|
16.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/162 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 92 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) għall-vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2018/1707]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta' Ottubru 2017
KONTENUT
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Marki |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet |
|
7. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' NORESS u estensjoni tal-approvazzjoni |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1. |
Komunikazzjoni |
|
2. |
Eżempju tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3. |
Rekwiżiti għal materjal fibruż assorbenti użat fin-NORESS |
|
4. |
Dikjarazzjoni tal-konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 (1).
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament
|
2.1. |
“Sistema tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali jew komponenti ta' din is-sistema” tfisser sistema ta' tip differenti minn dik installata fuq vettura meta tingħata l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni. Din tista' tiġi użata biss bħala sistema tal-egżost jew tas-silenzjar ta' sostituzzjoni. L-akronimu NORESS jirrappreżenta s-sistema tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali. |
|
2.2. |
“Komponent tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali” tfisser wieħed mid-diversi komponenti li flimkien jifformaw is-sistema tas-silenzjar tal-egżost (2); |
|
2.3. |
“Sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali ta' tipi differenti” tfisser sistemi tas-silenzjar li jvarjaw b'mod sinifikanti f'aspetti bħalma huma:
|
|
2.4. |
“Sistema tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) jew komponent tagħha” tfisser kwalunkwe parti tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost definita fil-paragrafu 2.1 maħsuba għall-użu fuq vettura, differenti minn parti tat-tip installata fuq il-vettura meta tressqet għall-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament Nru 9, ir-Regolament Nru 41 jew ir-Regolament Nru 63; |
|
2.5. |
“Approvazzjoni ta' NORESS jew komponent(i) tagħha” tfisser l-approvazzjoni tas-sistema tas-silenzjar sħiħa jew ta' parti minnha li tkun adattabbli għal tip wieħed jew diversi tipi ta' vetturi speċifikati, li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-limitazzjoni tal-livell tal-ħoss tagħhom; |
|
2.6. |
“Tip ta' vettura” tfisser vetturi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.7. |
“Veloċità nominali tal-magna” tfisser il-veloċità tal-magna li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha kif iddikjarata mill-manifattur (3). Is-simbolu nrated jindika l-valur numeriku tal-veloċità nominali tal-magna espressa f'revolutions per minute. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' NORESS jew ta' komponenti tagħha għandha titressaq mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.
3.2. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:
|
(a) |
Deskrizzjoni tat-tip(i) ta' vettura li fuqha/fuqhom huma maħsuba li jiġu installati n-NORESS jew komponenti tagħha, fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafu 2.6 ta' hawn fuq. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u t-tip tal-vettura kif ukoll in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, jekk neċessarju; |
|
(b) |
Deskrizzjoni tan-NORESS sħiħa li turi l-pożizzjoni relattiva ta' kull komponent tagħha, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar tagħhom; |
|
(c) |
Disinji dettaljati ta' kull komponent tan-NORESS sabiex dan ikun jista' jinstab u jiġi identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati. Dawn id-disinji għandhom jindikaw ukoll il-pożizzjoni li fiha għandu jitwaħħal in-numru tal-approvazzjoni. |
3.3. Fuq talba tas-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet għall-approvazzjoni, il-manifattur tan-NORESS għandu jressaq:
|
(a) |
Żewġ kampjuni tan-NORESS jew il-komponenti tagħha mressqa għall-approvazzjoni; |
|
(b) |
Kampjun tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost oriġinali li l-vettura kienet mgħammra biha meta tressqet għall-approvazzjoni tat-tip; |
|
(c) |
Vettura tat-test rappreżentattiva tat-tip li fuqha għandha tiġi installata n-NORESS; din il-vettura, meta mkejla għall-emissjoni tal-ħoss skont il-metodi deskritti fl-Anness 3 (inklużi l-emendi rilevanti kollha) tar-Regolament Nru 9, ir-Regolament Nru 41 jew ir-Regolament Nru 63 għandha tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:
|
4. MARKI
4.1. Kull komponent tan-NORESS, esklużi l-pajpijiet u l-fittings, għandu jkollu:
|
(a) |
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tan-NORESS u tal-komponenti tagħha; |
|
(b) |
Id-deżinjazzjoni kummerċjali mogħtija mill-manifattur. |
4.2. Dawn il-marki għandhom ikunu leġibbli b'mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, kif ukoll viżibbli fil-pożizzjoni li tiġi installata in-NORESS.
4.3. In-NORESS għandu jkollha tikketta li ssir mill-manifattur tagħha; din għadha tindika t-tip(i) ta' vettura/i li għalih/għalihom tkun ingħatat l-approvazzjoni.
4.4. Komponent jista' jkollu fuqu diversi numri ta' approvazzjoni jekk ikun ġie approvat bħala komponent ta' diversi sistemi tal-egżost ta' sostituzzjoni.
4.5. Is-sistema tal-egżost ta' sostituzzjoni għandha tiġi pprovduta f'imballaġġ jew ikollha tikketta li jipprovdu d-dettalji li ġejjin:
|
(a) |
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tas-silenzjar ta' sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha, |
|
(b) |
L-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu, |
|
(c) |
Lista ta' mudelli ta' vetturi li għalihom hija maħsuba s-sistema tas-silenzjar ta' sostituzzjoni. |
4.6. Il-manifattur għandu jipprovdi:
|
(a) |
Struzzjonijiet li jispjegaw fid-dettall il-metodu korrett tal-installazzjoni fuq il-vettura, |
|
(b) |
Struzzjonijiet għat-trattament tas-sistema tas-silenzjar, |
|
(c) |
Lista ta' komponenti bin-numri tal-parts korrispondenti, eskluż ir-retainers. |
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni.
5. APPROVAZZJONI
5.1. Jekk in-NORESS jew xi komponent tagħha mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' hawn taħt, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura għandha tingħata.
5.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip ta' NORESS approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 01, li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' NORESS jew ta' komponent iddisinjat għall-istess tip(i) ta' vettura.
5.3. In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni ta' NORESS jew ta' komponent tagħha skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
5.4. Ma kull NORESS u komponent tagħha li jkunu konformi ma' tip approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
(a) |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4); |
|
(b) |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu (a) ta' hawn fuq; |
|
(c) |
In-numru tal-approvazzjoni għandu jiġi indikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, flimkien mal-metodu użat għat-testijiet tal-approvazzjoni. |
5.5. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun leġibbli faċilment meta n-NORESS tkun installata fuq il-vettura, u ma tkunx tista' titħassar.
5.6. Komponent jista' jiġi mmarkat b'aktar minn numru tal-approvazzjoni wieħed jekk ikun ġie approvat bħala part ta' aktar minn NORESS waħda; f'dan il-każ iċ-ċirku m'hemmx għalfejn jiġi ripetut. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-marka tal-approvazzjoni.
6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
6.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
Is-silenzjatur għandu jkun iddisinjat, mibni u kapaċi li jiġi installat b'tali mod li:
|
(a) |
Il-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament f'kundizzjonijiet normali tal-użu, u b'mod partikolari minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li tista' tkun soġġetta għaliha; |
|
(b) |
Juri reżistenza raġonevoli għall-fenomenu ta' korrużjoni li jkun espost għalih, fejn tingħata attenzjoni xierqa għall-kundizzjonijiet normali tal-użu tal-vettura; |
|
(c) |
Id-distanza tas-silenzjatur mill-art kif iffittjat oriġinarjament u l-pożizzjoni inklinata possibbli tal-vettura, ma jiġux imnaqqsa; |
|
(d) |
Fis-superfiċe ma jkunx hemm temperaturi għoljin wisq; |
|
(e) |
It-truf tiegħu ma jkunux jaqtgħu jew bil-ponta u jkun hemm biżżejjed spazju għax-shock absorbers u l-molol; |
|
(f) |
Ikun hemm spazju adegwat bejn il-parts tal-molol; |
|
(g) |
Ikun hemm spazju adegwat ta' sikurezza bejn il-pajpijiet; |
|
(h) |
Ikun reżistenti għat-tbagħbis b'tali mod li jkun kompatibbli ma' rekwiżiti tal-manutenzjoni u tal-installazzjoni definiti b'mod ċar; |
6.2. Speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss
Għalhekk, l-effiċjenza akustika tan-NORESS jew tal-komponenti tagħha għandha tiġi vverifikata permezz tal-metodi deskritti fir-Regolament Nri 9, 41 jew 63. B'mod partikolari, għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, għandha ssir referenza għas-serje ta' emendi tar-Regolament Nru 92 li kien fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura l-ġdida. Meta n-NORESS jew komponenti tagħha jkunu installati fuq il-vettura deskritta fil-paragrafu 3.3(c), il-valuri tal-livell tal-ħoss miksuba waqt l-użu taż-żewġ metodi (vettura wieqfa u tiċċaqlaq) għandhom jissodisfaw il-kundizzjoni li ġejja:
Ma għandhomx ikunu ogħla mill-valuri mkejla f'konformità mar-rekwiżiti ta' paragrafu 3.3(c), għall-istess vettura meta din tkun mgħammra bis-sistema tas-silenzjar oriġinali waqt it-test bil-vettura miexja u t-test bil-vettura wieqfa.
6.3. Rekwiżiti addizzjonali
6.3.1. Dispożizzjonijiet ta' protezzjoni mit-tbagħbis
In-NORESS jew il-komponenti tagħha għandhom ikunu mibnija b'tali mod li ma jippermettix it-tneħħija ta' baffles, exit-cones u parts oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti mill-kompartimenti tas-silenzjar/tal-espansjoni. Meta l-inkorporazzjoni ta' part bħal din tkun inevitabbli, il-metodu tat-twaħħil tagħha għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata (eż. b'fixings bil-kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla b'tali mod ukoll li t-tneħħija tagħha tikkawża ħsara permanenti/irrikoverabbli lill-assemblaġġ.
6.3.2. NORESS multimodali
NORESS b'modalitajiet ta' tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jintgħażlu mis-sewwieq, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fil-modalitajiet ta' tħaddim kollha. Il-livelli ta' ħoss irrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta' ħoss.
6.3.3. Projbizzjoni tal-apparat ta' manipulazzjoni
Il-manifattur tan-NORESS ma għandux ibiddel, jaġġusta jew jintroduċi intenzjonalment kwalunkwe apparat jew proċedura biss sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-ħoss ta' dan ir-Regolament, jekk dawn ma jkunux operattivi waqt tħaddim tipiku fit-triq.
6.3.4. Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss (ASEP)
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 41 għandhom jiġu ssodisfati għan-NORESS ukoll, jekk din tkun maħsuba biex tintuża fuq vetturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 41 u li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 41.
Jekk ikun meħtieġ li jitwettqu xi testijiet, għandha tintuża l-vettura deskritta fil-paragrafu 3.3(c).
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' tirrikjedi kwalunkwe test rilevanti sabiex tiġi vverifikata l-konformità tan-NORESS ma' dawn ir-rekwiżiti.
Il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni f'konformità mal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, li n-NORESS jew il-komponenti li għandhom jiġu approvati huma konformi mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss tal-paragrafu 6.3 tas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 41.
6.4. Kejl tal-prestazzjoni tal-vettura
6.4.1. In-NORESS jew il-komponenti tagħha għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-vettura tkun komparabbli ma' dik miksuba bis-sistema tas-silenzjar tal-egżost oriġinali jew komponenti tagħha.
6.4.2. In-NORESS jew, skont l-għażla tal-manifattur, il-komponenti tagħha, għandhom jitqabblu mas-sistema tas-silenzjar tal-egżost oriġinali jew komponenti tagħha, f'kundizzjoni ġdida wkoll, installati suċċessivament fuq il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c).
6.4.3. Il-verifika għandha ssir permezz tal-kejl tal-kurva tal-output skont il-paragrafu 6.4.4.1 jew 6.4.4.2. Il-potenza massima u l-veloċità tal-magna b'potenza massima mkejla bin-NORESS ma għandhomx ikunu ogħla mill-potenza netta u l-veloċità tal-magna mkejla fil-kundizzjonijiet stipulati hawn taħt bis-sistema tal-egżost oriġinali b'aktar minn ± 5 fil-mija.
6.4.4. Metodu tat-test
6.4.4.1. Il-metodu tat-test tal-magna
Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-magna tal-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c), fejn il-magna tkun immuntata fuq dinamometru.
6.4.4.2. Il-metodu tat-test tal-vettura
Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c). Il-valuri miksuba bis-sistema tal-egżost oriġinali għandhom jitqabblu ma' dawk miksuba bin-NORESS. It-test għandu jitwettaq fuq xażi dinamometriku.
6.5. Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw in-NORESS jew il-komponenti tagħha li jkun fihom materjal fibruż
L-użu ta' materjal fibruż assorbenti għandu jkun permess għall-kostruzzjoni tan-NORESS biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Anness 3.
6.6. Evalwazzjoni tal-emissjoni ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi mgħammra b'sistema tas-silenzjar ta' sostituzzjoni
Il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c) b'sistema tas-silenzjar tal-egżost ta' sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) tat-tip li għalih tkun intalbet l-approvazzjoni, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' tniġġis skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Il-provi għandhom jiġu dokumentati fir-rapport tat-test.
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' NORESS U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
7.1. Kull modifika tat-tip ta' NORESS jew ta' komponenti tagħha għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' NORESS. L-Awtorità msemmija tista' mbagħad jew:
|
(a) |
Tqis li l-modifiki li jkunu saru x'aktarx mhux se jkollhom effett avvers sinifikanti, jew |
|
(b) |
Tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
7.2. Il-manifattur tan-NORESS jew komponenti tagħha jew ir-rappreżentant akkreditat tiegħu jistgħu jitolbu lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tan-NORESS għal tip wieħed jew diversi tipi ta' vetturi għal estensjoni tal-approvazzjoni għal tipi oħra ta' vetturi. Il-proċedura għandha tkun kif deskritta fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq.
7.3. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.4. L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
In-NORESS approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata sabiex tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6. ta' hawn fuq. |
|
(b) |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li, għal kull tip ta' NORESS, mill-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fil-paragrafu 6. ta' dan ir-Regolament. |
|
(c) |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn. |
|
(d) |
Il-produzzjoni titqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 9, 41 u 63, li jikkorrispondu għat-tip ta' vettura, jiġu ssodisfati u jekk il-livell tal-ħoss imkejjel bil-metodu deskritt fir-Regolamenti partikolari waqt it-test bil-vettura miexja ma jkunx ogħla b'aktar minn 3 dB(A) mil-livell tal-ħoss imkejjel waqt l-approvazzjoni tat-tip u ma jkunx ogħla b'aktar minn 1 dB(A) mil-limiti preskritti fir-Regolamenti Nri 9, 41 u 63 kif applikabbli. |
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' NORESS jew il-komponenti tagħha skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma tinżammx il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8 ta' hawn fuq, jew jekk in-NORESS jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet previsti fil-paragrafu 8(b) ta' hawn fuq.
9.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell li jinsab fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur ta' approvazzjoni jieqaf b'mod permanenti mill-manifattura ta' tip ta' sistema tas-silenzjar ta' sostituzzjoni jew ta' komponenti tagħha approvat skont dan ir-Regolament, dan għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell li jinsab fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.4, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Dawn il-komponenti huma, b'mod partikolari, il-manifold tal-egżost, is-silenzjatur proprja, il-kompartiment ta' espansjoni u r-reżonatur
(3) Jekk il-potenza netta massima nominali tintlaħaq f'diversi veloċitajiet tal-magna, f'dan ir-Regolament il-veloċità nominali tal-magna tintuża bħala l-ogħla veloċità tal-magna li biha tintlaħaq il-potenza netta massima nominali.
(4) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 4 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 1
PARTI A
GĦAL NORESS GĦAL TIPI TA' VETTURA APPROVATI SKONT IS-SERJE TA' EMENDI 04 TAR-REGOLAMENT Nru 41
PARTI B
GĦAL NORESS GĦAL TIPI TA' VETTURA APPROVATI SKONT IR-REGOLAMENT Nru 9 JEW IR-REGOLAMENT Nru 63
ANNESS 2
EŻEMPJU TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
(Ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' komponent ta' sistemi tas-silenzjar turi li t-tip tas-sistema tas-silenzjar ta' sostituzzjoni kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 92 skont bin-Numru tal-approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni 01 jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 92 attwali filwaqt li ċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni 00 jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 92 fil-forma oriġinali tiegħu.
ANNESS 3
REKWIŻITI GĦAL MATERJAL FIBRUŻ ASSORBENTI UŻAT FIN-NORESS
(Ara l-paragrafu 6.5 ta' dan ir-Regolament)
|
1. |
Il-materjal fibruż assorbent għandu jkun ħieles mill-asbestos u jista' jintuża fil-kostruzzjoni tas-silenzjaturi biss jekk, permezz ta' apparati xierqa, jiġi żgurat li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f'postu l-ħin kollu li s-silenzjatur ikun qed jintuża u li jissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalunkwe waħda mit-Taqsimiet 2, 3, 4 jew 5 skont l-għażla tal-manifattur. |
|
2. |
Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament. |
|
3. |
Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f'dawk il-partijiet tas-silenzjatur li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
Nota: Il-materjal għandu jiġi maħsul f'ilma ddistillat u mnixxef għal siegħa f'temperatura ta' 105 °C, qabel ma jintiżen. |
|
4. |
Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata skont il-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament, din għandha titqiegħed fi stat normal għal użu fit-triq permezz ta' wieħed mill-metodi ta' kundizzjonament skont u kif deskritt fil-paragrafu 5.1.4 tal-Anness 3 tar-Regolament Nru 9 jew 63 jew fil-paragrafu 1.3 tal-Anness 5 tar-Regolament Nru 41, skont liema jkun applikabbli. |
|
5. |
Il-gassijiet tal-egżost ma jkunux f'kuntatt ma' materjal fibruż u l-materjal fibruż ma jiġix effettwat minn varjazzjonijiet fil-pressjoni. |
ANNESS 4
DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI DWAR L-EMISSJONI TAL-ĦOSS