–f’dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT),

–f’dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew f’arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi, jew

–f’mekkaniżmu mwaqqaf biex jipprovdi assistenza lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa (“SM 24/7”) għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi jew għal servizzi li fihom teżisti n-neċessità li jwettqu kompiti sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri.

L-allowance għax-xogħol ta’ standby hija espressa f’punti. L-għadd ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ standby reali huwa ffissat kif ġej:

–xogħol ta’ standby mid-dar f’jum tax-xogħol: 2,15 punti;

–xogħol ta’ standby mid-dar fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 4,3 punti;

–xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol f’jum tax-xogħol: 11-il punt;

–xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 22 punt.

Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri EUR 1,05 fl-2022).

Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għas-sena 2022.

2.1.    L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u kuntrattwali)

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

       0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

33

110

3

0

2

1

149

Il-Kummissjoni

141

274

47

16

39

11

528

- li minnhom tal-JRC:

48

76

18

0

4

7

153

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16

18

1

0

0

0

35

Il-Qorti tal-Awdituri

0

3

17

0

0

0

20

Il-KESE

0

2

0

0

1

0

3

Il-KtR

0

3

0

0

1

0

4

L-SEAE

12

7

0

0

0

1

20

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

202

417

68

16

43

13

759



2.2.    L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol ta’ standby

Istituzzjoni

Mid-dar

Mid-dar u mill-post tax-xogħol

Mill-post tax-xogħol

Total

Il-Parlament

0

0

0

0

Il-Kunsill

149

0

0

149

Il-Kummissjoni

513

7

8

528

- li minnhom tal-JRC:

140

5

8

153

Il-Qorti tal-Ġustizzja

35

0

0

35

Il-Qorti tal-Awdituri

20

0

0

20

Il-KESE

0

3

0

3

Il-KtR

0

4

0

4

L-SEAE

20

0

0

20

L-Ombudsman

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

Total

737

14

8

759

2.3.L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol:

Istituzzjoni

JRC

Azzjoni indiretta

Installazzjonijiet tekniċi

Sikurezza/Sigurtà

ICT

PESK / PSDK

SM 24/7

Total

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

0

0

18

32

65

34

0

149

Il-Kummissjoni

153

2

65

129

117

0

62

528

- li minnhom tal-JRC:

153

0

0

0

0

0

0

153

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

17

11

7

0

0

35

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

20

0

0

0

20

Il-KESE

0

0

0

3

0

0

0

3

Il-KtR

0

0

0

4

0

0

0

4

L-SEAE

0

0

0

5

7

8

0

20

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

0

Total

153

2

100

204

196

42

62

759

3.Allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-allowance huma l-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta’ April 2004. L-allowance tingħata bħala kumpens għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli li għandhom x’jaqsmu (i) mas-“sikurezza tal-individwu” (l-użu ta’ ħwejjeġ speċjali u skomdi, il-protezzjoni parzjali) (ii) mal-“post tax-xogħol” (postijiet ristretti, storbjużi u perikolużi) u (iii) man-“natura tax-xogħol” (pereżempju l-ġarr ta’ sustanzi korrużivi, ix-xogħol bi splussivi) 2 .

L-allowance hija espressa f’termini ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol effettivament maħduma. L-għadd ta’ punti jvarja bejn żewġ punti, pereżempju għal-livell medju ta’ ħoss li jeċċedi 85 deċibel, u l-limitu massimu ta’ 50 punt fil-każ ta’ uffiċjal li jrid jilbes ilbies protettiv għal kontra n-nar b’apparat awtorespiratorju. Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri EUR 1,05 fl-2022).

3.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u kuntrattwali)

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kummissjoni

23

107

15

2

5

12

164

- li minnhom tal-JRC:

23

106

7

1

5

12

154

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

0

0

0

0

Il-KESE

0

0

0

0

0

0

0

Il-KtR

0

0

0

0

0

0

0

L-SEAE

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

23

107

15

2

5

12

164

4.Allowance għal xogħol bix-xift

Il-bażijiet ġuridiċi għal dan din l-allowance huma l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif emendat.

Il-ħlas tal-allowance hu limitat għal uffiċjali u aġenti oħrajn

-imħallsin mill-approprjazzjonijiet operattivi u li jaħdmu:

–ma’ stabbiliment tal-JRC, jew

–f’azzjoni indiretta, jew

-imħallsin mill-approprjazzjonijiet operattivi u li jaħdmu:

–f’dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT),

–f’dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà,

–f’servizz ta’ switchboard tat-telefowns/informazzjoni jew servizz ta’ akkoljenza,

–f’dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / għall-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi,

–f’servizz li jipprovdi appoġġ għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi, jew

–fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi.

Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għas-sena 2022.

4.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u kuntrattwali)

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

2

87

589

9

21

1

709

Il-Kunsill

0

75

0

0

0

0

75

Il-Kummissjoni

1

115

14

16

31

1

178

- li minnhom tal-JRC:

0

15

10

0

4

0

29

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

1

16

0

0

0

17

Il-KESE

0

2

0

0

1

0

3

Il-KtR

0

3

0

0

1

0

4

L-SEAE

0

36

1

0

0

0

37

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

3

319

620

25

54

2

1023

Hemm erba’ rati differenti previsti għall-allowance ta’ kull xahar (iċ-ċifri tas-sena 2022):

–rata 1: xogħol li jinvolvi żewġ xiftijiet, minbarra tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 471,12;

–rata 2: xogħol li jinvolvi żewġ xiftijiet, inkluż lejl wieħed, tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 711,08;

–rata 3: 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 777,48;

–rata 4: 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa: EUR 1059,95.

4.2.L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull rata

Istituzzjoni

Rata 1

Rata 2

Rata 3

Rata 4

Total

EUR 471,12

EUR 711,08

EUR 777,48

EUR 1059,95

Il-Parlament

82

329

0

298

709

Il-Kunsill

33

0

0

42

75

Il-Kummissjoni

17

0

9

152

178

- li minnhom tal-JRC:

0

0

9

20

29

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

17

17

Il-KESE

3

0

0

0

3

Il-KtR

4

0

0

0

4

L-SEAE

27

0

0

10

37

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

Total

166

329

9

519

1023

4.3.    L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol:

Istituzzjoni

JRC

Il-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi

ICT

Sikurezza/Sigurtà

Switchboard/Akkoljenza

PESK/ 
PSDK

Installazzjonijiet tekniċi

Azzjoni indiretta

Total

Il-Parlament

0

0

0

644

34

0

31

0

709

Il-Kunsill

0

0

0

75

0

0

0

0

75

Il-Kummissjoni

29

26

12

111

0

0

0

0

178

- li minnhom tal-JRC:

29

0

0

0

0

0

0

0

29

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

17

0

0

0

0

17

Il-KESE

0

0

0

3

0

0

0

0

3

Il-KtR

0

0

0

4

0

0

0

0

4

L-SEAE

0

0

17

10

0

10

0

0

37

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Total

29

26

29

864

34

10

31

0

1 023

5.Is-servizzi kkonċernati u r-raġunijiet

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, iż-żewġ Kumitati u l-SEAE jużaw ix-xogħol ta’ standby u/jew ix-xogħol bix-xift u jħallsu l-allowances previsti fil-leġiżlazzjoni.

Il-Kummissjoni għadha l-unika istituzzjoni li tħallas allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli. Dawn l-allowances jitħallsu lill-benefiċjarji li jaħdmu fil-JRC, fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (Office for Infrastructure and Logistics in Brussels, OIB) u fid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (DĠ ENER).

5.1.Raġunijiet għax-xogħol ta’ standby

Il-Kunsill: Il-Kunsill ħallas l-allowances għax-xogħol ta’ standby lil 149 membru tal-persunal tiegħu fl-2022 (98 fl-2021). Iż-żieda ta’ madwar 50 % fil-benefiċjarji kienet dovuta għar-regolarizzazzjoni ta’ servizz ta’ standby li jkopri installazzjonijiet tekniċi u l-ħolqien ta’ diversi timijiet ta’ xogħol ta’ standby biex ikunu jistgħu jwieġbu għal reazzjoni immedjata mitluba mill-President tal-Kunsill Ewropew, speċifikament barra l-ħinijiet tax-xogħol normali, minħabba s-sitwazzjoni politika diffiċli minn Frar 2022.

Is-servizz ta’ standby huwa fis-seħħ biex ikopri l-oqsma li ġejjin: (i) It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), biex jiggarantixxi li n-networks tal-IT u tal-komunikazzjoni jiġu protetti u jiffunzjonaw tajjeb, jipprovdi appoġġ għal attivitajiet mhux previsti tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu u biex ikopri l-ħtiġijiet urġenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u s-Segretarjat Ġenerali f’termini tal-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE; (ii) Is-sikurezza u s-sigurtà, biex jirrispondi b’mod immedjat għal kull tip ta’ inċident li jista’ jaffettwa l-persunal tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-attivitajiet tas-Segretarjat Ġenerali, u biex jagħti appoġġ 24 siegħa kuljum lill-uffiċjali tas-sigurtà fuq missjoni; (iii) azzjoni rapida, biex jabbozza u jippubblika fuq l-internet u jiċċirkola dikjarazzjonijiet immedjati u urġenti mill-Istat Membru tal-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill u mill-President tal-Kunsill Ewropew fil-kuntest tal-PESK/PESD u biex jagħti appoġġ (loġistiku) għall-attivitajiet tal-President tal-Kunsill Ewropew u s-Segretarju Ġenerali fil-kuntest tal-politika esterna; (iv) Installazzjonijiet Tekniċi, biex jiżgura li l-okkupanti tal-bini jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent sikur, pjaċevoli u komdu u li l-kmamar u t-tagħmir tekniku meħtieġ jinżammu kif xieraq.

Fl-2022 ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq biss mid-dar.    

Il-Kummissjoni: Fl-2022, il-Kummissjoni ħallset allowances għax-xogħol ta’ standby lil 528 membru tal-persunal, li jirrappreżenta żieda ta’ kważi 11 % apparagun tal-2021 (476 benefiċjarju). Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għal 20 u 19-il benefiċjarju żejda fid-DĠ HR u d-DĠ ECHO rispettivament. L-għadd ta’ benefiċjarji fid-DĠ HR żdied minħabba żieda fl-għadd ta’ postijiet allokati għas-servizz ta’ protezzjoni mill-qrib sabiex tiġi ggarantita l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza u l-ħolqien ta’ żewġ servizzi ta’ xogħol ta’ standby ġodda. L-ewwel servizz ġdid ta’ standby jipprovdi sorveljanza teknika għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ theddid li jirriżulta minn spjunaġġ matul laqgħat sensittivi ta’ livell għoli u t-tieni servizz jiżgura l-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (SUE) li tippermetti t-trattament ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea u t-trattament ta’ inċidenti relatati ma’ din is-sistema. L-għadd ta’ benefiċjarji fid-DĠ ECHO żdied biex ikun jista’ jkopri l-volum ogħla ta’ xogħol fiċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza wara ż-żieda fir-responsabbiltajiet taċ-Ċentru u ż-żieda ġenerali fil-volum tax-xogħol minħabba l-evoluzzjoni tax-xenarju ta’ emerġenza b’riskji ġodda.

21 % tal-benefiċjarji (153) jaħdmu f’wieħed miċ-Ċentri Konġunti tar-Riċerka tal-Kummissjoni. Il-maġġoranza tax-xogħol ta’ standby tal-JRC jitwettaq mid-dar, bl-eċċezzjoni tal-JRC f’Ispra, fejn is-servizzi huma pprovduti fuq il-post tax-xogħol jew mid-dar minħabba n-natura speċifika tal-kompiti. L-OLAF huwa d-Direttorat Ġenerali l-ieħor fejn id-dmirijiet jitwettqu mill-post tax-xogħol jew mid-dar. Is-servizzi ta’ standby li jifdal fil-Kummissjoni jitwettqu mid-dar.

Fid-Direttorati Ġenerali l-oħra tal-Kummissjoni, l-għadd ta’ benefiċjarji żdied bi ftit għad-DĠ DIGIT (+6) minħabba sostituzzjonijiet ta’ benefiċjarji li telqu. Għas-servizzi l-oħra s-sitwazzjoni hija kważi stabbli apparagun tal-2021.

Il-Qorti tal-Ġustizzja: Fl-2022, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset allowances għax-xogħol ta’ standby mid-dar lil 35 membru tal-persunal tagħha (27 fl-2021). L-għadd ta’ benefiċjarji żdied minħabba l-ħolqien ta’ servizz ta’ standby ġdid li jkopri l-qasam tal-ICT hekk kif il-kuntest internazzjonali żvela riskji akbar ta’ attakki ċibernetiċi, li jirrikjedi monitoraġġ speċjali. Il-bqija tal-benefiċjarji jaħdmu fid-Direttorat għall-Bini u s-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni. L-unitajiet fejn jaħdmu l-benefiċjarji huma responsabbli mill-proġetti ta’ żvilupp tal-Qorti u mill-ġestjoni tal-bini u tas-sigurtà.

Il-Qorti tal-Awdituri: L-ippjanar ta’ kull xahar tas-Servizz ta’ Sigurtà u Sikurezza fl-2022 kien jinkludi l-ħtieġa għal xogħol ta’ standby mid-dar għal 20 membru tal-persunal (19 fl-2021). Huma jiżguraw is-sikurezza tal-bini u tal-okkupanti tiegħu, 24 siegħa kuljum tul is-sena kollha.

Il-KESE u l-KtR: Il-KESE u l-KtR għandhom is-servizz ta’ standby fi ħdan is-servizz tas-sigurtà biex jiġi żgurat li l-persunal tas-sigurtà jkun aċċessibbli u kapaċi jirreaġixxi fi kwalunkwe ħin għal inċidenti li jeħtieġu intervent meta l-istituzzjoni tkun magħluqa. Fl-2022 is-servizz ta’ standby (mid-dar u mill-post tax-xogħol) twettaq minn tliet membri tal-persunal tal-KESE (tnejn fl-2021) u minn erba’ membri tal-persunal tal-KtR (l-istess bħal fl-2021).

L-SEAE: Fl-2022, l-SEAE ħallas l-allowances għax-xogħol ta’ standby lil 20 membru tal-persunal tiegħu (22 fl-2021).

Is-servizzi ta’ standby tal-SEAE jkopru tliet oqsma ta’ ħidma: (i) is-servizzi tas-sigurtà, biex jipproteġu 24 siegħa kuljum il-persunal, il-viżitaturi, il-bini u l-proprjetà tal-SEAE fi Brussell u biex jipproteġu l-informazzjoni klassifikata fil-Kwartieri Ġenerali; (ii) l-appoġġ għall-PESK/PESD, biex jimmonitorjaw eventi madwar id-dinja 24 siegħa kuljum, jirrispondu għal kriżijiet, inċidenti, eventi kritiċi, sitwazzjonijiet jew emerġenzi speċifiċi, jagħtu appoġġ lir-Rappreżentant Għoli u lill-atturi tal-UE, jiffaċilitaw il-laqgħat ta’ kriżi tal-SEAE barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol u jagħtu appoġġ lir-Riżorsi Umani u lis-Segretarju Ġenerali fil-kompiti operattivi tagħhom li jipproteġu s-sigurtà u l-interessi essenzjali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f’każ ta’ theddida għas-sistema Galileo jew permezz tagħha; (iii) is-servizz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni permezz tal-COMCEN (iċ-Ċentru tal-Komunikazzjoni) li jipprovdi servizzi għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata lill-membri kollha tal-persunal tal-SEAE, filwaqt li jipprovdi wkoll servizzi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-ġestjoni operattiva taċ-ċentru tas-sistema Ċentrali Cortesy u l-Punt ta’ Preżenza tas-sistema Cortesy, u permezz tar-reġistru ċentrali tal-Informazzjoni Klassifikata tal-UE (IKUE) li jiżgura r-reġistrazzjoni tad-dokumenti C-UE/EU-C u S-UE/EU-s. 

5.2.Raġunijiet għall-użu ta’ allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-Kummissjoni: Bħall-2021, il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni li għamlet użu minn din il-possibbiltà fl-2022. Ingħataw allowances lill-persunal li jaħdem għas-servizz ta’ riproduzzjoni tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB), għad-DĠ ENER għall-ispezzjonijiet ta’ installazzjonijiet f’siti nukleari, u għall-JRC. B’kollox, 164 benefiċjarju rċevew l-allowance fl-2022 (165 fl-2021). Għalhekk, l-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ relattivament stabbli.

Fl-2022 l-għadd totali ta’ sigħat li nħadmu f’kundizzjonijiet partikolarment diffiċli kienu kkategorizzati kif ġej:

Ø32 752,00 siegħa (23 565,25 fl-2021) b’rabta mal-protezzjoni tal-individwu (pereżempju l-użu ta’ lbies protettiv partikolarment skomdu);

Ø61 073,75 siegħa (39 351,35 fl-2021) b’rabta mal-post tax-xogħol (pereżempju, il-livell għoli ta’ storbju, il-postijiet perikolużi);

Ø5 522,13 siegħa (4 819,58 fl-2021) b’rabta man-natura tax-xogħol (pereżempju, il-ġarr ta’ sustanzi korrużivi);

Ø0 sigħat (148,25 fl-2021) relatati mas-sikurezza tal-individwu u mal-post tax-xogħol.

L-għadd ta’ sigħat żdied apparagun tal-2021, minħabba l-ftuħ mill-ġdid tal-laboratorji tal-JRC wara l-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19. Madankollu, l-attivitajiet għadhom mhumiex lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19.

5.3.Raġunijiet għax-xogħol bix-xift

Il-Parlament Ewropew: Fl-2022, il-Parlament Ewropew ħallas allowances għal xogħol bix-xift biex ikopri (i) is-servizzi ta’ sikurezza u sigurtà fi tliet postijiet tax-xogħol: Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu; (ii) is-servizzi relatati mal-akkoljenza, mas-sigurtà u l-kontroll tal-viżitaturi (il-Parlamentarium, id-Dar tal-Istorja Ewropea u d-Dar Jean Monnet, iċ-Ċentru Sportiv) u l-komunikazzjoni permezz tas-Switchboard li toffri varjetà ta’ servizzi b’diversi lingwi, bħat-trasferiment ta’ sejħiet deħlin u ħerġin, l-għoti ta’ informazzjoni ta’ kuntatt (in-numri tat-telefown u tal-faks, il-posta elettronika u l-indirizzi tal-uffiċċju), l-informazzjoni dwar il-laqgħat u l-bini tal-Parlament Ewropew; (iii) is-servizzi ta’ installazzjoni teknika biex jissorveljaw u jikkoordinaw il-fornituri esterni ta’ manutenzjoni, b’mod partikolari barra l-ħinijiet normali tax-xogħol u biex jieħdu sehem fiż-żamma ta’ ċertu tip ta’ informazzjoni sensittiva, bħall-pjanijiet tal-Parlament. 

Is-servizzi fis-seħħ huma: sistema b’żewġ xiftijiet (rata 1), sistema b’żewġ xiftijiet li jinkludu l-lejl, tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi (rata 2), jew servizz ta’ 24 siegħa kuljum (rata 4). L-għadd ta’ benefiċjarji fl-2022 żdied b’mod konsiderevoli (709 apparagun ta’ 627 fl-2021). Din iż-żieda ta’ 13 % hija dovuta għall-internalizzazzjoni tas-sigurtà fil-Lussemburgu.

Il-Kunsill: Il-Kunsill għandu fis-seħħ sistema ta’ xogħol bix-xift biex jiżgura l-kontinwità tas-servizzi responsabbli mis-sikurezza u s-sigurtà tal-binjiet u tal-persuni. Kien hemm bidla żgħira (-4) fl-għadd ta’ benefiċjarji meta mqabbla mal-2021 (75 apparagun ta’ 79 fl-2021). Barra minn hekk, wara riorganizzazzjoni, tmien benefiċjarji nbidlu minn xogħol bix-xift taħt ir-rata 4 għar-rata 1 fit-30 ta’ Mejju 2022. Dawn il-benefiċjarji huma inklużi fl-għadd ta’ benefiċjarji (33) taħt ir-rata 1.

Il-Kummissjoni: Fil-Kummissjoni, id-DĠ HR (id-dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà), il-JRC (għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu man-natura tal-attivitajiet tiegħu) u d-DĠ ECHO (appoġġ għall-koordinazzjoni ta’ emerġenza u ta’ kriżi) qed jużaw prinċipalment is-servizzi ta’ xogħol bix-xift (103, 29 u 26 benefiċjarju rispettivament fl-2022). Apparagun tal-2021, kien hemm żieda ta’ benefiċjarji f’dawn it-tliet servizzi kollha. Fil-JRC l-għadd ta’ benefiċjarji żdied b’żewġ benefiċjarji. Fid-DĠ ECHO l-għadd żdied b’erba’ benefiċjarji biex ikun jista’ jkopri l-volum ogħla ta’ xogħol fiċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza wara ż-żieda fir-responsabbiltajiet taċ-Ċentru u ż-żieda ġenerali fil-volum tax-xogħol minħabba l-evoluzzjoni tax-xenarju ta’ emerġenza b’riskji ġodda. Fid-DĠ HR kien hemm 21 benefiċjarju aktar, minħabba żieda fl-għadd ta’ postijiet allokati għas-servizz ta’ protezzjoni mill-qrib sabiex tiġi ggarantita l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza u l-ħolqien ta’ servizzi ġdida ta’ xogħol ta’ standby biex tiġi żgurata l-preżenza ta’ uffiċjali tas-sigurtà armati speċjalizzati interni.

Bħal fl-2021, fl-2022 ix-xogħol bix-xift twettaq ukoll f’żewġ Direttorati Ġenerali oħra fl-oqsma li ġejjin:

–Sigurtà u prevenzjoni: 8 (OIL);

–Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni: 12 (DĠ COMM; 14 fl-2021);

Il-Kummissjoni tapplika r-rati 1, 3 u 4, u r-rata 4 (is-servizz kontinwu) tintuża prinċipalment fis-servizzi ta’ sigurtà, fil-JRC u fil-koordinazzjoni tal-emerġenzi u tal-kriżijiet.

Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2022, l-uniku servizz ta’ xogħol bix-xift irrappurtat mill-Qorti tal-Awdituri kien servizz stabbilit fid-Direttorat tar-Riżorsi Umani, tal-Finanzi u tas-Servizzi Ġenerali, biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-binjiet u tal-okkupanti tagħhom. Huwa servizz mhux interrott 24 siegħa kuljum (rata 4) bi 17-il benefiċjarju, bħal fl-2021.

Il-KESE u l-KtR: Il-KESE u l-KtR għandhom servizz konġunt ta’ xogħol bix-xift fis-seħħ biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ preżenza kontinwa fis-servizz tas-sigurtà. Il-KESE ħallas allowances lil tliet benefiċjarji (rata 1; tnejn fl-2021) u l-KtR lil erba’ benefiċjarji (rata 1; l-istess bħal fl-2021).

L-SEAE: Fl-2022, l-SEAE ħallas allowances għal xogħol bix-xift lil 37 benefiċjarju (32 fl-2021) biex jagħti protezzjoni 24 siegħa kuljum lill-persunal, lill-viżitaturi, lill-binjiet u l-assi fiżiċi tal-SEAE fi Brussell, biex jiżgura l-monitoraġġ, il-valutazzjoni ta’ kuljum u s-senjalazzjoni f’każ ta’ eventi jew sitwazzjonijiet politikament sinifikanti fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, u biex jipprovdi servizzi għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata lill-persunal kollu tal-SEAE, inkluż lid-Delegazzjonijiet u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Id-differenza hija dovuta għal tnaqqis ta’ benefiċjarju wieħed fis-servizz li jiżgura l-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ kuljum ta’ avvenimenti politikament sinifikanti, u żieda ta’ sitt benefiċjarji fis-servizz għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata, li jimlew il-pożizzjonijiet li kienu vakanti għall-biċċa l-kbira tal-2021 u li jkopru responsabbiltajiet addizzjonali mill-2022. Kemm ir-rata 1 kif ukoll ir-rata 4 huma applikabbli fl-SEAE.

6.    In-nefqa baġitarja, għal kull istituzzjoni u għal kull allowance (f’EUR)

Istituzzjoni

Xogħol ta’ standby

Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Xogħol bix-xift

Total

Il-Parlament

0

0

6 373 552,80

6 373 552,80

Il-Kunsill

434 822

0

692 588

1 127 410,00

Il-Kummissjoni

1 768 721,89

456 738,14

1 794 552,57

4 020 012,60

- li minnhom tal-JRC:

702 747,57

430 712,21

251 958,66

1 385 418,44

Il-Qorti tal-Ġustizzja

60 751,56

0

0

60 751,56

Il-Qorti tal-Awdituri

31 454,18

0

198 869,01

230 323,19

Il-KESE

8 504,49

0

9 650,04

18 154,53

Il-KtR

11 077,98

0

20 242,32

31 320,30

L-SEAE

79 127,44

0

246 219,52

325 346,96

L-Ombudsman

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

Total

2 394 459,54

456 738,14

9 335 674,26

12 186 871,94

L-ammont żborżat għat-tliet tipi ta’ allowances, fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha fl-2022 kien ta’ EUR 12 186 871,94  (EUR 10 683 129,74 fl-2021).

Iż-żieda fin-nefqa totali apparagun tal-2021 hija prinċipalment dovuta għaż-żieda fin-nefqa għal allowances għal xogħol bix-xift (EUR 8 223 692,75 fl-2021), li tirriżulta minn żieda ta’ benefiċjarji ta’ allowances għal xogħol bix-xift fil-Parlament Ewropew (minn 627 għal 709) u fil-Kummissjoni (minn 153 għal 178).

In-nefqa għall-allowances għax-xogħol ta’ standby żdiedet bi ftit ukoll (EUR 2 197 325,09 fl-2021), l-aktar minħabba ż-żieda ta’ benefiċjarji ta’ din l-allowance fil-Kunsill (minn 98 għal 149) u fil-Kummissjoni (minn 476 għal 528).

Barra minn hekk, peress li l-laboratorji tal-JRC reġgħu bdew jinfetħu wara l-għeluq tagħhom matul il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19, l-għadd ta’ sigħat maħduma f’kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli żdied, u dan irriżulta f’żieda fin-nefqa għal din l-allowance bi kważi 75 % apparagun tal-2021 (EUR 262 111,90 fl-2021).

(1) Fis-sens tar-Regolamenti tal-Persunal.
(2) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004.