15.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10084 — ACP/Marubeni/Toho Gas/GGND)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 16/06)

1.   

Fit-8 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Allianz Capital Partners GmbH (“ACP”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Allianz Group,

—

Marubeni Corporation (“Marubeni”, il-Ġappun),

—

Toho Gas Co. Ltd (“Toho Gas”, il-Ġappun),

—

Galp Gás Natural Distribuição, S.A. (“GGND”, il-Portugall).

ACP, Marubeni u Toho Gas jakkwistaw il-kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ GGND kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ACP: attiva prinċipalment fir-rigward tal-ekwità privata, l-infrastruttura u l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli,

—

Marubeni: attiva fil-kummerċ globali f’diversi industriji, inkluż fi proġetti relatati mal-enerġija u l-enerġija,

—

Toho Gas: prinċipalment il-forniment ta’ gass naturali u servizzi relatati fil-Ġappun,

—

GGND: attiva primarjament fid-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-gass naturali fil-Portugall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10084 — ACP/Marubeni/Toho Gas/GGND

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.