Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Vesteda Groep BV, tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni tal-Wallonie, tal-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u tal-Kumitat Ewropew ta’ koordinazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali (Cecodhas).
3) Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4) Vesteda Groep, l-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni tal-Wallonie, l-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u l-Cecodhas, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.