|
11.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 325/74 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1455/2007
ta' l-10 ta’ Diċembru 2007
li jiftaħ ċerti kwoti ta' l-importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina fl-Eġittu
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tas-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 1 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE (3), kien emendat bil-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra, b'kunsiderazzjoni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (4), anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/774/KE (5). Il-Protokoll 1 emendat jipprovdi għal tliet kwoti tariffarji annwali ġodda għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ross li joriġina fl-Eġittu, speċifikament kwota ta' 57 600 tunnellata ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 bi EUR 11/t, 19 600 tunnellata ross nofs mitħun jew mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 bi EUR 33/t u 5 000 tunnellata ross imkisser kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 bi EUR 13/t. |
|
(2) |
Dawn il-kwoti għandhom jiġu ġestiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6), b'kunsiderazzjoni tal-kummerċ regolari fir-ross bejn l-Eġittu u l-Komunità u biex jitħalla li jkun hemm aċċess dirett għall-kwoti u ġestjoni sempliċi tagħhom. |
|
(3) |
Ir-regoli applikabbli għad-dokument ta' trasport u l-prova ta' l-oriġini preferenzjali fil-waqt tar-rilaxx tal-prodott għall-moviment liberu huma stipulati fil-Protokoll 4 tal-Ftehim (7). Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stipulati għall-kwota kkonċernata. |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra, b'kunsiderazzjoni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2007 u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li tingħata l-possibbiltà li l-kwantitajiet skond il-kwoti kkonċernati mis-sena 2007. |
|
(5) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tariffarji annwali li ġejjin għandhom jinfetħu fl-1 ta' Jannar kull sena għal ross li joriġina fl-Eġittu:
|
(a) |
57 600 tunnellata ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 bi EUR 11/tunnellata, bin-numru tas-serje 09.1780; |
|
(b) |
19 600 tunnellata ross nofs mitħun jew mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 bi EUR 33/tunnellata, bin-numru tas-serje 09.1781; |
|
(ċ) |
5 000 tunnellata ross imkisser kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 bi EUR 13/tunnellata, bin-numru tas-serje 09.1782. |
2. Dawn il-kwoti għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, fl-2007 l-kwoti msemmija f'dak il-paragrafu għandhom jinfetħu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-rilaxx għall-moviment liberu fi ħdan il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għall-pubblikazzjoni ta' dokument tat-trasport u prova ta' l-oriġini preferenzjali, maħruġ fl-Eġittu u relatat mal-kunsinni kkonċernati, skond il-Protokoll 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, mill-parti l-oħra.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.
(3) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38.
(4) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 33.
(5) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 32.
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).